Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha nieqsa l-mediċina Sparine mill-istock tal-ispiżerija tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Promazine 25 mgs kienu out of stock minħabba li kien hemm problemi ta’ manifattura ta’ dawn il-pilloli.
L-ewwel konsenja diġa waslet għand id-Dipartiment tal-Procurements u intbagħet lill-iSpizerija ta’ l-iSptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru li għadda. Konsenja oħra waslet din il-gimgħa u ser titqassam fl-ispiżerji taċ-Ċentri tas-Saħħa u tal-POYC.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-saqaf tal-Ministeru tiegħi huwa ta' 708 metri kwadri li minnhom 160 metru kwadru huma meħudin minn pannelli solari. Dan jammonta għal 22.5% tal-kwadrata tal-bejt.
Bini ieħor li għandu l-Ministeru fil-Belt iqis total ta' 436 metru kwadru u li sa issa ma hemmx pannelli solari. Huwa ttamat li matul l-2009 jitwahħlu pannelli solari fuq dawn il-binjiet ukoll.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-Playing Fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa minn djar privati ġew rappurtati minn residenti fil-Furjana fl-aħħar 5 snin, sena b'sena? F'kemm-il każ tressaq xi ħadd il-Qorti? F'kemm il-każ min tressaq ġie misjub ħati mill-Qrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-serq minn djar privati fil-Furjana rrapurtati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
2004 10
2005 5
2006 8
2007 3
2008 2 (sa l-aħħar ta' Settembru)
Infurmat ukoll li s'issa, mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizijia dwar dawn ir-rapporti, għad m'hemmx eżitu pożittiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3033 u 2580 u jara li Triq Wenzu Dyer fil-Ħamrun, tiġi inkluża fost it-toroq residenzjali li jridu jinbnew fiż-żmien li ġej?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq żdiedet mal-lista tal-2006 fl-aħħar tal-2007.
Madanakollu, qabel jibdew ix-xogħlijiet, irid jispiċċa proċess ta’ espropjazzjoni ta’ biċċa mit-triq għan-nom ta’ terzi persuni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Intepellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2574 u jgħid għaliex ngħalqet il-berġa fi Triq Zekka, l-Belt? Irrealizza d-dipartiment li l-użu tal-Berġa l-oħra fil-Camarata hi wisq inkonvenjenti għall-anzjani li joqgħodu n-naħa ta' fuq tal-Belt?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoili Interpellant li l-berġa ta’ Triq Zekka kellha tingħalaq minħabba l-ħtieġa li l-bini jiġi okkupat mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Wara li saret analiżi mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, irriżulta li n-numru ta’ pazjenti li kienu jużaw din il-berġa kien ferm inqas minn dawk li jużaw il-berġa ġewwa l-Evans Building fi Triq il-Merkanti. Barra minn hekk jeżisti mezz ta’ trasport pubbliku specifiku għall-Belt Valletta li jiffacilita il-moviment ta’ persuni bi bżonnijiet specjali.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha, u tara li jiġi rimedjat il-fatt li siġar fil-Floriana qegħdin:
i) jgħattu l-monument ta' Kristu Re fil-Biskuttin
ii) jgħattu il-bust tal-Professur Luigi Preziosi fil-Mall
iii) jgħattu l-istatwa ta' Vincenzo Bugeja fil-Mall
iv) jgħattu d-dħul għall-kamra mortwarja tal-isptar ċentrali fil-Floriana
v) iħarrsu s-swar tal-Belt u l-Floriana
vi) jgħattu l-Knisja ta' Sarria u l-monument Gotiku biswitha ta' Wignacourt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali infurmat l-enti responsabbli għall-kura u l-immaniġjar tas-siġar dwar il-ħtieġa ta’ żbir ta’ siġar li jinsabu madwar il-monumenti u s-siti storiċi mniżżla fil-Mistoqsija Parlamentari 3031.
Awtorità Dwar it-Trasport — Persuni mħarġa fl-użu tat-tarmac
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 2579 u jgħid fuq liema kriterji l-Awtorità Dwar it-Trasport għażlet persuni biex jitħarġu fit-teknika tal-użu tat-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ħasset il-ħtieġa ta’ refresher course għall- Field Officers tagħha li xogħolhom jista’ jinkludi, fost affarijiet oħra, biex jaraw li x-xogħol tal-asphaltar tat-toroq qed jsir skond lis-specifications tal-Awtorita'. Dan il-kors nfetaħ wkoll għal kull min kien interessat li jattendi mill-impjegati kollha tal-ADT. Il-kontenut tal-kors ma hux bbażat esklussivament fuq l-asphalater tat-toroq biss izda jinkludi aspetti oħra important fid-dmirijiet tal-Field Officers bħal per eżempju mmanigjar tat-tarffiku u s-sorveljanza fuq xogħolijiet tat-trinek.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2580 u jara li Triq Wenzu Dyer fil-Ħamrun, tiġi inkluża fost it-toroq residenzjali li jridu jinbnew fiż-żmien li ġej?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Awtorità tad-Djar terġa' tibda tħaddem l-iskema tal-equity sharing?
Response (DALLI, JOHN)
L-Eqiuty Sharing Scheme kienet intiża biex taqdi l-ewwel 250 applikant li jkun eliġibbli.
L-Awtorita' tad-djar issuġġerixxa u l-Kabinet approva skema oħra li se tidħol biex tgħati din it-tip ta' għajnuna. Din l-iskema għandha titħabbar qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.