Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5930, 5626 u 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hi l-waiting list bħalissa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li sa l-ewwel ġimgħa ta' Frar 2009, in-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija huwa hekk :- i) strument fil-marrara : 410 (Laparoscopic Cholecystectomy) ii) strument fl-irkoppa : 3,692 (Arthroscopy Knee) iii) kataretti : 5,951 (Cataract Surgery) Informat ukoll li l-appuntament li jmiss jiddependi mill-urġenza tal-każ.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5932, 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġinekoloġija u Kirurġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5936 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5631,jista' l-Ministru jgħid liema ġinekologi minn A sa G u liema kirurgi minn A sa K irtiraw jew ġew ingaġġati matul is-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li l-informazzjoni kif mitluba tippermetti li jiġu identifikati l-kirurġi nvoluti, din l-informazzjoni ma tistax tingħata. (Risposta kkoreġuta permezz ta’ dokument nru 1798 mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru 88 tal-4 ta’ Marzu 2009)

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5937 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet mhux responsabbli biex il-partijiet komuni jinżammu nodfa. Din hija responsabbilità kollettiva tar-residenti li lkoll huma responsabbli ugwalment għall-indafa. Min ikollu ilment dwar akkumulazzjoni ta’ imbarazz fil-partijiet komuni jista’ jagħmel rapport billi jċempel l’uffiċċju tal- Customer Care fuq numru 22953238 jew jibgħat e-mail fuq customercare.gpd@gov.mt. Fejn ikun hemm bżonn, id-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel spezzjonijiet u jieħu azzjoni kontra l-persuna/persuni responsabbli dwar l-akkumulazzjoni ta’ imbarazz jew sabiex ineħħu oġġetti jew affarijiet oħra li jkollhom fil-partijiet komuni tal-appartament.

Djar tal-Anzjani — residenti u staff

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5635 u jgħid fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern kemm hemm: a) Persuni: i) indipendenti? ii) semi dipendenti? iii) dipendenti? iv) b'dementia b) Staff grad bi grad?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk : Indipendenti - 367 Semi Dipendenti - 232 Dipendenti - 151 Bid-dimenzja - 74 Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 5301.

Aġenziji u dipartimenti tal-Gvern — tobba

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dipartiment u aġenzija tal-Gvern iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera Maltin u barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5632 u jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preċa

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5927 u jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5833, 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — tilqim tal-influwenza

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical u gynaecology operations

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' l-Ministru jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ċentru tas-Saħħa — tobba - Visti id-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġu aċċettati żjajjar fid-djar minn tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Kemm saru żjajjar, ċentru b'ċentru, jum b'jum f'Jannar 2009? Kemm hemm tobba f'kull shift f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ġodda ta' kanċer fil-prostate gland

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-prostate gland matul l-2008? Kemm saru talbiet għat-test PSA minn tobba mhux speċjalisti fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul Diċembru 2008? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għax-xiri tal-kits għal dan it-test matul l-2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-informazzjoni dwar każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata matul is-sena 2008 għadha qed tinġabar. Matul is-sena 2007 kien hemm 124 każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata. Matul Dicembru 2008 kien hemm 57 talba għat-test PSA minn tobba mhux specjalisti fic-Centri tas-Saħħa. In-nefqa tal-kits li ntużaw għat-testijiet li saru matul l-2008 kienet US$34,076. Dan ma jfissirx li dawn il-kits inxtraw kollha matul l-2008.

Kumpanniji — tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.