Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu; b. in-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet; ċ. kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel; d. kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat; e. kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #14252 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JEFFREY PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministrujinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a.Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b.In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ.Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d.Kemm hemm Chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e.Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista mehmuża tagħti dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru. B’kollox hemm 163 membru fuq dawn il-bordijiet li minnhom 135 huma rġiel u 28 nisa. Minbarra dawn, fuq il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali hemm appuntati wkoll 14 membri sostituti (13 rġiel u mara). In-numru ta’ Chairpersons u Deputy Chairpersons huwa rispettivament ta’ 34 (30 raġel u 4 nisa) u 5 (4 rġiel u mara). Għar-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fl-4 ta’ Ġunju 2008 għall-mistoqsija parlamentari numru 178. Tajjeb li ngħid ukoll li s-sena l-oħra ħarġu sejħiet għal min hu nteressat biex iservi fuq bażi full-time fuq il-Kummissjonijiet ta’ Kontrol ta’ Żvilupp.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14259 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JEFFREY PULLICINO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Informazzjoni dwar bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjoniet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14252 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: JEFFREY PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministrujinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a.Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b.In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ.Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d.Kemm hemm Chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e.Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra tar-Rapprezentanti kif ġej: a.Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b.In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ.Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d.Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e.Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: Il-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huma dawn li ġejjin:- 1) L-Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi Komposta minn: Direttur wieħed (raġel) u tliet membri (irġiel) 2) Il-Kumitat ta' Inkjesta dwar Deprivazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija Kompost minn: Chairman (raġel) u tliet membri (mara u żewġt irġiel) 3) Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet Kompost minn: Chairman (raġel) u tmien membri (tliet nisa u ħamest irġiel) Ma saret l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet

Ministeru għall-Politka Soċjali — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rapprezentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-punti minn a sa d tal-mistoqsija qed tiġi mgħotija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-diskrezzjoni tal-kull Ministru li jaħtar chairperson jew direttur tingħata mis-saħħa ta’ l-istess liġi li taħtar il-bord partikolari.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inkjesta dwar il-mewt ta' gunner

Question

Issa li l-inkjesta tal-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera dwar il-mewt ta' gunner li ismu qed jintbagħat separatament ingħalqet 15-il ġurnata ilu u qiegħda għand l-Avukat Ġenerali, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet u jekk il-pulizija jew il-qorti hux ser iressqu lil xi ħadd sabiex iwieġeb għal dak li ġara?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru W 13.