Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina Antiviral Tamiflu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinstab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitllub għadu qed jinġabar.

Spezzjonijiet fuq post tax-xogħol -

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7708, 7390, 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, l-Awtorità ratx kif health workers qegħdin jgħinu fil-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiem u f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li skond l-A.L. 36/2003 ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol, speċifikament paragrafu 9(1), min iħaddem għandu l-obbligu li jagħżel persuna waħda jew aktar li jkollha l-ħeġġa, kapaċitajiet, kompetenza u taħriġ neċessarju sabiex tassistieh fil-miżuri meħtiega fejn tidħol il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ fuq ix-xogħol. Informat ukoll li l-liġi ma tispeċifikax il-kompetenza tan-nies hekk magħżula, u b’mod partikolari ma tesiġix li jkunu impjegati tobba, infermiera jew paramedici. Minn naħa l-oħra l-Awtorità hija konxja b’ numru ta’ kumpaniji li għadhom kuntratt għal servizz ma’ tobba, iżda s-servizz mitlub ikun limitat għall-verifika ta’ ‘sick leave’, (fattur li ma’għandu x’jaqsam xejn ma’ ‘occupational medicine’). L-Awtorità taf ukoll b’infermiera li joffru servizzi ġeneralment relatat ma’ l-għoti ta’ l-ewwel għajnuna u servizzi anċillari. Mhux magħruf in-numru ta’ dawn in-nies.

Mediċina Avonex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu impiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan-News Release 057/2009 li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7200.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7428 u 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7200.
Leg 11 PQ #8133 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7685 u jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Salmetenol Inhaler

Question

Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7710, 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Occupational Health and Safety Authority — spezzjonijiet fuq post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Occupational Health and Safety Authority tikkummentax ma' ħaddiema meta tagħmel spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Hija l-policy dikjarata tal-Awtorita li l-Uffiċjali tagħha (waqt żjarat f’posijiet tax-xogħol) li jitolbu li jkunu akkumpanjati mir-Rappreżentati tal-Ħaddiema għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol magħzula jew appuntati skond l-Avviż legali 36/03 – Regolamenti ta’ l-2003 dwar id-Disposizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol 2003. Dawn ir-Rappreżenati għandhom id-dritt legali wkoll li jkunu nfurmati b’kull deċizjoni tal-Uffiċjali kif ukoll dwar kull ordini jew struzzjoni li jingħata min iħaddem. Informat ukoll li waqt kull żjara tagħhom, l-Uffiċjali jitkellmu mal- ħaddiema nfushom ( mhux fil-preżenza ta’ min iħaddem) biex ikollhom ukoll il-verżjoni tal-istess ħaddiema.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7430 u 7193 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7431 u 7192 u jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Floriana — Pjazza Emanuel S. Tonna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7691 u jara li jiġu replanted banda oħra s-siġar li qed jgħattu l-faċċata b'valur arkitettoniku tas-sala Robert Sammut, fi Pjazza Emanuel S Tonna, Floriana?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7429 u 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7386, 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li biex tibda tinġabar l-informazzjoni mitluba irid jiġi nstallat programm kompjuterizzat magħruf bħala Centralised Waiting List Management Programme.

Talba għal xiri ta' appartament

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet il-proċess li bih l-applikanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, talbu li jixtru l-appartament li joqogħdu fih?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-iskema li dawn l-applikanti applikaw, ġiet imwaqqfa minħabba li kien qed isir profitt esaġerat mill-inkwilini li wara li jixtru proprejata’ bix-xejn, dawn kienu qegħdin jgħaddu din il-propjeta’ lit-tfal tagħhom u dawn ibiegħu din il-propjeta’ lil terzi bil-prezz kummerċjali.