Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1651, jistgħu jiġu elenkati dawn il-prodotti, sew li ġew irtirati mis-suq u kif ukoll dawk li l-Gvern qed jixtri minn sorsi oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-Website ta' l-Awtorità dwar il-Medicini fuq: http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma%20withdrawn.pdf. għal-lista ta' prodotti li ġew irtirati mis-suq mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni gћat-tqegћid fis-suq. Informat li l-prodott Estracombi TTS® transdermal patches , li wkoll kien ġie rtirat mis-suq lokali, inxtara mill-Gvern minn sors ieħor.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm total ta’ 160,923 ħaddiema li ħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul l-2007, u li minnhom 20,406 ħallsu kontribuzzjonijiet ta’ Klassi 2.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.

Suq tal-Belt — Elevator

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda' jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna l-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watchperson fil-post jieħu ħsieb is-sigurta' fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bring-in-sites — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ta' spezzjonijiet minħabba preżenza ta' rodents fil-viċinanzi ta' bring-in-sites fl-aħħar sitt xhur? F'liema lokalitajiet kienu? Jistgħu dawn l-inħawi jiġu spezzjonati b'mod regolari u saħansitra jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn il-ġrieden ma jiżdiedux f'dawn il-pockets?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saru tliet talbiet għal spezzjonijiet minħabba preżenza ta' rodents fil-viċinanzi ta' bring-in-sites fl-aħħar sitt xhur. Dawn kienu minn Birżebbuġa, Hal Qormi (Triq l-Iljun) u s-Siġġiewi (Triq Lapsi). Il-WasteServ ħadet ħsieb biex tqabbad il-Kuntrattur jieħu l-passi meħtieġa biex dan l-inkonvenjent jitneħħa. Ta’ min jgħid hawnhekk, li r-raġuni prinċipali għall-preżenza ta’ dawn ir- rodents hi, li xi wħud minn dawn il- bring-in-sites qegħdin jiġu abbużati mill-pubbliku fejn kull tip ta’ skart qiegħed jintefa’ ħdejhom jew fihom. Ġieli nġabru annimali mejta jew il-fdalijiet tagħhom. Jekk il- bring-in-sites jintużaw bil-għaqal u għall-iskop li huma maħluqin għalih din il-problema tispiċċa u dawn l-annimali ma jmorrux lejn dawn il- bins għax ma jsibux ikel. Irid jingħad li dawn il-bins jiġu mbattla kif ġej: Darbtejn fil-ġimgħa l- bins li jieħdu fihom il-plastik u l-karta u darba fil-ġimgħa dawk li jieħdu fihom metall jew ħġieġ. Ovvjament jekk tidħol informazzjoni li xi bring-in-site hi mimlija din tiġi mbattla dak inhar stess.

Bajjiet pubbliki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom isir tindif regolarment? Liema huma? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal: i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali ii) persuni bi bżonnijiet speċjali? F'kemm minnhom hemm il-faċilita' ta' doċċa? Liema huma f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ix-xogħol li sar b’kollaborazzjoni ma’ l-MTA u l-Kunsilli Lokali hu kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Nitlob l-Onor Membru li jirreferi l-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Enerġija Elettrika Impurtata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tibda' tiġi impurtata enerġija elettrika mill-grid Ewropea permezz tal-cable ta' Sqallija? Il-Koporazzjoni Enemalta għamlet studji dwar dan fl-aħħar erba' xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pażjenti — Viżti fid-djar u Trasport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1058 u cioe': B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 785, jista' jgħid kemm saru visti fid-dajr mid-diversi terapisti skond it-tliet kriterji msemmija matul Mejju 2008? Matul Mejju 2008, kemm kien hemm talbiet għal trasport minn pażjenti li ġew eżaminati minn: i) Dieticians ii) Occupational Therapists iii) Physcotherapists iv) Optometrists v) Speech Therapists vi) Chiropodists fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul Mejju 2008 saru 147 visti fid-djar ta’ pazjenti mid-diversi terapisti li jaħdmu fis-servizzi kollha tas-saħħa. Matul l-istess perjodu kien hemm 142 talba għal trasport minn pazjenti li ġew eżaminati minn xi kategorija ta’ impjegati elenkati mill-Onorevoli Interpellant.

Servizzi Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1069 u jgħid kemm huma l-impjegati (a) full time u (b) part time mas-Servizz Pubbliku: (i) Dietician (ii) Occupational Therapist (iii) Physiotherapist (iv) Optometrist (v) Speech and Language Therapist (vi) Chiropodist (vii) Psychologist? F'liema dipartimenti jaħdmu f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fil-gradi mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru hawn taħt: Grad Full-Time Part-Time Total Dietician 1 1 2 Occupational Therapist 74 0 74 Physiotherapist 135 1 136 Optometrist 2 0 2 Speech Therapist 62 0 62 Podologist ( fis-Servizz Pubbliku l-grad huwa Podologist u mhux Chiropodist) 25 0 25 Psychologist 11 0 11 Total 310 2 311 L-informazzjoni dwar kif dawn l-impegati huma mqassma fid-dipartimenti tinsab fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 803 u jgħid kemm hemm mediċini li għadhom jiġu manifatturati li kienu jiġu mpurtati f'pajjiżna fl-2006 u li ma baqgħux fl-2007? Kemm minn dawn kienu jiswew anqas minn €7 (Lm3) kull pakkett? Kemm minn dawn qed jiġu provduti mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-2005 sallum kien hemm 29 prodott li ġew itirati mis-suq Malti mill-“marketing authorization holders”. Kien hemm prodott wieħed biss li ġie rtirat mis-suq Malti u li l-Gvern qed jixtrih minn sorsi oħra barra l-pajjiż. Dwar prezzijiet tal-medicini nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lil Ministru konċernat.

Assenteiżmu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlametari 1028 u cioe' b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 531, fost is-651 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida, tista' tagħti aktar informazzjoni dwar: i) l-eta' ii)is-sess iii)kemm minhom ġa rrepetew sena skolastika iv)kemm minnhom huma aħwa v) kemm mill-ġenituri tagħhom ġew avviċinati mis-servizzi tas-social work u kemm fil-fatt attendew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema — Sigħat ta' xogħol

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1147, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur privat minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa: a) anqas minn 40 siegħa b) 40 siegħa c) minn 40 sa 48 siegħa d) minn 48 sa 60 siegħa e) minn 60 sa 65 siegħa f) aktar minn 65 siegħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa minħabba li l-informazjoni meħtieġa trid tittieħed mill-Labour Force Survey. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippubblika l- Labour Force Survey għall-ewwel Quarter (Jan-Mar 2008) f’nofs Lulju 2008, filwaqt li t-tieni Quarter (April – Gunju) 2008 huwa maħsub li jkun ippubblikat għal nofs Ottubru 2008. Għaldaqstant huwa mpossibli li tingħata r-risposta preċiza kif mitluba minħabba li l- Labour Force Survey jkun pubblikat Quarter, Quarter u mhux xahar b’xahar.

Mewt

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1003 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa parti minnha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li mietu xahar b’xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena qiegħed jingħata f’din it-tabella filwaqt li dawk li kienu self-employed kien hemm 8 li kienu kollha rġiel. Age groups Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Total Males 39 31 34 29 28 40 24 31 23 35 40 34 388 Females 25 21 15 17 19 21 7 18 15 19 34 28 239 Total 64 52 49 46 47 61 31 49 38 54 74 62 627

Certifikat mediku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 807, peress li fuq ċertifikat mediku min jimlih irid jagħti l-informazzjoni dwar jekk il-persuna hix impjegata, impjegata mal-Gvern, taħdimx għal rasha jew hix disimpjegata, tista' tingħata din l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa April, 2008? Jekk din l-informazzjoni mhix tinġabar, jista' jiġi nfurzat li tinġabar sabiex tibda tinżamm din l-istatika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema — Siegħat ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa: a) anqas minn 40 siegħa b) 40 siegħa c) minn 40 sa 48 siegħa d) minn 48 sa 60 siegħa e) minn 60 sa 65 siegħa f) aktar minn 65 siegħa?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema ministeri jew dipartimenti qed jirreferi.

Pażjenti — Viżti fid-djar u Trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 785, jista' l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-dajr mid-diversi terapisti skond it-tliet kriterji msemmija matul Mejju 2008? Matul Mejju 2008, kemm kien hemm talbiet għal trasport minn pażjenti li ġew eżaminati minn: i) Dieticians ii) Occupational Therapists iii) Physcotherapists iv) Optometrists v) Speech Therapists vi) Chiropodists fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.