Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas tal-overtime lill-Pulizija — Elezjoni Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-pulizija tal-overtime li ħadmu fl-elezjoni ġenerali? Għaliex seħħ dan id-dewmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-aħħar bilanċ ta' fondi meħtieġa biex isir il-ħlas dovut lill-membri tal-Korp tal-Pulizija se jiġi mgħoddi fil-Vot tal-Pulizija fil-jiem li ġejjin. B'hekk ikun jista' jsir il-ħlas lil dawk il-membri tal-Korp li ħadmu overtime in konnessjoni mal-Elezzjonijiet Ġenerali.

Public Broadcasting Service — persuni imgejati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni mpjegati full-time u part-time fil-librerija tal-arkivji tal-Public Broadcasting Service? Fir-rigward ta' Radju Malta, x'teknoloġija tintuża meta tindaqq diska? Jekk jiġu uploaded mis-server kemm-il diska ġiet imdaħħla fis-sistema? Kemm hemm persuni mjegati biex jagħmlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: (i) Hemm 3 persuni jaħdmu fil-librerrija ta’ l-Arkivji. (ii) Qed jintuzaw 2 sistemi biex jindaqqu d-diski fuq Radju Malta. (iii) Fis-sistema hemm imdaħħla 5,000 diska u hemm 3 Studio Operators li jaħdmu fuq sistema ta’ shift biex id-diski jiġu uploaded mis- server .

Employment and Training Corporation — Kuntratti tal-għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-ETC se terġa' ġġedded il-kuntratti tal-għalliema part-time f'xogħol/taħriġ tekniku, li bħala self-employed jgħaddu minn diffikultajiet finanzjarji sakemm dan isir?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ torganizza korsijiet, minn żmien għal żmien, skond il-domanda fis-suq tax-xogħol għal persuni b’ċerti ħiliet u skond il-bżonnijiet tat-taħrig ta’ dawk li qed ifittxu mpjieg. Għalhekk il-Korporazzjoni ma timpjegax għalliema iżda tixtri servizzi ta’ taħrig skond u meta jkun hemm dawn il-bżonnijiet. Ninsab infurmat li dawn is-servizzi jinxtraw wara sejħa u li dawk li japplikaw jafu sew il-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-għoti tas-servizz tagħhom.

Installazzjoni tal lifts — Appartamenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomu milli titwettaq l-installazzjoni ta' lift f'dawn l-appartamenti tal-Gvern: i.) 71, Triq il-Miratur, Floriana? ii.) 1 Triq Sant' Anna, Floriana? iii.) Block C1, Pjazza Madonna ta' Fatima, Pietà?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, dwar: · 71, Triq il-Miratur, Floriana, mhux teknikament possibbli li jiġi stallat lift . Ir-residenti kollha kienu ġew mgħarrfa b’dan b’ittra tat-18 ta’ Ġunju 2002; · 1, Triq Sant’Anna, Floriana, ma hemmx indani quddiem il-fetħiet ta’ lift jekk isir fi 2 mit-3 appartamenti tal-blokk. Fin-nuqqas ta’ soluzzjoni alternattiva għal din il-problema l-Awtorita’ tad-Djar kienet infurmat lir-residenti dwar dan b’ ittra li kienet iġġib id-data tat-8 ta’ Lulju 2002; · Blokk C1, Pjazza Madonna ta’ Fatima, Pietá, l-Awtoritá tad-Djar hi fil-proċess li tissottometti applikazzjoni lill-MEPA għall-permess biex tistalla l- lift . Suġġett li jinħareġ il-permess meta jiġi stallat il- lift jiddependi mill-prijoritá li tingħata lil każ. Ninsab infurmat ukoll li, dwar l-ewwel żewġ każijiet ma nbidel xejn li jimmerita rikonsiderazzjoni.

Valletta — Triq Zekka - Berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ngħalqet il-berġa fi Triq Zekka, l-Belt? Irrealizza d-dipartiment li l-użu tal-Berġa l-oħra fil-Camarata hi wisq inkonvenjenti għall-anzjani li joqgħodu n-naħa ta' fuq tal-Belt?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Proċess tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex jinsab wieqaf il-proċess tal-Pharmacy of your Choice?

Response (DALLI, JOHN)

L–Onorevoli interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2532.

Akkomodazzjoni socjali — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm applikanti għal social housing li l-applikazzjoni tagħhom tmur lura għal qabel Mejju 1987? Jista' jara li dawn jitqassmu fil-kategoriji differenti skond il-lokalità, età, stat, raġuni eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mir-rekords miżmuma mill-ex Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali l-ewwel applikazzjoni reġistrata f’dak id-Dipartiment tmur lura għal Awwissu 1988.

Florianna — Triq l-Argotti - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-proġett ta' bini ta' appartamenti fi Triq l-Argotti, kantuniera ma' Triq l-Iljun, Floriana? Tirrealizza l-Awtorità l-inkonvenjenza li qed iġarrbu l-ġirien minħabba dan il-proġett li ilu għaddej diversi snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsaqb infurmat li inħarġet sejħa għall-offerti għat-tkomplija tal-proġett indikat mill-Onor. Interpellant.

Ħlas ta' Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1484 u 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.

Suq tal-Belt — Elevator

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna l-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watchperson fil-post jieħu ħsieb is-sigurta' fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabli.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandhiex l-informazzjoni mitluba. Hemm xi entitajiet/Awtoritajiet illi wkoll installaw dan l-apparat, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministri konċernati.

Assenteiżmu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlametari 1653 u 1028 u cioe': B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 531, fost is-651 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida, tista' tagħti aktar informazzjoni dwar: i) l-eta' ii)is-sess iii)kemm minhom ġa rrepetew sena skolastika iv)kemm minnhom huma aħwa v) kemm mill-ġenituri tagħhom ġew avviċinati mis-servizzi tas-social work u kemm fil-fatt attendew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Suq tal-Belt — Elevator

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2006 u jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda' jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna l-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watchperson fil-post jieħu ħsieb is-sigurta' fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 2006.

Enerġija Elettrika Impurtata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2044 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tibda' tiġi impurtata enerġija elettrika mill-grid Ewropea permezz tal-cable ta' Sqallija? Il-Koporazzjoni Enemalta għamlet studji dwar dan fl-aħħar erba' xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għaddejja b’xogħol ta’ joint study mat-Transmission System Operator ta I’Italia (Terna) biex tiġi deċiża l-aħjar kapaċita tal-electric cable li jista’ jiġi kkonnetjat bejn Malta u Sqallija.

Twaqqif ta' impjanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2045 u jgħid matul l-aħħar 4 xhur xi studji saru dwar it-twaqqif ta' impjanti ta': i) photovoltaic fuq il-bjut tal-bini tal-gvern ii) on-shore wind energy plants iii) shallow water off shore wind energy plants iv)deep sea off shore wind energy plants? X'jirriżulta' minnhom, kategorija b' kategorija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor membru li ġew imwaqqfa żewġ kumitati. Wieħed minnhom twaqqaf biex ifassal rakkomandazzjonijiet ibażati fuq pjan ta' azzjoni fir-rigward tat-tibdil fil-klima sabiex jintlaħqu l-miri ta' Malta fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet. Il-kumitat l-ieħor twaqqaf biex janalizza u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-istudju mwettaq mill-Awtorità dwar ir-Riżorsi fuq bini ta' offshore windfarms.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2047 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2047.
Leg 11 PQ #2166 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajjiet pubbliki

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurari u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal: i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Twaqqif ta' impjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar 4 xhur xi studji saru dwar it-twaqqif ta' impjanti ta': i) photovoltaic fuq il-bjut tal-bini tal-gvern ii) on-shore wind energy plants iii) shallow water off shore wind energy plants iv)deep sea off shore wind energy plants? X'jirriżulta' minnhom, kategorija b' kategorija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Pażjenti — Viżti fid-djar u trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1649, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-147 terapisti li għamlu visti fid-djar matul Mejju 2008? Jista' jagħti breakdown ukoll tat-terapisti li kienu se jżuru l-142 pażjent li kienu jeħtieġu trasport matul l-istess xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.