Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3888, 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Furjana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3887, 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3424 u jgħid kemm-il persuna resqet għal eżami tas-sewqan, kategorija b'kategorija, xahar b'xahar din is-sena? Kemm m'għaddewx minn dan l-eżami? Kemm baqgħu m'għaddewx għal aktar minn darba, u għal kemm-il darba ġara dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4284 u jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa
i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider?
ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fid-Dipartiment tal-Medical Imaging ta' l-iSptar Mater Dei jiġu milqugħa talbiet minn Konsulenti u Senior Registrars għal mammograghy għal nisa li għandhom kemm storja medika ta' kanċer fis-sider, kif ukoll xi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikultà finanzjarja għall-benefiċċju/i?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sorveljanza dwar regolamenti ta' żibel u skart qed tingħata f'idejn il-Pulizija meta dawn jistgħu jiġu nfurzati aktar permezz ta' enforcement officers oħra lebsin pajżana?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-ksur tar-Regolamenti dwar iż-Żibel u Skart huwa reat, il-Pulizija hija fid-dmir li tara li ma jsirux u tieħu passi skont il-Liġi kontra dawk li jinqabdu jiksru dawn ir-regolamenti.
Furjana — Triq Pietro Floriani - sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?
Jista' l-Ministru jara li t-triq fejn hemm iż-zebra crossing fi Triq Sarria fejn il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, Furjana titranġa peress li t-triq tinsab fi stat ħażin u perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fit-triq indikata mill-Onor Interpellant ma jirriżultax li jeżisti periklu kif indikat fil-mistoqsija. Madankollu l-ADT ser tkun qed tieħu nota tat-talba li qed issir sabiex tingħata prijorita’ l-għoti mill-ġdid ta’ asfalt fl-aktar partijiet li jkun hemm bżonn.
Furjana — riabilitazjoni tal-Pjazza Papa Gwanni XXIII
Question
Issa li l-ambaxxata Amerikana ser tasal biex titlaq mill-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta tista' tiġi riabilitata Pjazza Papa Ġwanni XXIII fil-Furjana minħabba l-prominenza tal-pożizzjoni tagħha f 'pajjiżna billi:
a) l-arbli tad-dawl jersqu aktar viċin tal-monument tal-Gran Mastru Manuel De Vilhena?
b) is-siġar tal-madwar jiġu rranġati f'disinn kif jixraq?
ċ) jitranġaw il-bankijiet?
d) il-fosos jiżżejnu bil-fjuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Furjana — Triq ir-Republika l-Belt u Triq Sant' Anna - riabilitazzjoni ta' loġoġ
Question
Peress li l-loġoġ fi Triq ir-Repubblika l-Belt u fi Triq Sant' Anna Furjana huma f'post prominenti f'pajjiżna, jista' l-Ministru jara li jingħataw facelift b'mod partikolari fil-partijiet ta' ġewwa partikolarment fir-rigward ta' tibjid ta' ħitan u tibdil ta' madum billi jintuża materjal isbaħ bħall-irħam biex jixraq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjanijiet ta' xogħol fl-imsemmi sit għal matul l-2009.
Jista' l-Prim Ministru jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u min flokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern mhux f’pożizzjoni li jiddikjara minn qabel jekk ikunx il-każ li jġedded ċens meta jagħlaq.
Kull każ irid jiġi trattat fuq il-mertu tiegħu u skond iċ-ċirkostanzi prevalenti jew fil-mument li ser ikun jiskadi ċ-ċens, jew fil-mument meta wieħed jista’ jkun talab tiġdied fil-konċessjoni emfitewtika.
Il-Gvern bħala s-sid ma huwa bl-ebda mod obligat li jagħti ċens jew kirja ġdida meta ċ-ċens li wieħed ikollu jiskadi. L-istess proċess japplika meta l-Gvern ikun iċ-ċenswalist.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3416 u 3194 u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3416.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Trade Licensing Unit mhix tibgħat irċevuti għall-ħlas ta' permessi sa xahar wara li jkun sar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ permessi ta’ applikazzjonijiet ġodda isiru b’mod regolari u ma jeżisti l-ebda backlog f’dan ir-rigward.
Rigward il-ħlas għal tiġdied ta’ permessi li ħarġu fi snin oħra, dawn bdew igawdu minn roħs sostanzjali frott ta’ emendi li daħlu fis-seħħ f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Tajjeb li wieħed jispjega li bis-sistema l-ġdida il-ħlas huwa bbażat fuq il-footprint tas-sular terran. Għaldaqstant kull detentur kellu mal-ħlas tal-liċenzja jagħmel dikjarazzjoni tal-qisien rikjesti sabiex din l-informazzjoni tiddaħħal ġo-database u tkun tista’ toħroġ kopja ta’ liċenzja mġeddha. Dan il-proċess huwa neċessarju imma huwa proċess li jieħu tul taż-żmien peress li kull dikjarazzjoni trid tiġi iċċekjata.
Il- ħlas tal-licenzji issir fil-fergħat kollha tal-Maltapost u kull detentur li għamel ċekk pagabli lil -Maltapost, ingħata rċevuta . Kien hemm uħud iżda li minflok li għamlu u iċ-ċekk pagabli lil Maltapost għamluħ pagabli lid-Direttur tal-Kummerċ. Minflok li intbgħatu iċ-ċekkijiet lura, dawn iċ-ċekkijiet ġew mgħoddija lit-Trading Licencing Unit li qegħda taħdimhom bil-metodu msemmi iktar l-fuq.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa
i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider?
ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?