Legislature:
Category:
Reset
Active:

nisa li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' nisa jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-2011, kemm minnhom kienu taħt il-25 sena, bejn il-25 u d-39 sena, bejn l-40 u l-54 sena u 'l fuq minn 55 sena? Kemm minnhom sabu impjieg permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ u kemm kien in-numru ta' nisa jaħdmu full-time, part-time u self employed u x'kienu l-miżuri meħuda mill-Gvern matul is-sena li għaddiet bl-iskop li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ nisa li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta` Diċembru 2011 kien ta’ 1,433, li 388 kienu taħt il-25 sena; 437 bejn il-25 u d-39 sena; 477 bejn l-40 u l-54 sena; u 131 ’l fuq minn 55 sena. Il-Korporazzjoni tax-xogħol u Taħriġ għenet billi sabet impjieg lil 187 mara li kienu qed jirreġistraw u 1,343 mara oħra li ma kienux jirreġistraw. Fl-aħħar ta’ Novembru 2011, in-numru ta’ nisa jaħdmu full time kien ta’ 51,061 li minnhom 3,003 kienu self employed. Filwaqt li numru ta’ nisa li kienu jaħdmu part time only kien ta’ 17,750 li minnhom 1,845 kienu self employed . Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u it-Taħrig matul l-2011 nidiet kampanja informattiva li l- għan ewlieni huwa li jinkuraġġixi aktar nisa jidħlu jew jibqgħu fid-dinja tax- xogħol. Din il-kampanja li se tibqa’ sejra sa Settembru tal- 2012 qegħda tkun imxandra fuq it-televiżjoni, radju u mezzi oħra. Is- sena l-oħra il- Korporazzjoni ippubblikat ‘online’ ktejjeb informattiv biex jgħin lin- nisa li jixtiequ jsibu impjieg jibbenefikaw minn bosta miżuri li il-Gvern bħalissa qiegħed joffri. Barra min hekk il-ktejjeb fiħ ukoll bosta informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikseb aċċess għal-taħrig mingħand il-Korporazzjoni stess, kif ukoll istituzzjonijiet oħra sabiex ikun aktar ippreparat għad-dinja tax- xogħol.

nies li meitu b'kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2009 - 2010, 2010 - 2011 u 2011 - 2012 kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer, kif kienu maqsuma skont il-lokalità u x'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

lukandi, aparthotels eċċ. — numru totali ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-2011 x'kien in-numru totali ta' sodod f'lukandi, aparthotels, tourist villages, guesthouses u hostels f'Malta u f'Ghawdex? X'kien in-numru totali ta' sodod f'host families u holiday furnished premises u x'kien it-total ta' akkomodazzjoni kollettiva u privata?

Response (DEMARCO, MARIO)

F’Malta u Għawdex, fis-sena 2011 kien hawn liċenzjati 38,880 sodda f’lukandi, aparthotels, tourist villages, guesthouses u hostels. Dawn huma meqjusa bħala akkomodazzjoni kollettiva. Fl-istess sena kien hawn Host Families liċenzjati li setgħu jipprovdu 3,678 sodda u holiday furnished premsies liċenzjati li setgħu jipprovdu 6,318 sodda. Il-kategoriji ta’ host family u holiday furnished premsies huma meqjusa bħal akkomodazzjoni privata. Għalhekk in-numru totali ta’ sodod f’akkommodazzjoni kollettiva u privata kien ta’ 48,876
Leg 11 PQ #33822 Sitting 464 2012-04-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

vjaġġi bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-total ta' vjaġġi bil-baħar bejn Malta u Għawdex fl-2011 u x'kien it-total ta' passiġġieri u vetturi li għamlu użu minn dawn il-vjaġġi fl-istess sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

opri tal-baħar irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-2011 kienu reġistrati opri tal-baħar bħala bastimenti professjonali tas-sajd full-time, bħala bastimenti professjonali tas-sajd part-time u bħala bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni u kif dawn kienu mqassma f'portijiet, bajjiet, xtut eċċ. skont il-lokalitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33254, jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2011, kemm-il talba saret mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-ARMS Ltd sabiex benefiċċjarji tal-benefiċċju tal-enerġija li mhumiex account holder mal-kumpanija ARMS Ltd jingħataw din l-għajnuna?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor interpellant li meta l-ARMS joħorġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-istess informazzjoni tingħata lid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex ikun jista jaħdem u jipproċċessa, l-ammont ta’ benefiċċju dovut lill-persuna li tkun intitolata għal imsemmi benefiċċju u mhux lill-account holder. Dan ifisser li min qed jirċievi l-benefiċċju irid jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-account holder biex meta jħallsu għal konsum tad-dawl u l-ilma li jkun ħela f’dak il-perjodu tal-kont, inaqqas l-ammont tal-voucher tal-Benefiċċju għall-Enerġija minn dak li għandu jagħti lill-account holder, biex dan tal-aħħar iħallas il-kont, parti fi flus u l-kumplament f’voucher. Dan il-proċess isir fuq bażi regolari kull meta jinħargu il-kontijiet mill-ARMS Ltd.

Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Ostetriċija — trabi li twieldu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, skont is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Ostetriċija, trabi ġew reġistrati li twieldu lill-unmarried mothers f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2005 sal-2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

It-tabella hawn taħt turi in-numru ta' trabi li ġew reġistrati li twieldu lill-single mothers f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2005 sal-2011. Sena Malta Għawdex Total 2005 707 30 737 2006 785 27 812 2007 859 38 897 2008 953 52 1,005 2009 984 41 1,025 2010 948 37 985 2011 1000 44 1,044

Għemmieri — tkattir tal-għasafar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.

Kunsilli Lokali — field officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk field officers tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali għadhomx jagħmlu spezzjonijiet fil-lokalitajiet kollha biex fost oħrajn jassiguraw li l-kunsilli lokali qed jaqdu l-funzjonijiet tagħhom kif stipulat u jekk fl-affarmattiv kull meta dawn qed isiru, meta saru l-aħħar u x'kienu l-marki mogħtija lil kull kunsill lokali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma għadx għandu mpjegati miegħu bħala Field Officers. Ninfurmah ukoll li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali, bħala l-Kap Amministrattiv u Finanzjarju tal-Kunsill Lokali hu obbligat li jirrapporta lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kull nuqqas li jirriżultalu jew li jasal għal-informazzjoni tiegħu. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jsegwi kull ilment li jirċievi dwar nuqqasijiet minn Kunsilli Lokali.

Supportline 179 — telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' telefonati fuq is-Supportline 179 fl-2011 u kif dan it-total jinqasam skont it-tip tat-telefonati li saru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011, is-Supportline 179 kellhom total ta’ 17,354 telefonata. Minn dawn it-telefonati, 11,761 kienu telefonati genwini li jinqasmu fill-kategoriji msemmija hawn taht: Aids / HIV 6 Alcohol 143 Anxiety 223 Behavioural Problems 284 Bereavement 37 Bullying 62 Child Abuse - Emotional 82 Child Abuse - Internet 9 Child Abuse - Neglect 182 Child Abuse - Physical 117 Child Abuse - Sexual 28 Depression 754 Disability Related Issues 26 Domestic Abuse - Emotional 180 Domestic Abuse - Neglect 25 Domestic Abuse - Physical 346 Domestic Abuse - Sexual 15 Drugs 187 Elderly 156 Financial 44 Fostering 55 Gambling 22 Gay Related Issues 8 Homeless 175 Housing Related Issues 20 Information - Internet 42 Information - Services 1230 Legal Issues 81 Listening 2066 Loneliness 780 Marital/Partners 525 Medical / Terminal Illnesses 40 Mental Health 806 Others 1784 Parent-Child 534 Persons in Seperation Process 116 Pregnancy Related Issues 16 Rape 5 Refugees 34 Relationship Problems & Family Problems 281 Residential Homes 5 School Related Issues 26 Sexuality Related Issues 15 Single Parents 19 Single Persons 2 Suicide 27 Unemployment 10 Usury 8 Volunteer Called 123

informazzjoni dwar post residenzjali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwar u qed jintbagħtu separatament għadx għandu skop residenzjali? Kemm ilu vakanti?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi li l-post in kwistjoni qatt ma nkera għal skopijiet residenzjali sakemm ġie vvakat fl-1 ta’ Lulju 2010. Ai fini ta’ użu residenzjali jew le, peress li bħalissa hemm kawża pendenti l-Qorti, nkunu rridu nistennew l-eżitu tal-kawza sabiex jiġi determinat l-iskop futur tal-post.

servizz ta' speech therapist għat-tfal fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32751 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kemm-il skola primarja jiġi provdut is-servizz ta' speech therapist? Għaliex tfal minn skola jkollhom imorru fi skejjel oħra flok ma t-terrapista jżur it-tfal li għandhom bżonn ta' dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' skejjel li fihom nipprovdu servizz dirett ta’ speech therapist huwa ta’ 21. It-tfal narawhom fl-iskejjel jew fi kilinika fil-kommunita skont il-bżonn individwali tal-istess tfal. Infatti għandna linji gwida li jirregolaw dan is-servizz sabiex, kemm jista' jkun, nipprovdu lill-individwu b'dak li għandu bżonn sabiex it-terapija tkun iżjed effettiva.

Tarzna — pensjoni tal-ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32752, skont il-ftehim li kien intlaħaq dwar l-istrutturar li kien sar f'din l-ażjenda, jista' l-Ministru jgħid fost l-ex ħaddiem tat-Tarzna, kemm-il pensjonant kien ikkommuta parti mill-pensjoni tiegħu? Hemm il-ħsieb li dawn jibdew jingħataw id-differenza li għadha dovuta?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara għal-liema pensjoni qed jirreferi.

Air Malta — charted flights għal Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena kemm l-Air Malta ġarret passiġieri fuq titjiriet chartered għal Lourdes u lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Air Malta — chartered flights għal Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta, din is-sena hux se torganizza titjieriet chartered għal Lourdes u lura? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jsiru, kemm se jsiru u kif jipparagunaw mat-titjiriet li saru f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċju tal-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċekk tal-benefiċċju tal-enerġija baqa' ma ssarrafx matul 2011? Peress li dan joħroġ fuq l-isem tal-klient tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma/Enemalta li mhux neċessarjament hi l-familja li qed tgħix f'dik ir-residenza, kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd dwar dan u x'sar biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ vouchers għall-Benefiċċju għall-Enerġija li ma ssarfux matul is-sena 2011 kien ta’ 12,122, li minnhom 2015 ġew maħruġa mill-ġdid b’data ġdida. Dawn il-vouchers joħorġu fuq isem il-persuna reġistrata bħala account holder mal-Kumpanija ARMS iżda jintbgħatu lil persuna li għandha dritt għal voucher għax hi l-benefiċċjarja. Inżid ukoll illi d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma għandux l-informazzjoni ta’ kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd u għalhekk nitlob lill-interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata — prezz tal-oqbra

Question

B'referenza għal min kien ilu li applika għal qabar fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata sa sew qabel l-2008 meta l-prezz stabbilit kien ta' anqas minn €3000, jidhirlu l-Ministru li mhux ġust li l-prezz għal servizz bażiku bħal dan aktar milli jirdoppja għal €8000?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-prezz propost għal xiri ta’ qabar jinkludi l-ispejjez tal-iskavar u l-bini tal-istess qabar kif ukoll spejjeż għal manutenzjoni taċ-ċimiterju. Ninsab infurmat li l-prezz mitlub huwa wieħed raġonevoli meta kkomparat mal-andament tas-suq u li ma hemm l-ebda rabta bejn l-applikazzjoni għal xiri ta’ qabar u il prezz tal-istess qabar.

Università — pensjonanti li jkunu jridu jattendu

Question

Tista' l-Minsitru tgħid jekk hemmx mezz li pensjonanti li ma jkollhomx dħul finanzjarju ieħor għal kors fl-Università ma jkollhomx għalfejn iħallsu €1250 fis-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Persuna pensjonanta tista’ tirrikorri għand il-Bord ta’ l-Eżenzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol biex tiġi kkunsidrata t-talba tiegħu jew tagħha. Jekk il-każ jimmerita eżenzjoni mill-ħlas dan jingħata fuq rakkomandazzjoni tal-Bord.

benefiċċju lin-nisa tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx benefiċċju li jingħata fil-bidu tat-tqala lin-nisa li n-natura tax-xogħol tagħhom hu ta' strapazz kbir u b'ħafna tqandil?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi min ihaddem huwa obbligat bil-Ligi li jaghmel risk assessment biex jassigura li x-xoghol li jkun qed jitwettaq minn kawlunkwe impjegat ma hux ta riskja ghas-sahha u sigurta tieghu. Fil-kaz ta' nisa tqal dan l-assessment irid jiehu in konsiderazzjoni wkoll jekk x-xoghol jikkrejax riskju gha-sahha u sigurta ghat-tqala tal-istess persuna. Jekk dan l-assessment juri li hemm riskju allura min ihaddem huwa obbligat li jiehu l-mizuri kolha necessarji biex ihares is-sahha tal-istess persuna tqila billi inter alia jaghmel aggustamenti temporanji fl-ambjent tax-xoghol jew fil-hinijiet tax-xoghol tal-impjegata koncernata jew inkella billi joffri xoghol alternattiv li jkun idoneju lill-istess impjegata fic-cirkustanti li tkun fihom. Jekk l-impjegata tirrifjuta dan ix-xoghol alternattiv minghajr raguni valida ma tkun intitolata ghall-ebda remunerazzjoni. Jekk min ihaddem minhabba n-natura u prattici tax-xoghol ma jkunx f posizzjoni li joffri dawn il-mizuri allura huwa jkun obbligat li jaghti lill-impjegata koncernata leave tal-maternita specjali ghall perjodu kollu necesarju biex jipprotegi s-sahha u sigurta tal-persuna tqila. Matul dan il-perjodu ta leave specjali min ihaddem ghandu jhallas lill-impjegata allowance specjali ekwivalenti ghar-rata tal-beneficcju tal-mard skont ma jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta Socjali.