Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini li għadhom jiġu manifatturati li kienu jiġu mpurtati f'pajjiżna fl-2006 u li ma baqgħux fl-2007? Kemm minn dawn kienu jiswew anqas minn €7 (Lm3) kull pakkett? Kemm minn dawn qed jiġu provduti mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Terapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema ċirkustanzi jiġu provduti terapisti fid-djar ta' anzjani/persuni b'disabilita' mingħajr ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura’ fil-Komunita’ jipprovdi terapisti fid-djar ta’ l-anzjani fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn taħt: 1. lil dawk il-pazjenti illi wara li joħorgu mill-isptar, jkollhom bżonn l-għajnuna tat-terapista sabiex l-indipendenza fiżika tagħhom tiġi għall-aħjar. Minħabba li l-kundizzjoni tagħhom tkun għadha hekk fraġili, din ma tippermettilhomx li jivvjaġġaw. 2. lil pazjenti li r-restrizzjonijiet strutturali li għandhom ġewwa djarhom jservi ta’ periklu jekk dawn joħorġu. 3. lil carers illi jkollhom bżonn għajnuna, support u direzzjoni sabiex dawn ikunu jistgħu jkomplu jieħdu ħsieb il-pazjent.

Mewt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007? Kemm minnhom kellhom anqas minn 65-il sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Refuġjati mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu refuġjati l-Qorti sena b'sena f'dan l-aħħar 10 snin? X'kienu l-akkużi? Kemm minnhom instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dħul fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fid-djar ta' l-anzjani, kif ukoll f'San Vinċenz?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-waiting list għad-dħul fid-djar ta' l-Anzjani tal-Gvern sal-31 ta' Mejju 2008 hija ta' 1,090. Informat ukoll li dwar il-waiting list għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tal-Mistoqsija numru 585.

Vista ta' l-Għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l- waiting list u t-total ta’ pazjenti li qed jistennew biex jingħataw is- servizz għal vista ta’ l-għajnejn fic- Ċentri tas- Saħħa hija kif tidher hawn taħt. · Gżira - Frar 2009 - 800 pazjent · Mosta - Mejju 2010 - 2595 pazjent · Qormi - Jannar 2010 - 900 pazjent · Floriana - Gunju 2010 - 2200 pazjent · Paola - Novembru 2009 - 1900 pazjent · B’Kara - Marzu 2009 – 665 pazjent Ma jingħatax servizz għal visti ta’ l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Bormla u r-Rabat. Nixtieq ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proċess attwali biex din il- problema ta’ dewmien tiġi riżolta.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi protocol biex anzjani 'l fuq minn 72 sena b'pensjoni minima ta' madwar €317 fix-xahar jingħataw xi għajnuna addizjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li dawk il-pensjonanti li jagħlqu 72 sena u, flimkien mal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz, issirilhom stima mill-ġdid tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, fejn ma jiġix ikkalkulat 50% tal-parti kkomutata tal-pensjoni tas-servizz. Dan jista’ jirriżulta f’żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Ta’ min iżid ukoll li persuna li ddħul tagħha hu limitat għall-pensjoni bir-rata indikata mill-Onor. Interpellant, normalment tkun intitolata wkoll għall- allowance supplimentiari mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.

Persuni Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 83 u cioe' peress li prodott li jintuża minn pazjenti li jeħtieġu l-insulina bl-isem Lanctus cartridges ġie approvat iżda mhux provdut lil pazjenti minkejja li għaddew diversi xhur, jista' l-Ministru jara li jiġi provdut dan il-prodott lil dawn il-persuni dijabetiċi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-Servizzi ta' 'Procurement tal-Gvern' (Taqsima tas-Saħħa) ilu jixtru din il-mediċina f'forma ta' fjali mis-sena 2004 bl-aħħar konsenja tasal fid-9 ta' April li għadda. Id-Dipartiment fetaħ call for tenders ġdida sabiex din il-mediċina tibda tinxtara f'forma ta' cartridges. Dan it-tender, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratt, għadu qiegħed jiġi pproċessat.

Valletta — Irranġar ta' bankina

Question

Jista' l- Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.392, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu u cioe' jara li titranġa l-bankina fi Triq il-Lvant kantuniera ma' Taraġ Nix Mangiari l-Belt peress li minkejja li mhix f'parti residenzjali tinsab biswit Victoria Gate fejn jgħaddu ħafna Maltin u turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalità legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Ċentri tas-Saħħa — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 76 u jgħid x'inhi l-waiting list sew f'numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data fid-diversi ċentri tas-saħħa għal: i) Skeda Ħamsa? ii) Anticoagulant clinic?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Appuntament li jmiss Numru ta' pazjenti li qed jistennew Furjana - 04/06/08 150 Gżira - 20/05/08 40 Qormi - 16/05/08 49 Mosta - 16/05/08 43 Rabat - Pazjenti moqdija minn Qormi u B'Kara Raħal Ġdid - 06/06/08 108 B'Kara - 24/05/08 94 Bormla - Pazjenti moqdija minn Raħal Ġdid Dwar l-Anticoagulant Clinic, informat li l-appuntamenti jsiru mill-klinika ta' l-ACC ta' l-iSptar Mater Dei. Kull ċentru tas-saħħa joffri servizz lil 20 pazjent kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Ma hemm l-ebda waiting list f'din il-klinika.

Mediċini out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 203 u jara li tingħata priorita' lill-fatt li dawn iż-żewġ prodotti jinsabu out of stock, i) Atrovent inhaler - ilu nieqes għal diversi xhur ii) Avonex injections? Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jinxtraw mis-settur privat.

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-'Atrovent inhaler' huwa in stock fid-Dipartiment tal-Procurement tal-Gvern (Taqsima tas-Saħħa). L-aħħar konsenja waslet fit-30 ta' April, 2008. Informat ukoll li l-Kuntrattur tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-'Avonex injections' ma ġabx l-ordni skond iż-żmien indikat fil-kuntratt, id-dipartiment xorta waħda qed jixtri stock minn band'oħra. Il-Kuntrattur għandu jirċievi l-istock minn barra minn Malta tul din il-ġimgħa u minnufih jgħaddih lid-Dipartiment. Nhar is-Sibt 17 ta' Mejju 2008 waslet konsenja limitata ta' din il-mediċina li ġiet imqassma lil pazjenti matul tmiem il-ġimgħa.

Valletta — Irranġar ta' bankina

Question

Jista' l-Ministru jara li titranġa l-bankina fi Triq il-Lvant kantuniera ma' Taraġ Nix Mangiari l-Belt peress li minkejja li mhix f'parti residenzjali tinsab biswit Victoria Gate fejn jgħaddu ħafna Maltin u turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Floriana — Bini ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' l-Awtorita' tad-Djar fuq i) it-tkomplija tal-bini ta' l-appartamenti fi Triq l-Iljun kantuniera ma' Triq l-Argotti, l-Floriana; ii) l-istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti, f'13 Triq Sant'Anna, Floriana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar bi ħsiebha tkompli l-proġett tal-bini ta' appartamenti u garaxxijiet fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljin, Furjana, fil-futur qarib tant li l-abbozz tas-sejħa għal-offerti għax-xogħolijiet pendenti qiegħed jiġi verifikat mid-Dipartiment tal-Kuntratt qabel jiġi ppublikat. Dwar l-installazzjoni tal-lift fil-blokk indikat ninsab informat li t-tqegħid ta' lift fit-tromba ta' dan il-blokk kien problematiku peress li m'hemmx pjan adekwat li fuqu jiftaħ il-bieb tal-lift. Madankollu , bħalissa, l-Awtorita' qed tistudja soluzzjoni oħra li mistennija tiġi konkluża f'qasir żmien u f'dan il-każ, l-applikant jiġu informat bid-deċiżjoni.

Persuni dijabetiċi

Question

Peress li prodott li jintuża minn pazjenti li jeħtieġu l-insulina bl-isem Lanctus cartridges ġie approvat iżda mhux provdut lil pazjenti minkejja li għaddew diversi xhur, jista' l-Ministru jara li jiġi provdut dan il-prodott lil dawn il-persuni dijabetiċi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata priorita' lill-fatt li dawn iż-żewġ prodotti jinsabu out of stock, i) Atrovent inhaler - ilu nieqes għal diversi xhur ii) Avonex injections? Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jinxtraw mis-settur privat.

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar

Question

Peress li wieħed mill-indikaturi li hu magħruf li jiddetermina l-livell ta' kwalita' ta' sptar akut hu n-numru ta' sigħat minn meta pazjent jiġi admittedbi ksur sakemm issir l-operazzjoni meta din tkun meħtieġa, jista' l-Ministru jara li jsir studju dwar dan? Jaf li bħalissa hemm pazjenta fl-Orthopaedic Ward 1 bi ksur fl-għaksa li ilha preparata għall-operazzjoni fuq 48 siegħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-livell ta' kwalita' ta' sptar akut jitkejjel mhux biss kemm isir malajr operazzjoni iżda mill-kwalita' u komplessita' ta' l-operazzjoni li jsiru u m ir-riżultati ulterjuri ottenuti minn dawn l-operazzjonijiet. Hemm ħafna raġunijiet għala operazzjonima ssirx fl-iqsar żmien possibli. Waħda minn dawn ir-raġunijiet hija li meta jidħlu ħafna pazjenti bi ksur fuq medda ta' żmien qasir, dawn jiġu prijorizzati skond il-gravita' u l-kundizzjoni ġenerali ta' kull wieħed minnhom. ikun hemm pazjenti li minħabba fil-kundizzjoni fiżika tagħhom, ikun ta' riskju għalihom li jistennew, u jkun hemm pazjenti li l-kundizzjoni fiżika u t-tip ta' ksur li ġarrbu jippermetti li jistennew għall-operazzjoni għalkemm dan ma jkunx ta' nkonvenjent għalihom. Informat studji dwar kemm hu rilevanti il-mogħdija ta' żmien fuq ir-riżultat ulterjuri ta' operazzjoni fuq tipi ta' ksur, f'diversi partijiet ta' l-iskeletru, huwa ben stabbilit fil-litteratura mediku. Id-Dipartiment ta' l-Ortopedija huwa konxju ta' dawn l-istudji u jagħti priorita' lil dawk il-fratturi fejn hemm evidenza oġġettiva li dawn huwa l-każ. Il-każijiet ta' emerġenza fl-Ortopedija li qed jistennew operazzjoni sat-Tnejn, 19 ta' Mejju, ġew ammessi fl-isptar Mater Dei il-bieraħ il-Ħadd 18 ta' Mejju. Għalhekk nikkonkludi l-każ partikolari li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġie operat.

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list sew fin-numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data għall-operazzjonijiet: i) strument fil-marrara; ii) strument fl-irkoppa; iii) kataretti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-waiting list fl-MDH sa l-ewwel ġimgħa ta' April, 2008 hija hekk :- - strument fil-marrara : 327 (Laparoscopic Cholecystectomy) - strument fl-irkoppa : 3,144 (Arthroscopy Knee) - kataretti : 5,351 (Cataract Surgery) Informat ukoll li l-appuntament li jmiss jiddependi skond l-urġenza tal-kas. Din il-pożizjoni hi għal kollox inaċċettabbli u se jittieħdu l-passi meħtiega biex dawn il-waiting lists u l-oħrajn li jeżistu jitnaqqsu drastikament fl-inqas żmien possibbli.

Ċentri tas-Saħħa — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list sew f'numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data fid-diversi ċentri tas-saħħa għal: i) Skeda Ħamsa? ii) Anticoagulant clinic?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Santa Luċija Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni ma ġietx inkluża l-proposta tal-bini tas-sala fl-iskola Junior Lyceum f'Santa Luċija fil-programm ta' xogħlijiet tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-programm ta’ bini fl-iskejjel qed isir skond prioritajiet nazzjonali edukattivi. F’din il-fażi qed jinbnew diversi skejjel u diġa’ hemm diskussjoni dwar il-fażi ta’ bini li jmiss.

Galleriji ta' l-injam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-MEPA terġa' toħroġ skema għal tibdil ta' galleriji ta' l-injam? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalissa m’hemmx il-ħsieb li l-iskema għat-tibdil ta’ gallariji ta' l-injam terġa’ tinfetaħ. Ta’ min jgħid li n-nefqa totali mill-aħħar skema laħqet € 1,196,049.