Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nies li mietu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies lokalità b'lokalità matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm hija ta' kemm ġew reġistrati mwiet u dan it-total fl-2008 kien ta' 3073. Is-sistema kompjuteriżżata kif inhi bħalissa ma tippermettix li din l-informazzjoni tinġabar lokalita', b' lokalita'.

Kont tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6027, 5808, 5620 u 5266 u ċioè: B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Appartamenti tal-Gvern — Ilmenti fuq il-ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6030 u5833 u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-Gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5833.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — kors ta' childcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tibda' l-kors ta' childcare? Kemm hemm applikanti għal dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s–sejħa għal trainers ser toħorg il-ġimgħa d-dieħla u ser iddum miftuħa ħmistax-il ġurnata. Wara li jintemm il-proċess tal-għażla ta’ trainers, jibdew l-arranġamenti biex jibda it-taħrig. Hu antiċipat li dan il-programm ta’ taħrig jibda għall-aħħar ta’ April. Informat ukoll li peress li dan il kors kien ilu magħluq, ma kinitx tinżamm lista ta’ applikanti. Lista ġdida tibda tinġabar malli jinfetħu l-applikazzjonijiet għal dan il-kors.

Valletta — Triq l-Ifran - tibdil fil-main u l-meters ta' l-ilma - dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex talbiet minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta li applikaw għal tibdil fil-main u l-meters tal-ilma f'Novembru għadhom ma ngħataw l-ebda feedback mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhemmx talbiet pendenti li saru f'Novembru minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta għall-service renewals.

MCAST — gymnasium - aktar żgħażagħ li jattendu

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi biex il-gymnasium fl-MCAST f'Kordin jiġi frekwentat minn aktar żgħażagħ partikolarment tfajliet li mhux isibu din l-opportunità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-gymnasium tal-MCAST huwa miftuħ kuljum għall-istudenti li jridu jagħmlu użu minnu u fil-fatt għandna attendenza kbira ta’ studenti, kemm tfajliet u ġuvintur li jipparteċipaw kemm fil-logħob kompettitiv u kif ukoll fl-attivitajiet mhux kompettitivi li d-Dipartiment tal-Isport jorganizza kemm on campus kif ukoll barra mill-kulleġġ. Studenti u staff jistgħu jżuru il-gymnasium u jużaw il-faċilitajiet u l-apparat meta jridu. Il-faċilitajiet tal-isport fl-MCAST, Kordin huma prattikament mimlijin il-ġurnata kollha u regolarment tintbagħat informazzjoni mid-Dipartiment ta’ l-Isport lill-istituti kollha tal-MCAST biex l-istudenti jiġu informati dwar l-attivitajiet li qegħdin isiru.

L-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — mediċina in stock

Question

Jista' l-Minsitru jgħid għaliex ċertu items m'humiex inklużi fis-sistema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, ġaladarba jkun hemm l-awtorizzazzjoni għal-mediċina u din tkun in stock? Tista' tiġi riveduta din is-sitwazzjoni li qed taffetwa ħażin lil persuni b'mard kroniku serju, persuni anzjani u persuni b'diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Forzi Armati — Phobias jew diffikultajiet oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fir-reklutaġġ ta' persuni fil-Forzi Armati jiġix mogħti importanza għall-fatt li l-persuna jkollha: a) Phobias bħal acquaphobia , agrophobia u acrophobia ? b) Diffikultà biex issuq vettura? ċ) Diffikultà biex tgħum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel ma persuna tingaġġa fil-Forzi Armati ta’ Malta jkun jinħtieġilha li tissodisfa l-istandards mediċi ta’ fitness stabbiliti mill-armata. L-istandards mediċi eżistenti huma mfassla fuq standards ta’ armati professjonali barranin. L-i standards eżistenti jirreferu għal psychiatric disorders , li jinkludu disorders b’ psychotic features, mood disorders, personality behaviour jew academic skills disorders, psycho-sexual disorders u substance misuse . Il-fatt li persuna jkollha xi diffikulta biex issuq vettura jew biex tgħum, ma jeskludijiex milli tkun tista’ tingaġġa bħala suldat.

Għaqda ta' tobba — konsultazzjonijet dwar ir-riformi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għaqdiet tat-tobba tal-famlija minn Marzu 2008 'l hawn dwar ir-riforma tal-kura primarja tas-saħħa u b'mod partikolari dwar l-ingaġġ ta' tobba tal-familja li jaħdmu privat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — pazjenti li ġew discharged

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2009, kemm-il pazjent li ġie discharged mill-Isptar Mater Dei reġa' ddaħħal fl-istess sptar? X'kienet l-età tal-pazjenti u f'liema wards kienu l-ewwel darba?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preca

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6029 u 5927 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa saret.

Furjana — Triq Sant'Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6028, 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT preparat pjanti u stejjem tax-xogħolijiet li hemm bżonn fis-subways. Ix-xogħol isir meta jiġu allokati l-fondi finanzjarji neċessarji.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta' a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kumpanniji — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5946 u jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsija parlamnetari 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Każijiet ġodda ta' Aneurysms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' aneurysyms fis-sistema vaskulari matul 2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pażjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5833, 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5833.