Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5626 u 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hi l-waiting list bħalissa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5622 u 5267 u jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa huma hekk :- Drugs Community Team 37 – dawn għandhom jinqdew sa xahar ieħor Detox Outpatients 6 – dawn għandhom jinqdew sat- 13 ta Frar Residential Units: Dar l-Impenn (In-patient Detox): Xejn Komunita’ Santa Marija: Xejn.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġinekoloġija u Kirurġija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5631, liema ġinekologi minn A sa G u liema kirurgi minn A sa K irtiraw jew ġew ingaġġati matul is-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħu jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Djar tal-Anzjani — residenti u staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern kemm hemm: a) Persuni: i) indipendenti? ii) semi dipendenti? iii) dipendenti? iv) b'dementia b) Staff grad bi grad?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kont tas-Saħħa

Question

B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5620 u 5266 u jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qasam tat-telefonija — Direttorju ġdid

Question

Minħabba l-iżviluppi li seħħew fil-qasam tat-telefonija fl-aħħar snin u b'mod partikolari minħabba l-age-divide fil-qasam tal-IT, jista' l-Ministru jara li r-regolatur jinforza li jiġi ppubblikat direttorju tat-telefon mill-aktar fis, peress li l-aħħar ħarġa mill-eks kumpannija Maltacom tmur lura għas-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'deċiżjoni tagħha ta' Lulju 2002, l-Aworita` dwar il-Komunikazzjoni (MCA) obbligat lill-Maltacom (issa Go plc) biex tippublika d-direttorju tat-telephone. Id-direttorju fil-fatt ġie ppublikat fis-sena 2004. L-istess deċiżjoni tgħid li supplimenti aġġornati għal dan id-direttorju għandhom jiġu ippublikata mhux anqas minn darba kull tlett snin. Min dak iż-żmien l-introduzzjoni ta’ operaturi ġodda fit-telefonija fissa rrekjediet reviżjoni tad-Deċiżjoni, u fix-xhur li ġejjin, l-MCA ser tkun qiegħda tniedi konsultazzjoni fuq l’ hekk imsejħa ‘Universal Service Obligations’ biex tistabbilixxi jekk dan id-direttorju għandux jkun ippublikat, u jekk iva, f’liema format ikun ippublikat, il-kontenut tad-direttorju, u liema operatur għandu jingħata l-obbligu li jippublikah. Sadanittant fil-preżent il-kumpanija Go plc qiegħda toffri servizz komprensiv ta’ direttorju telefoniku elettroniku aġġornat bla ħlas fuq l-Internet li jinkludi aċċess għan-numri kollha, jiġifieri anke ta’ operaturi oħra li jipprovdu telefonija fissa kif ukoll telefonija mobbli.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preċa

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Hamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Chest infection

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar 2009 kemm ġew rikoventi pażjent fl-Isptar Mater Dei b'chest infection? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux antibiotiċi fil-komunità fil-jiem ta' qabel? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux vaccine tal-influwenza fix-xhur ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar pazjenti li ġew irrekoverati b’chest infection f’Jannar 2009 ma tistax tingħata għalissa għaliex għadha qed tiddaħħal fid-database tal-Hospital Activity Analysis. L-informazzjoni dwar kemm minn dawn il-pazjenti ma ħadux antibiotiċi fil-kommunità fil-jiem ta’ qabel u kemm minnhom ma ħadux vaccine tal-influwenza fiix-xhur ta’ qabel, ma tinġabarx.

Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post tax-xogħol instab mhux konformi mar-regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà matul 2008? Kemm-il inċidenti ġie rappurtat f'dawn l-istess postijiet tax-xogħol fl-istess perijodu? Ittieħdu xi passi legali u b'liema eżitu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2008 l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol għamlet 2,022 spezzjoni. Barra minn hekk l-Awtorita’ tivverifika konformita mar-regolamenti billi tevalwa ċertifikazzjoni li tirċievi, skond kif mitlub mir-regolamenti. Minn dawn iċ-ċertifikati l-Awtorita’ eżaminat 4279 il-ħertifikat. Peress li l-obbligi legali ta’ min iħaddem huma vasti, l-Awtorita’ tiffoka fuq dawk l-obbligi li n-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għall-ikbar riskji u tieħu azzjoni fil-Qorti meta jkun hemm nuqqasijiet serji. Fil-fatt matul is-sena nkwistjoni l-Awtorita’ ressqet 118 il-kaz ġdid u għad jonqos 42 kaz biex jiġu appuntanti quddiem il-Qorti. Għad hemm numru sostanzjali ta’ kazijiet li l-investigazzjoni għadha ma ġietx konluża u li jistgħu jispiċċaw quddiem il-Qorti. Informat ukoll li rigward in-numru ta’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa d-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali li jiġbor din l-istatistika. Matul l-istess perjodu kien hemm tlett imwiet fuq il-post tax-xogħol.

Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 kemm kien hemm konsulenti f'kull taqsima fid-Dipartiment tas-Saħħa u fid-Dipartiment tal-Anzjani b'kollox? Kemm minnhom intrabtu li jaħdmu esklussivament mas-settur pubbliku? Fil-qasam tal-kirurġija u l-ġinekoloġija kemm saru operazzjonijiet minn kull konsulent u kemm minnhom kienu: a) Minor? b) Intermediate? ċ) Major? d) Urġenti? e) Elettivi (elective)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera matlin u barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — antibiotiċi f'forma ta' injection

Question

Jaf il-Ministru li antibiotiċi f'forma ta' injection mhix tingħata lil pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża? Japprezza l-Ministru li din il-mediċina mhix irħisa u n-nuqqas tagħha jista' jwassal għal aktar pazjenti jiġu riferuti u rikoverati fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kemm l-Amoxicillin injection (250mg and 500mg) kif ukoll FLucloxacillin injection jistgħu jinkitbu mit-tabib tal-familja għall-pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda ix-xogħol mil-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-Kunsill Lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5269 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qiegħed jiġi ppjanat biex il-kors tac-Child Care ma jibqax jiġi offrut kif inhu llum iżda jibda jkun offrut taħt Skema tat-Traineeship taħt l-Employability Programme (ESF). Il-Korporazzjoni bdiet l-aħħar tħejjiet biex tressaq dan il-programme fiż-żmien qasir (lejn April-Mejju 2009) lil pubbliku ġenerali. Is-suġġetti akkademiċi huma ċertifkatti tal-Matsec-livell ordinarju fil Matematika, lingwa Maltija u lingwa Ingliża. Informat ukoll li hu ppjanat ukoll li dawk il-klijenti li ma jkollhomx il-kwalifiki ta’ hawn fuq jiġu mitluba biex jagħmlu eżami/jiet mill-ETC fis-suġġett/i rispettivi u ta’ l-istess livell. Il-partiċipanti jkunu jridu jipprovdu wkoll ċertifikat validu u nadif tal-kondotta tagħhom.