B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3850, tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti hemm biex mature students jibqgħu impjegati f'istituzzjoni/kumpannija pubblika, parastatali, tal-Knisja jew privata? Jingħata xi sponsorship jew allowance biex jagħmel tajjeb għal dan minn naħa tal-Università u/jew minn min iħaddem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li uffiċjali pubbliċi jingħataw opportunitajiet ta’ taħriġ kemm f’Malta kif wkoll barra. Għal dan il-għan, jitsgħu jingħataw study leave bi ħlas jew bla ħlas, kif wkoll benefiċċji oħra skond kif ipprovdut fil-Manual on Staff Development in the Public Service.
Billi uffiċjal tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp kien irrapporta fi Frar 2003 u bħala parti mill-proċess, l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp kienet ħarġet avviz ta' infurzar kontra sid il-fond iżda sussegwentement, sid il-fond in kwistjoni kien issottometta applikazzjoni biex jissanzjona l-imsemmija struttura illegali u l-Awtorità rrifjtat li toħroġ dan il-permess, jista' l-Prim Ministru jara li jitwettaq l-avviz ta' infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar bini illegali ta' struttura fil-Ħamrun li fiha jitrabbew il-ħamiem? Riferenza tar-rapport qed tingħata separatamaent
Minn dakinhar sal-ġurnata ta' llum dan l-avviz ta' infurzar għadu ma ġiex imwettaq u infatti f'Settembru 2008, uffiċjal tal-Awtorità reġa' żar il-fond in kwistjoni u kkonferma li l-istruttura illegali għadha hemm. Il-każ huwa wieħed aktar serju minħabba li ġirien ibatu minn kundizzjonijiet mediċi kawza tal-fatt li qed jitrabbew ħamiem viċin ir-residenza tagħhom. Jaħsibx il-Prim Ministru li erba' snin huma altru milli biżżejjed biex l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp tieħu azzjoni konkreta u tiżgura li terzi persuni ma jbatux minħabba aġir illegali u abbużiv da parti ta' ħaddieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hu mistenni li fil-ġranet li ġejjin jitneħħa dan-l-inkonvenjent.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurari u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3529.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-playing fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi qiegħed jinbena l-ħajt biex il-playing field tibda tingħalaq.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet għall-istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti f'13 Triq Sant' Anna Furjana?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-permess tal-MEPA għall-installar ta’ lift fl-appartamenti ndikati mill-Onorevoli Interpellant ħareg f’Settembru li għadda.
Ninsab infurmat ukoll li, fid-dawl tan-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-installar ta’
lifts
u skond is-sistema ta’ prijorita’ għad-diżabilita’ li timxi magħha l-Awtorita’ tad-Djar, hu ppjanat li l-
lift
f’dawn l-appartamenti ser jigi installat fl-2010.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Università ta' pajjiżna dwar dħul ta' mature students f'korsijiet ta' degrees u diplomi, full-time u part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-policy tal-Universita’ dwar dħul ta’ mature students hi dik kif imniżżla fir-regolamenti għad-dħul, jiġifieri li applikanti għal kwalunkwe’ kors f’livell tal-ewwel grad li jkollhom 23 sena jew aktar u ma jkollhomx il-kwalifiki kollha normalment rikjesti għad-dħul, jkunu ammessi jekk il-Fakolta’ konċernata, normalment wara li teżaminhom b’xi test bil-miktub jew b’interview, tkun sodisfatta li huma għandhom l-isfond akkademiku meħtieġ biex isegwu l-kors bi profitt. Il-Fakolta’ għaldaqstant teżamina kull kwalifiki u esperjenzi li huma jista’ jkollhom. Kull sena jidħlu numru konsiderevoli ta’ studenti bis-saħħa ta’ din il-klawsola fir-Regolamenti għad-dħul.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
PQ Text:
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3416 u 3194 u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Amministrattiv fir-Rabat, l-ispazju fuq il-bjut huwa ta' 3,555 metri kwadri li minnhom 2,247 metri kwadri huma addatti għall-installazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi u li minn dan l-ispazju, 8.9% għandu minn dawn il-pannelli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2166 u 2043 u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibbli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 3529 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (FENECH, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2047, ngħarraf lill-Onorevoli Membru li m’għandi xejn xi nżid ma’ din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-ispazju li hemm fil-bjut tal-binja tal-Gvern li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi huwa ta' 12,339 metru kwadru. L-istallazzjonijiet ta' photovoltaic cells jokkupaw 0.28% minn dan l-ispazju .
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ispazju li għandu l-Gvern fuq bjut li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi huwa ta’ 73,687.5 metri kwadri. Minn dan l-ispazju, il-persentaġġ ta’ photovoltaic cells huwa ta’ 3.01.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3209 u 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna resqet għal eżami tas-sewqan, kategorija b'kategorija, xahar b'xahar din is-sena? Kemm m'għaddewx minn dan l-eżami? Kemm baqgħu m'għaddewx għal aktar minn darba, u għal kemm-il darba ġara dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.