Legislature:
Category:
Reset
Active:

appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (DALLI, JOHN)

: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar

Trattativi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Libjan — refuġjati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li magħhom saru trattativi sabiex refuġjati f'pajjiżna jintbagħtu hemm? Jista' jgħid sarux laqgħat oħra u jekk hemmx ippjanati laqgħat oħra sabiex il-Gvern Libjan isir aktar parteċipi fis-soluzzjoni tal-wasla ta' tant immigranti f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-ismijiet ta' dawk il-pajjizi tal-Unjoni Ewropja, flimkien ma' n-numri ta' refugjatti u/jew persuni li jgawdi protezzjoni temporarija umanitarja li huma ħadu. Infurmat ukoll li bħalissa għaddejin diskussjonijiet ma' Franza bil-għan li dan il-pajjiż jieħu numru ta' refuġjati u/jew persuni li jġawdu minn protezzjoni temporanja umanitarja minn Malta. Il-Kummissjoni Mhallta bejn Malta u l-Libja ltaqgħet f'Malta f'Ottubru li għadda. Fost affarijiet oħra, ir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tkellmu dwar il-kooperazzjoni fuq il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali. Waqt din il-laqgħa ġie miftiehm li rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi għandhom jiltaqgħu sabiex jiġu identifikati f'aktar dettall mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u oqsma speċifiċi sabiex tiġi ndirizzata din il-problema. Bħala riżultat ta' dan, qed isiru kuntatti bejn l-entitajiet pertinenti taż-żewġ naħat sabiex jintlaħqa qbil fuq dati konvenjenti għal din il-laqgħa.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4695 u 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4695.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn total ta' 290,672 metru kwadru, 0.107 fil-mija minnhom huma mgħammra b' "photovoltaic cells". Dan ma jinkludix il-Malta Shipyards li m'għandiex "PV Cells" għax l-informazzjoni dwar id-daqs tal-bjut ma tistax tinġabar.

Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4706 u 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Litter Act — Kontravvenzzjonijiet

Question

Heading: Litter Act Sub Heading: Kontravvenzjonijiet PQ Text: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-Litter Act f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3209.

Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbeda t-tħaffir għaż-żejt fin-Nofsinhar ta' pajjiżna fix-xhur li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din-informazzjoni diġà ġiet mogħtija fi Press Releases tad-DOI fl-14 ta’ Diċembru 2007 u fit-18 ta’ Lulju 2008
Leg 11 PQ #3209 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — Kontravvenzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3423.

Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kirjiet ta’ proprjetà li qegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use jew public tenure huwa ta’ 2615 li huma mqassam lokal b’lokal, kif ġej: Balzan 2 Birgu 371 Birkirkara 23 Bormla 742 Ghaxaq 3 Gudja 1 Isla 256 Luqa/Kirkop 40 Marsa 96 Mosta 3 Msida 2 Naxxar 2 Paola/Fgura 30 Pieta’ 3 Safi 2 Sta Venera 2 Sliema 36 Siggiewi 5 Valletta/Floriana 968 Zabbar 21 Zebbug 3 Zejtun 2 Zurrieq 2 Hemm ukoll xi proprjetajiet oħra fejn għada mhux qegħda titħallas kera. Ġie ikkalkolat li l-kera medja hija ta’ madwar tletin euro [€30] fis-sena. Id-Dipartiment tal-Artijiet beda l-process fejn ir-recognition rent u l-acquisition rent jiġu ikkapitalizzati skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88) jiġifieri bir-rata ta’ 1.4% u 1% rispettivament.

Furjana — Dar il-Mistrieħ - Ħatra ta' Head of Home

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4415 u jara meta ser jinħatar head of home ġdid/a f'Dar il-Mistrieħ, il-Furjana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Head of Home ta' Dar il-Mistrieħ tal-Furjana ser jirtira fi Frar 2009. Informat ukoll li dalwaqt toħroġ applikazzjoni għall-post ta' Head of Home ġdid/ġdida.

Dewmien fil-ħlas tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4555 u jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikulta finanzjarja għall-benefiċċju/i?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonijiet tar-Romol normalment jitħallsu fi żmien erba ġimgħat minn meta ssir it-talba. Fejn il-koppji miżżewġa ikunu residenti f’ xi dar għal anzjani tal-Istat jista jkun hemm xi dewmien sakemm tinġabar l-informazzjoni meħtieġa. F’dawn il-każi d-Diviżjoni ma tkunx tista’ tirrevedi l-pensjoni qabel ma tirċievi l-informazzjoni li tirrifletti it-tibdil fiċ-ċirkustanzi.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public Convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4414 u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Furjana — Pjazza E.S. Tonna - Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4418 u jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u minflokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kunsill lokali Floriana ġa esplora l-possibbilità sabiex dawn is-siġar jitneħħew iżda parir tekniku irriżulta li dawn is-siġar m’għandhomx jintmissu.

Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — Recognition rent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4474 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4474.

Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.