Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-impjegati (a) full time u (b) part time mas-Servizz Pubbliku: (i) Dietician (ii) Occupational Therapist (iii) Physiotherapist (iv) Optometrist (v) Speech and Language Therapist (vi) Chiropodist (vii) Psychologist? F'liema dipartimenti jaħdmu f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Settur Pubbliku — Tobba

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 799, mit-13-il tabib li ggradwaw mill-2003 sal-2005 u li ma baqgħux jaħdmu fis-settur pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom ġeddew il-liċenzja mal-Kunsill Mediku din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mitt- tlettax (13) il- tabib li ggradwaw mill-2003 sal-2005 u li ma baqgħux jaħdmu fis-settur pubbliku: 9 ġeddew il-liċenzja mall-Kunsill Mediku 3 ma ġeddewx il-licenzja mall-kunsill Mediku 1 ma ngħatax reġistrazzjoni mill-Kunsill Mediku u għalhekk għad m' għandux liċenzja.

Registrar tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 798, jista' l-Ministru jgħid fejn huma, x'inhi l-eta' u għal liema xogħol qegħdin jirreġistraw dawk li waqfu jirreġistraw minħabba mard, għal aktar minn darba, fl-aħħar ħames xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 531, fost is-651 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida, tista' l-Ministru tagħti aktar informazzjoni dwar: i) l-eta' ii)is-sess iii)kemm minhom ġa rrepetew sena skolastika iv)kemm minnhom huma aħwa v) kemm mill-ġenituri tagħhom ġew avviċinati mis-servizzi tas-social work u kemm fil-fatt attendew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

Mewt

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet referuta lilu, u jgħid kemm jirriżulta li mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007? Kemm minnhom kellhom anqas minn 65-il sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif tidher fuq it-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-istatistika mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Floriana

Question

Peress li fuq il-paviment tal-mall fil-Floriana żelqu diversi persuni fuqu, jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex titranġa s-sitwazzjoni? Jista' jitneħħa l- wire tad-dawl fil-passaġġ tal-ġonna ta' l-Argotti fil-Floriana, b'mod partikolari jekk dan jirriżulta li hu perikoluż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qed tara x’inhi s-sitwazzjoni u ser tagħmel dak li hu meħtieġ biex jekk hemm xi problemi jiġu rranġati. Rigward it-tieni parti tad-Domanda, ninforma l-Onor. Membru li l- wire li kien qiegħed hemm b’mod temporanju issa tneħħa.

Abbużi minn servizzi soċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 795, fost it-362 każ ta' benefiċċji mwaqqfa,jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew imwaqqfa għal diversi raġunijiet, fosthom li: · ma kinux qegħdin jiffurmaw familja għal rashom; · ma kienux il-kap tal-familja; · kienu qegħdin jaħdmu; · l-mezzi tagħhom kienu jeċċedu dawk stabbiliti mill-liġi; · naqsu li javżaw lid-Direttur tas-Sigurta Soċjali b’xi tibdil ieħor fiċ-ċirkostanzi tagħhom li kien jaffettwa d-dritt għall-benefiċċji.

Bini

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 801,jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-targetdates għat-tlestija tal-104 units ippjanati? F'liema stadju ta' ippjanar qegħdin?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha blokk ta’ tmien units fil-Belt li qiegħed fi stadju ta’ kostruzzjoni. Dan il-proġett mistenni jkun lest is-sena d-dieħla. Tliet proġetti oħra li jikkompredu 96 unit qegħdin fi stadju ta’ preparazzjoni ta’ tenders . Target dates għal tlestija ta’ dawn il-proġetti ikunu jistgħu jingħataw meta jitlesta l-proċess ta’ tendering .

Operations Posposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew posposti major and intermediate operationsfl-ispeċjalitajiet diversi minn Jannar sa Mejju 2008 għal aktar minn darba għall-istess pazjent mhux minħabba li dan kien ma jiflaħx? X'kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li bejn Jannar u April 2008, fl-Isptar Mater Dei kien hemm 9 pazjenti li kellhom operazzjoni ta’ kategorija Intermediate li ġiet posposta darbtejn. Dawn l-operazzjonijiet ġew posposti primarjament jew minħabba raġunijiet mediċi jew għaliex il-pazjenti ma żammewx l-appuntament. Ma kien hemm l-ebda major operation li ġiet posposta f’dan il-perjodu. L-informazzjoni ta’ Mejju 2008 għadha ma ġietx pubblikata.

Sptarijiet tal-Gvern — Waiting LIst

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 812, jista' l-Ministru jara li jitneħħa mill-waiting list kull kategorija msemmija fit-tweġiba u tingħata informazzjoni dwarhom? Fl-ispeċjalitajiet tal-oftalmoloġija u tal-ortopedija, minbarra l-urġenza tal-każ kif evelwat mill-konsulent, jista' jingħata priorita' ukoll għal raġunijiet soċjali bħal fil-każ ta' min għandu dħul finanzjarju baxx, min m'għandux assigurazzjoni, min jgħix waħdu, eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li qed isir process gradwali fejn bil-koperazzjoni tad-Dipartimenti kliniċi, il-listi ta’ stennija jiġu kontinwament aġġornati sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni attwali. L-Onorevoli Interpellant japprezza illi kull min hu kopert bil-liġi tas-Sigurtà Soċjali għandu dritt għall-kura medika li jipprovdi l-Istat. Għaldaqstant kull parametru ieħor li mhux l-urġenza u l-ħtieġa klinika jmorru kontra dan il-principju fondamentali.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima Għajnuna Medika fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tistax tilqa' talbiet għal għajnuna minn koppji li mhux jirċievu għajnuna soċjali meta l-omm twelled tewmin (jew multiple pregnancies akbar) u ma tkunx taħdem u żewġha jkun fuq il-paga minima? Aktar u aktar meta l-omm ma tkunx tista' tagħti breast feeding lit-trabi għal raġunijiet ta' saħħa.

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma l-Onor. Membru li skond l-Artiklu 24 ta’ l-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318) huwa ndikat speċifikamement li biex tingħata l-Għotja tal-Ħalib, il-kap tal-familja irid ikun qed jirċievi l-Għajnuna Soċjali.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li applikaw ħaddiema/persuni in ġenerali u persuni self-employed għall-benefiċċju tal-mard xahar b'xahar din is-sena? Kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali u self-employed li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar talbiet għal benefiċċju għal mard maqsuma bejn impjegati u self-employed. In-numru ta’ talbiet, mill-kategoriji kollha, għal benefiċċju għal-mard fil-perijodu ndikat hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru għall-Finanzi, Ekonomija u Nvestiment.

Social Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal social housing? Jista' jagħti breakdown fil-lokalitajiet tal-Belt, Furjana, Hamrun, Marsa, tal-Pieta' u Santa Venera skond l-eta' ta' l-applikanti, l-istat ta' l-applikanti, il-kondizzjoni ta' l-akkomodazzjoni preżenti (substandard) u meta m'hemmx homeless, kif ukoll hemmx overcrowding, jew persuni b'diżabilita' jew mard li jillimita l-mobilita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali hu 3,485. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina out of stock

Question

Peress li l-prodott Colifoam Enemas ma tinstabx fis-suq privat u bħalissa tinsab out of stock , jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri biex dan il-prodott jerġa' jsir disponibbli għall-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Colifoam Enemas jinstabu out of stock għaliex hemm nuqqas ta’ dan il-prodott fis-suq Ingliż minn fejn il-GHPS tixtri din il-mediċina minħabba li dan il-prodott mhuwiex irreġistrat Malta. Il-GHPS qed tieħu miżuri biex tixtri dan il-prodott minn swieqi oħra iżda qed tistenna tweġiba mid-dipartiment tal-kuntratti.

Pazjenti jistennew operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew operazzjoni għal: i) knee replacement ii) hip replacement?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjonijiet imsemmija huwa kif jidher hawn taħt: i. Knee replacement - 2127 ii. Hip replacement - 1035.

Abbużi minn Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rriżultaw każijiet ta' abbuż minn persuni li applikaw għal għajnuna soċjali wara li sseparaw mill-konjuġi tagħhom iżda nstabu joqgħodu fl-istess dar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onor. Interpellant. L-istatistika li tinżamm hi dwar kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji minħabba ksur ta’ provvedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Ninsab infurmat li n-numru ta’ dawn il-każijiet li twaqqfu bejn Jannar u l-aħħar ta’ Mejju 2008, kien ta’ 362.

Reġistrar għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rriżultaw każijiet ta' persuni li ma rreġistrawx għax-xogħol għal raġuni ta' mard, xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena? Kemm minnhom għamlu dan għal aktar minn darba,darbtejn, tliet darbiet, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tobba — Settur Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tobba li gradwaw mill-Universita' ta' Malta fl-aħħar ħames snin għadhom impjegati mas-settur pubbliku? Kemm minnhom ġeddew il-liċenzja tal-Kunsill Mediku din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ tobba li gradwaw mill-Universita’ ta’ Malta fl-aħħar snin u għadhom fis-Servizz Pubbliku huwa kif ġej : Sena Tobba Gradwati Għadhom fis-Servizz 2003 34 29 2004 65 58 2005 61 60 2006 44 44 2007 52 52 Informat ukoll li din is-sena kull tabib impjegat mas-settur pubbliku ġedded il-liċenzja mal-Kunsill Mediku skond l-Avviż Legali 330/2006.

Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqa' u reġa' ttella' bini tal-gvern fl-ibliet madwar il-Port il-Kbir f'dawn l-aħħar 20 sena lokalita' b'lokalita'? Kemm ittellgħu appartamenti, maisonettes lokalita' b'lokalita'? X'inhu ppjanat li jsir f'dawn il-lokalitajiet fis-snin li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma ‘l-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar 20 sena, ittellgħu b’kollox 673 appartament/maisonette ġdid u ġew rijabilitati 51 unit fil-Belt, il-Furjana u l-Kottonera. Proġetti ta’ rikostruzzjoni għall-futur (bil-permessi tal-MEPA) f’dawn l-istess ibliet, s’issa jkopru 104 unit oħra. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi d-dettalji lokalita’ b’lokalita’.

Myalgic Encephalomyelitis

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kondizzjoni ME (Myalgic Encephalomyelitis) tiżdied ma' dawk id-diżabilitajiet li għalihom jibbenefikaw mill-home help u mill-installazzjoni ta' lift?

Response (DALLI, JOHN)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.