Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5417 u jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li
a) laħqu mietu
b) emigraw minn pajjiżna
ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni
d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni
e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat?
Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hu l-waiting list bħalissa f'kull każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5420 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ssir kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'pajjiżna? Kemm naqset in-nefqa tal-gvern għal dak li jirrigwarda antibiotiċi minn dak iż-żmien 'il hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'Malta saret għall-ewwel darba fl-aħħar xahrejn tas-sena 2008 li kienet l-ewwel sena ta' ħidma tal-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi. Għaldaqstant iż-żmien huwa qasir wisq sabiex jiżen l-effett f'termini ta' konsum ta' dawn il-farmaċewtiċi.
Informat ukoll li parti mill-ħidma ta' dan il-kumitat għas-sena 2009 huwa fil-fatt l-implementazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza tal-konsum tal-antibijotiċi fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5275 u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li peress li l-Awtorita’ tad-Djar ma hiex is-sid ta’ l-appartamenti tal-Gvern, il-Mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni Enemalta — Dwal fit-Triq ir-Repubblika, Dun Ġorġ Preċa u Sqaq il-Qasab
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5273 u jara jekk il-Korporazzjoni Enemalta tistax iddawwal aħjar:
a) Triq ir-Repubblika, Valletta quddiem il-Qorti?
b) Triq Dun Ġorġ Preċa fil-Ħamrun?
ċ) Sqaq il-Qasab fil-Ħamrun?
peress li l-kunsilli lokali rispettivi baqgħu ma sabux tarfhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x -xogħol ġdid tad-dawl fit-toroq ġie devolut lill-Kunsilli Lokali u għalhekk l-Enemalta m’għadx għandha dik ir-responsabbilta.
Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping Policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5261, 4706 u 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tajt direzzjoni lil-ADT biex tieħu miżuri ta' sigurta' aħjar fil-lok li qed jirreferi għalieħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li
a) laħqu mietu
b) emigraw minn pajjiżna
ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni
d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni
e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat?
Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3524 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministu jgħid f'liema każijiet tingħata l-allowance tat-tfal b'diżabilità? Din tingħata wkoll f'każijiet ta' Dyslexia?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-allowance tat-tfal b’dizabilta’ tingħata “lil-kap tal-familja, li jkollu l-kura u l-kustodja ta’ dak it-tifel li jkun ċertifikat li jkun qed ibati minn
palsy
ċerebrali jew minn subnormalità mentali severa jew li jkun persuna gravement disabilitata jew persuna b’vista batuta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.”
Tifsir skond l-Att dwar is-Sigurta Socjali:
"persuna b’vista batuta" tfisser persuna li l-vista tagħha tkun ċertifikata minn oftalmologu li tant tkun baxxa li ma tħallix li dik il-persuna tagħmel xi xogħol li għalih il-vista tkun essenzjali;
"persuna gravement disabilitata" tfisser persuna li għad għandha tul ta’ ħajja raġonevoli u li ma tkunx tista’ żżomm lilha nnifisha b’impieg jew xogħol għal rasha
full-time
, jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-età li tagħmel hekk, minħabba disabilità permanenti
li jirriżulta -
(
a
) minħabba li tkun truxa u muta għal kollox; jew
(
b
) minn
achondroplasia, hypopituitarism, osteogenesis imperfecta
jew xi xort’oħra ta’ nanuiżmu; jew
(
ċ
) minn waħda mill-mard li ġejjin, jiġifieri:
Multiple Sclerosis, Muscular Dystrophy, Spina Bifida, Systemic Lupus Erythematosus,
Haemophilia
jew disordnijiet permanenti simili oħra tad-demm karatterizzati bi tnixxija ta’ demm kronika jew ripetuta,
Hydrocephalus, Huntington’s Chorea, Cystic Fibrosis
T C II Deficiency, Cerebellar Ataxia
;
Chronic-Granulomatous Disease
;
Leopard’s Syndrome
;
jew
(
d
) minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk inhi kawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn; jew
(
e
) epilepsija bi frekwenza ta’ attakki f’għadd ta’ iktar minn erbgħa fix-xahar, b’dan li din il-kundizzjoni tiġi konfermata b’investigazzjonijiet xierqa inkluża elettroenċefalogramma u li tiġi hekk ċertifikata minn newrologu jew psikjatra li jkun jaħdem mal-Gvern kemm-il darba li dik il-persuna investigata ma jkollhiex liċenza tas-sewqan;
(
f
) indifferenza konġenitali lejn l-uġigħ.”
F’kazijiet ta’
Dyslexia
ma tinghatax din l-
Allowance
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3526 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fuq il-bini ta’ dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi hemm ftit iktat minn 251 metru kwadru ta’ photovoltaic cells.
Il-figuri ta’ kemm -il metru kwadru fi bjut għandu b’kollox il-ministeru ma jinżammux u għalhekk mhux possibbli li jinħadmu l-persentaġġi.
Wieħed irid jifhem ukoll li mhux l-area tal-bjut kollha hija effettivament disponibbli biex jiġu nstallati PVs fuqha. Dan minħabba li parti mill-bjut ikunu fid-dell kif ukoll minħabba areas mill-bjut okkupati minn installazzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — Dwal fit-Triq ir-Repubblika, Dun Ġorġ Preċa u Sqaq il-Qasab
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni Enemalta tistax iddawwal aħjar:
a) Triq ir-Repubblika, Valletta quddiem il-Qorti?
b) Triq Dun Ġorġ Preċa fil-Ħamrun?
ċ) Sqaq il-Qasab fil-Ħamrun?
peress li l-kunsilli lokali rispettivi bqagħu ma sabux tarfhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.