Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — spazji tal-bjut tal-binjiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal faċilitajiet ta' għaqdiet sportivi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30292, jista' l-Prim Ministru jgħid liema minn dawn it-tmien progetti se jkunu parzjalment/totalment finanzjati mill-Gvern jew programmi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li teknikament kollha jikkwalifikaw biex jieħdu assistenza mingħand il-gvern minħabba li huma kollha reġistrati mal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) u allura jistgħu jibbenefikaw minn skemi tal-KMS jew tal-Gvern anke wara li jkunu lestew ix-xogħolijiet.
Numru ta' talbiet għal assistenza oħra fuq l-istess proġetti għadhom qed jiġu diskussi u għaldaqstant għad ma hemmx konferma finali dwarhom.
Il-proġett t'hawn taħt huwa proġett tal-Kunsill Malti għall-Isport
PA/05057/09
PDE
Cospicua (Bormla)
Mr.Joe Cassar
KMS, Cottonera Sports Complex
Cottonera Avenue
Cospicua
Construction of 6 tennis courts & re-location of existing nissen huts.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 30478, jista' l-Ministru jgħid kemm minn Settembru sa Novembru jirrizulta li kien hemm:
a)persuni riferuti l-E&A Department fl-Isptar Mater Dei b'xi forma ta'
injury
waqt attività sportiva?
b)kemm minn dawk f'(a) kellhom jiddaħħlu l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System, fejn jiġu rreġistrati pazjenti li jattendu d-dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei ma tinġabarx informazzjoni dwar is-sintomi jew djanjożi tal-istess pazjent u għalhekk din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Ma tistax tingħata lanqas informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet ta'
injuries
waqt attività sportiva li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei minn Settembru sa Novembru ta’ din is-sena. Dan minħabba li fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System
,
minn fejn tittieħed din l-informazzjoni jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ waqt attività sportiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRIs minn Settembru sa Novembru 2011? Kemm minn dawn kienu tal-irkoppa? Kemm minn dawn saru lil persuni taħt il-35 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru u t-30 ta’ Novembru 2011, saru 2,108 MRIs li minnhom 297 kienu għall-irkoppa. 163 minn dawn l-MRI’s tal-irkoppa kienu għal persuni taħt il-35 sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 30692, tista' l-Ministru tgħid minn Settembru sa Novembru kemm daħlu talbiet ghall-benefiċċju ta' Injury on Duty li jirrelataw ma' korriment waqt attività sportiva kompetittiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda talba għall-benefiċċju għall-korriment fuq xogħol bejn Settembru u Novembru li jirrelataw ma’ korriment waqt attività sportiva.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — impjegati sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sportiv u coach/tekniku sportiv hu reġistrat bħala full-time u part-time mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni separatament? Kemm-il persuna/kumpanija/klabb/għaqda sportiva ddikjarat li ħallset pagi u/jew allowances lil sportivi matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif miżmuma mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma tinkludix il-kategorija jew klassifikazzjoni tal-impjieg, jew ta’ linja tan-negozju jew tal-professjoni tal-individwu li jkun reġistrat. Għaldaqstant mhux possibbli tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija skont id-dettalji mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji sabiex jiġi stallat lift fl-appartament, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din il-Mistoqsija Parlamentari titratta l-istess każ ta’ Mistoqsija Parlamentari numru 23543, fejn ir-residenti kollha ta’ Nru. 71, Triq il-Miratur, Furjana kienu ġew mgħarrfa b’ittra tat-18 ta’ Ġunju 2002 li l-installazzjoni tal-lift ma kinitx teknikament possibbli minħabba wisa’ ristretta tat-tromba tat-taraġ. Il-bitħa wkoll ma setgħetx takkomoda l-lift għax kienu ser jiġu ristretti d-dawl u l-arja għat-twieqi kif ukoll l-ispazju meħtieġ għall-manutenzjoni tas-servizzi ta’ katusi u pajpijiet li jkopru l-ħitan.
Fl-istudju li għamlet l-Awtorità tad-Djar u li jsaqsi dwaru l-Onor. Interpellant jirriżulta li l-wisa’ ta’ lift, anki jekk dan jakkomoda 2 persuni biss, xorta jħalli wisa’ ta’ taraġ taħt il-qies regolamentari li magħha timxi l-awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter fl-entratura prinċipali tal-Isptar Mater Dei titkabbrilha t-tinda minħabba n-numru kbir ta' nies li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja ta' sigħat fl-emerġenza wara li pazjent/a jkun diġà ġie deċiż li jiġi/tiġi mdaħħla f'sala fl-istess Sptar Mater Dei? Kif tvarja din il-medja fid-diversi oqsma differenti għall-adulti/tfal/irġiel/nisa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tfal jiddaħħlu fis-sala indikata lilhom mill-ewwel għax m’hemmx iffullar f’dawn is-swali.
Għar-rigward l-adulti, irrispettivament ikunux nisa jew irġiel, bejn it-Tnejn u s-Sibt filgħodu, l-istennija tiddependi fuq l-urġenza tal-każ. Każi urġenti ħafna, bħal dawk li jkollhom bżonn kura intensiva, jiddaħħlu mill-aktar fis possibli. F’każijiet oħra, meta jiġi deċiż li l-pazjenti għandhom jiddaħħlu fi swali oħra inqas intensivi, l-istennija għandha tendenza tkun itwal minħabba l-problema tal-iffullar f’dawn is-swali. Għaldaqstant parti mill-emerġenza ġiet addattata biex tilqa’ dawn il-pazjenti bħala sala temporanja magħrufa bħala
holding area
, sakemm jinħoloq l-ispazju neċessarju fis-sala ndikata lill-pazjenti. Sadanittant, il-kura tibda tingħata fl-istess
holding area
. F’dawn il-każi, pazjent jista’ jqatta’ medja ta’ ħdax-il siegħa sa massimu ta’ ġurnata, filwaqt li bejn is-Sibt wara nofs in-nhar u t- Tnejn filgħodu, u fil-festi pubbliċi, l-perjodu li pazjent iqatta f’din is-sala jista’ jtul sa massimu ta’ jumejn. Kif jitbattlu sodod fis-sala ndikata, dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jkomplu l-kura tagħhom f’din is-sala.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuni fil-Forzi Armati ta' Malta li jaslu biex jagħlqu l-61 sena anqas minn xahar kalendarju qabel ma jkunu intitolati għall-persuni tas-servizz ta' 25 sena, jiġix estiż lilhom l-impjieg sakemm jagħlqu l-25 sena servizz biex b'hekk ma jitilfux il-pensjoni sħiħa tas-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu għalqu l-età mandatorja tal-irtirar mill Forza ta’ ħamsa u ħamsin sena, u, li iżda ma jkunux għad għandhom ħamsa u għoxrin sena servizz għandhom l-opportunità li jkomplu l-bilanċ tas-servizz tagħhom fis-Servizz ta’ Detenzjoni sakemm b’kollox is-servizz tagħhom ikun jammonta għal ħamsa u għoxrin sena meta mbagħad dik il-persuna fil-Forza jkollha jedd tirċievi pensjoni maħduma fuq bażi ta’ ħamsa u għoxrin sena servizz.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-blood glucose strips jibdew jingħataw lill-persuni kollha li jbatu bid-diabetes?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fir-reviżjoni tal-kura tad-dijabete ġie deċiż li jitneħħa l-limitu tal-età ta’ 35 sena fuq l-għoti tal-blood glucose strips. Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mis-sena d-dieħla meta r-riforma tal-Ħames Skeda tibda l-proċess t’implimentazzjoni b’mod uffiċċjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30478, tista' l-Ministru twieġeb il-parti li tirrigwarda l-benefiċċju għal injury on duty u ċioe: Peress li atleti li jipparteċipaw f'sport organizzat fi klabb ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali huma f'riskju ta' korriment li jista' jirrikjedi kura kirurġika ta' natura urġenti u li fis-settur privat jirrikjedi spejjeż kbar, tista' tgħid jekk jistax isir reġistru ta' dawk l-atleti li bih ikunu intitolati għal benefiċċju bħal injury on duty?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex persuna tikkwalifika għal benefiċċju tal-korriment din trid tkun f’impjieg assigurabbli. Għalhekk atleti li jweġġgħu mhux waqt il-ħin tax-xogħol ma jikkwalifikawx għal dan il-benefiċċju.
Fil-każ li huma meqjusa li weġġgħu fuq ix-xogħol, id-dettalji tagħhom huma diġà miżmuma f’idejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid bħalissa hix imwaqqfa l-Kummissjoni Nazzjonali Familja fi ħdan il-Ministeru u jekk fl-affermattiv min huma l-membri u kemm-il darba ltaqgħu matul din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja se tiġi kostitwita fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30294 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li atleti li jipparteċipaw f'sport organizzat fi klabb ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali huma f'riskju ta' korriment li jista' jirrikjedi kura kirurgika ta' natura urġenti u li fis-settur privat jirrikjedi spejjeż kbar, jista' jgħid jekk jistax:
a) isir reġistru ta' dawn l-atleti li bih ikunu intitolati benefiċċju bħal
injury on duty
; u
b) ikun hemm speċjalisti fl-Isptar Mater Dei li jieħdu ħsieb lil dawn l-atleti biex jonqos il-piż finanzjarju fuq l-għaqdiet/klabb sportivi u min imexxihom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-injury on duty ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-isptar Mater Dei joffri servizzi speċjaliżżati f’ħafna oqsma u l-atleti jistgħu jirrikorru għall-użu ta’ dawn is-servizzi bħal ħaddieħor. M’hemm ebda pjan biex jiġu introdotti servizzi partikolari għall-dixxiplini sportivi partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'nofs Novembru għadu ma bediex it-tilqim kontra l-influwenza? Għal kemm-il persuna inxtrat tilqima? Jekk id-dewmien hu min-naħa tas-supplier, jista' jgħid hux se jinġieb tilqim għal inqas persuni peress li numru sostanzjali ta' nies intitolati għal tilqima b'xejn qed jilħqu jixtruha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-konsenja tat-tilqima tal-influwenza waslet Malta, u l-persuni li huma eliġibbli jistgħu jieħdu l-vaċċin miċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid liema parroċċi tal-Knisja Kattolika bbenefikaw mill-Good Causes Fund sena b'sena minn mindu twaqqaf? Kemm ibbenefikaw f'kull każ u x'kienet il-kawża ġusta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — impjegati sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sportiv u coach/tekniku sportiv hu reġistrat bħala full-time u part-time mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni separatament? Kemm-il persuna/kumpanija/klabb/għaqda sportiva ddikjarat li ħallset pagi u/jew allowances lil sportivi matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal faċilitajiet ta' għaqdiet sportivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex għaqdiet nazzjonali sportivi/klabbs sportivi jiżviluppaw faċilitajiet sportivi? Fejn, f'kull każ u f'liema stadju waslet l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità għandha quddiema tmien applikazzjonijiet għal żviluppi relatati purament ma' faċilitajiet sportivi (inkluż clubhouses) li saru minn għaqdiet nazzjonali sportivi/klabbs sportivi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti tagħrif fuq il-lokalità ta' kull applikazzjoni u f' liema stadju waslet kull applikazzjoni.