Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ordnati l-Lantus Cartridges wara li dawn ġew approvati diversi xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Lantus Cartridges kienu approvati min-National Medicines Policy Audit Unit bħala mediċina fuq il-formularju tas-servizzi tas-saħħa f’Dicembru 2007.
Fis-17 ta’ Dicembru 2007 inbdew proċeduri biex jinħareġ
tender
mid-Dipartiment tal-Kuntratti iżda s’issa għad m’hemmx indikazzjoni tad-data tal-għeluq ta’ dan it-
tender
. Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa għall-offerti biex tinxtara provvista għal sena. L-offerti mitfugħa ġew aġġudikati. Għad iridu jsiru xi kjarifiki qabel toħroġ il-
Letter of Acceptance.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm hemm persuni ficlosed centers u f'open centres separatament? Kemm minnhom inqabdu permezz tal-Frontex? Kemm minnhom applikaw għal status ta' refugjat? Kemm minnhom intbagħtu lura f'pajjiżhom? Kemm jieħdu benefiċċji minn ras għal ras fi flus u f'xort'oħra? Kemm ġew impjegati ħaddiema biex jieħdu ħsieb tagħhom kif ukoll tas-sigurtà taċ-ċentri ta' detenzjoni? Saru xi żviluppi mal-Gvern Libjan wara ż-żjara tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika aktar kmieni din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif ġej:-
1. Matul dawn l-aħħar 12-il xaħar, jiġifieri bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2007 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ immigranti li daħlu Malta illegalment kien ta’ 2559 persuna.
2. Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ l-2008 il-popolazzjoni fil-C
losed Centres
kienet ta’ 2001 persuna, filwaqt li n-numru ta’ persuni fl-
Open Centres
kien 2432.
3. L-operazzjoni
Nautilus
111
tal-
Frontex
bdiet fis-19 ta’ Mejju 2008. Minn dak in-nhar sa l-aħħar ta’ Settembru ddaħħlu 409 immigrant bil-mezzi tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qegħdin jipparteċipaw f’din l-operazzjoni. Kien hemm imbagħad 316 immigrant li ddaħħlu Malta fuq skejjen tas-sajd u minn mezzi tal-
Marina Militare
kif ukoll mill-
Guardia Costiera
Taljana f’ċirkostanzi, sew meta kienu waqt l-operazzjoni tan-
Nautilus
111 u anke waqt rondi separatament mill-
Frontex.
4. In-numru ta’ immigranti irregolari li applikaw għal
status
ta’ refuġjat f’dawn l-aħħar tnax il-xahar kien ta’ 2572.
5. Bejn Settembru ta’ l-2007 u Awwissu ta’ l-2008 ġew ripatrijati 269 immigrant illegali. Din iċ-ċifra tinkludi wkoll persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li nstabu li kienu Malta illegalment.
6. Dawk l-immigranti irregolari li jkunu daħlu Malta bid-dgħajjes u jinżammu f’
Open Centres
huma ntitolati għal ċerti benefiċċji finanzjarji, kif spjegat f’din it-tabella:-
Status
Rate €
ASYLUM SEEKER
4.66
PER ADDITIONAL. CHILD
2.33
EMPLOYMENT TERMINATED
4.08
HUMANITARIAN
4.66
REFUGEE WITHOUT SOCIAL BENEFIT
4.08
REJECTED
3.49
SINGLE PARENT
4.66
Immigranti irregolari miżmuma fi
Closed Centres
ma jirċevux benefiċċji finanzjarji, pero’ jingħataw affarijiet oħra bħal ma huma ħwejjeġ, lożor u materjal ieħor għall-iġene personali tagħhom,
phone card
ta’ €4.66 kull xahar.
7. In-numru ta’ ħaddiema li kellhom ir-rwol li jieħdu ħsieb kemm l-immigranti irregolari kif ukoll is-sigurta’ taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni huwa kif ġej:-
81 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta
23 membru tal-Korp tal-Pulizija
111 Uffiċjal Każwali tas-Servizz ta’ Detenzjoni
8. Wara ż-żjara tal-President ta’ Malta ġewwa l-Libja aktar kmieni dis-sena, il-Gvern Libjan wera ruħu dispost li ssir laqgħa f’Malta bejn il-Ministri ta’ Afffarijiet Barranin ta’ Malta, tal-Libja u tal-Italja. Informat li saru kuntatti pożittivi biex tiġi stabbilita data għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ID Cards skaduti? Meta hu maħsub li jiġġeddu b'mod partikolari minħabba l-oppotunità li tintuża fil-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bis-saħħa ta’ Avviż Legali Nru. 1 tal-2008, il-karti tal-identita’ kollha maħruga mill-15 ta’ Jannar, 2002 ‘il quddiem huma validi sal-31 ta’ Diċembru, 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa qed tiġi riferuta lilu u jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna il-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watch person fil-post jieħu ħsieb is-sigurtà fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn studju li sar irriżulta li mhux ekonomikament ġustifikat li dawn jissewwew u għalhekk qed jittieħdu l-passi flimkien mal- Ministeru tal-Finanzi, Ekonomijja u Investiment, li hu responsabbli mis-suq tal-belt, biex dawn jinbidlu.
Fir-rigward tal-
watch person
, jien infurmat li s-suġġeriment ġie mgħoddi lill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomijja u Investiment li miegħu hu mpjegat dan il-persuna.
Jista' l-Ministru jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-ħmieġ li hemm mal-kamra mortwarja monumentali tal-isptar ġenerali fil-Floriana?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l- kamra mortwarja tal-isptar ġenerali fil-Floriana taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sadanittant saret talba uffiċjali lill-Kunsill Lokali mis-Sezzjoni tas-Servizzi tad-Tindif fid-dipartiment tax-xogħlijiet biex isir it-Tindif neċessarju
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Ministru jgħid xi prijorità jagħti d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar lil strutturi perikolużi bħal fil-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar jagħti prijorita’ fejn ikun hemm periklu.
Dwar il-każ indikat mill-Onor. Interpellant ninsab infurmat li m’hemmx periklu iżda ħtieġa ta’ restawr tal-faċċata, liema xogħol mhux ta’ prijorita’.
Santa Venera — Knisja Parrokkjali - Manutenzjoni fuq iz-zuntier
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fi Triq il-Kbira Santa Venera? Meta se jsir ix-xogħol fuq it-turġien u fuq il-balavostri taz-zuntier?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ bini u pavimentar bil-granit li kellu jsir mill-ħaddiema tal-gvern tlesta. Ix-xogħol ta’ balavostri u taraġ tal-granit li għandu jsir minn kuntratturi privati ser jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-restawr tal-Bieb tal-mitħna qrib il-Bieb Sa Maison hux qed isir fuq l-istil oriġinali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji dwar il-lokal li qed jagħmel il-mistoqsija dwaru sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kollezzjoni tal-kaktus għadhiex tinsab kollha fil-ġonna tal-Argotti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ġewwa l-parti botanika ta’ l-Argotti, li llum hi amministrata mill-Universita’, hemm diversi kakti u sukkulenti li ġew minn kollezzjonijiet differenti. Ilum jammontaw għal madwar 1700 biċċa.
Peress li ż-zebra crossing fi Triq Sarria Floriana hi mħaffra b'periklu għal min ikun qed jaqsam, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ha tivverifika dan l-ilment u fil-każ tara li ssir it-tiswija meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' kumpens bħal danger money għal dawk fil-Forzi Armati li jaħdmu f'workshops, f'apparat fil-għoli eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-Armata jeżistu numru ta’ allowances li huma abbinati mad-diversi tipi ta’ xogħolijiet li jagħmlu s-suldati.
Minkejja li ma teżistix
allowance
speċifika fis-sens ta’ kif qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant, suldati li jaħdmu kontinwament f’periklu bħal membri tal-
Explosives Ordinance Disposal Unit
u l-
Air Rescue
huma ntitolati għal
Explosives Allowance
u
Special Air Rescue Allowance
rispettivament.
Floriana — King George V Playing Field - Siringi użati
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġu spezzjonati dawn il-lokalitajiet fejn qed jinstabu bosta siringi użati:
i.)
King George V Playing Field
, Floriana?
ii.) Triq Miġġiani, Ħamrun?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jitteħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat il-fatt li siġar fil-Floriana qegħdin:
i) jgħattu l-monument ta' Kristu Re fil-Biskuttin
ii) il-bust tal-Professur Luigi Preziosi fil-Mall
iii) l-istatwa ta' Vincenzo Bugeja fil-Mall
iv) id-dħul għall-kamra mortwarja tal-isptar ċentrali fil-Floriana
v) iħassru s-swar tal-Belt u l-Floriana
vi) jgħattu l-Knisja ta' Sarria u l-monument Gotiku biswitha kif ukoll l-arbuxell fiż-zebra crossing tat-triq bejn il-Fosos u l-Yellow Garage/MCP Car Park li jostakolaw lill-pedestrians mis-sewwieqa tal-vetturi speċjalment fid-dlam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Minstru jgħid jekk inxtarax mill-Gvern, il-prodott Colifoam Enemas li ilu out of stock diversi xhur?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li kienet saret ordni għall-prodott imsemmi f’Novembru 2007 iżda minħabba li kien hemm nuqqas tiegħu fir-Renju Unit, il-konsenji lejn Malta kienu limitati. Bejn Jannar u April 2008 id-Dipartiment tal-Procurements irċieva biss 240 pakkett. Madankollu is-sitwazzjoni issa ġejja lura għan normal. Fil-fatt f’ Lulju u Awissu id-Dipartiment irċieva 492 pakkett rispettivament, filwaqt li f’ Settembru irċieva 1,500 pakkett, li 500 minnhom waslu fl-aħħar tax-xahar u għadhom ma ġewx rilaxxjati.
Jista' l-Ministru jara li s-servizz tas-City Cab jasal saċ-Ċentru tas-Saħħa l-Floriana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt eżistenti tal-electric minicabs ma jippermettix li l-minicabs jaslu saċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana. Dan l-operat qiegħed jiġi diskuss fl-ambitu tar-riforma tat-trasport pubbliku.