Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni — Health insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li joffru health insurance reġistrati mal-Malta Financial Service Authority? Kemm kienet tħaddem kull kumpannija matul l-2007 u matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellat illi sad-data ta’ din il-mistoqsija, (a) Hawn tlett kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li huma awtorizzati taħt l-Att biex jirregola l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni (Kap. 403) biex joffru “health insurance”. (b) Hawn żewġ aġenti fl-assigurazzjoni li huma iskritti taħt l-Att dwar l-Intermedjarji fl-assigurazzjoni (Kap. 487) li huma maħtura minn żewġ impriżi ta’ l-assigurazzjoni Ewropej li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru biex bħala aġenti fl-assigurazjoni joffru “health insurance” għan-nom ta’ dawn l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni. (c) It-tlett kumpanniji mmsemmija taħt (a) huma awtorizzati biex jiktbu klassijiet oħra ta’ l-assigurazzjoni u mhux biss “health insurance”, u l-informazzjoni li jkollha l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ma tkunx maqsuma biex turi kemm minn dawn l-impjegati huwa jaħdmu specifkament fis-settur tal-“health insurance” biss. Għaldqstant, din l-informazzjoni mhix disponibbli.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5633 u 7389, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li d-dipartiment konċernat jifhem id-diffikultà li għandhom pazjenti bil-karta r-roża fir-rigward ta’ antibiotic f’forma ta’ injection u mhux pilloli kif jingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7389? Jaf il-Ministru li dawn l-injection disponibbli b’karta roża, fil-fatt jaħdmu biss fuq numru ristrett ta’ mikrobi u tant ieħor jintużaw għexieren ta’ snin li r-reżistenza għalihom hi tali li ftit għad għandhom utilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamentari 7391, 6975, 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'records ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għalkemm l-informazzjoni dwar tilqim u antibijotiċi tista’ tkun miktuba fl-istorja tal-pazjenti li jattendu l-isptar, mhux fiżikament possibbli li tinġabar b’mod sistematiku minn dawn l-istejjer. Wieħed irid iqis ukoll il-kunfidenzjalità u l-kwalità tad-data miġbura li jnaqqsu ħafna mill-effetività ta’ eżercizzju ta’ ġbir ta' informazzjoni simili. Bħalissa, din l-informazzjoni lanqas tiddaħħal fuq sistemi tal-informatika ta’ l-isptarijiet.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7390, 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Għajnuna tal-benefiċċju fuq mard

Question

Fir-rigward tal-benefiċċju tal-għajnuna minħabba mard (SKA), kemm-il applikant ma nstabx eleġibbli minħabba d-dħul finanzjarju tiegħu/tal-familja matul l-2008? Jista' d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħti informazzjoni personalizzata lil min ikun se japplika għal benefiċċju means - tested biex ma jsirux applikazzjonijiet bla bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qabel ma’ ssir applikazzjoni għal xi għajnuna, l-pubbliku jiġi nfurmat bil-kriterji meħtiega għal dik l-għajnuna. Ħafna drabi jiġri li għalkemm il-pubbliku jiġi infurmat u jkun jidher li ma’ jikkwalifikax għal tali għajnuna l-applikazzjoni issir xorta kemm il-darba jkun hemm insistenza mill-pubbliku li din issir. Informat ukoll li n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna medika li ġew irrifjutati minħabba mezzi matul is-sena 2008 kien ta’ 987. Dawn kienu mqassma hekk :- Il-Kapital jeċċedi 272 Il-Kapital jeċċedi r-rata ta’ miżżeweġ 40 Il-Kapital jeċċedi r-rata ta’ persuna waħeda 41 Il-Mezzi jeċċedu 632 Il-Mezzi fil-ġimgħa jeċċedu 2 Total 987

Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum tal-esportazzjoni minn pajjiżna lejn kull wieħed mill-pajjiżi tal-G20, tan-NAFTA, tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar quarter ta' 2008 u fl-ewwel quarter ta' 2009? Fejn jirrizulta tnaqqis minn quarter għal ieħor, tista' tgħid jekk kienx hemm żieda f'tariffi u dazju, każ b'każ? Jew kien hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet ta' tiġdid ta' liċenzji ta' importazzjon f'xi każ? Kien hemm divjett/twaqqif ta' importazzjoni f'xi każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kmieni biex inkunu nistgħu nagħtu din l-informazzjoni li tinkludi jekk kienx hemm tnaqqis jew le tal-volum tal-esportazzjoni minn Malta għal diversi pajjiżi li jkopru l-G20, tan-NAFTA, u tal-Unjoni Ewropea bejn l-aħħar kwart ta’ 2008 u l-ewwel kwart ta’ 2009. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-news release tal-Unit tagħna li jkopri Frar 2009 ġie ppublikat nhar il-Ħamis disgħa t’April 2009.

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalita' tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #7694 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7193 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7192 u jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pazjenti li huma home-bound

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7226 u jgħid b'liema mod jistgħu pazjenti li huma home-bound minħabba mard serju, tingħatalhom il-possibilità li jitteħdilhom kampjun ta' demm ġo darhom meta dan ikollu jsir repetutament bħal fl-każ ta' INR?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li pazjenti li huma home-bound li jkollhom bżonn jittieħdilhom kampjun tad-demm iridu jinfurmaw lis-Senior General Practitioner tac-Centru tas-Saħħa tal-lokalità tagħhom ta’ l-anqas 24 siegħa qabel biex isiru il-preparamenti kollha meħtieġa sabiex jintbagħat tabib tac-Centru tas-Saħħa ħalli johdilhom id-demm. F’każ li fil-gurnata tal-appuntament ma jkunx hemm tobba biżżejjed minħabba raġunijiet li ma hemmx kontroll fuqhom, il-pazjent jingħata appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.