Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun u Marsa — tindif ta' ġonna

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu mnaddfa l-ġonna f'Tar-Rabbat il-Ħamrun u l-Belvedere fil-Marsa, partikolarment minħabba s-sejba ta' ħafna siringi użati fl-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-postijiet imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli rispettivi.Sadanittant id-Departiment tal-Indafa Publika bħal ma sar f’okkażjonijiet oħra se jinforma l-Kunsill Lokali u dawna jingħataw żmien sakemm iridu jnaddfu dawn is-siti u jekk dan ma jsirx, jintervjeni d-Dipartiment u ssir claim għal- ispejjeż.

Ħażna ta' Cord blood

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Esportazzjoni lejn pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ mill-esportazzjoni totali minn pajjiżna lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, sena b'sena mis-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea 'l hawn? X'miżuri ħadet il-Malta Enterprise fl-aħħar sena biex tiżdied l-esportazzjoni minn pajjiżna lejn il-pajjiżi membri oħra fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persentagg mill-esportazzjoni totali minn pajjizna lejn il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, sena b’sena mis-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea ‘l hawn huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il- Malta Enterprise ħadet diversi miżuri fl-aħħar sena biex tassisti kumpaniji lokali jesportaw lejn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri kienu jikkonsistu kif ġej: Trade Missions: Fit-2008, ġew organizzati żewġ trade missions għall-pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja, waħda għal Spanja u l-oħra l-Portugall. B’kollox f’dawn iż-żewg missjonijiet ipparteċipaw 22 kumpaniji lokali illi apparti s-sapport loġistiku u tekniku, ibbenefikaw ukoll minn għajnuna finanzjarja diretta. Barra minn dawn il-missjonijiet il- Malta Enterprise organiżżat ukoll żewġ missjonijiet oħra lejn l-Ukrania u l-Libya li fihom ippartecipaw 21 kumpanija lokali li wkoll irċevew l-istess għajnuniet imsemmija hawn fuq. Parteċipazzjoni f’Fieri taħt l-awspici tal-Malta Enterprise: B’kollox, fit-2008 il- Malta Enterprise ippartecipat f’żewġ Fieri f’pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja, ġewwa Franza u l-Italja. B’kollox kien hemm 5 kumpaniji lokali li ppartiċipaw flimkien mal-Malta Enterprise f’dawn il-Fieri li kollha bbenifikaw minn sapport tekniku u loġistiku kif ukoll għajnina finanjarja diretta. Barra minn dawn il- Malta Enterprise ippartecipat ukoll f’erbgħa (4) Fieri ġewwa l-Libja u f’żewġ Fieri oħra ġewwa Dubai li fihom ipparteċipaw 33 kumpanija li irċevew l-istess għajnuniet. Partecipazzjoni f’Fieri – Kumpaniji Individwali: Fit-2008, il- Malta Enterprise assistit ukoll 16-il kumpanija lokali. Dawn il-kumpaniji ipparteċipaw individwalment f’diversi Fieri ġewwa pajjiżi Ewropej. Dan kien possibbli billi kull kumpanija ingħatat għajnuna finanzjarja taħt il-programm ‘ SME Development Grant ’ u ‘ Trade Promotion Scheme’ . Enterprise European Network Il- Malta Enterprise ukoll tassisti kumpaniji lokali illi jkunu ssieħbu fis-servizz ta’ ‘ tenders alert’ fejn dawn jiġu nfurmati b’kull tender illi jinħareġ mill-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja. Bħalissa hemm madwar 46 kumpaniji illi qegħdin jircievi dan is-servizz. Barra minn hekk kull xahar jinħargu madwar 25 notifika fuq tenders li jinħarġu fl-Unjoni Ewropeja. Dawn in-notifiki jintbagħtu lil kull kumpanija f’Malta. ERDF Scheme Il-Malta Enterprise għandha wkoll skema kurrenti ta’ l-ERDF. Din l-iskema, li għandha baġġit ta’ Euro 2.5 miljun, tissapportja ‘l-SMEs biex isibu swieq ġodda.

Persuni ta' 16-il sena — school leaving certificate

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna għalqet is-16-il sena matul is-sena 2008 u baqgħet ma ngħatatx school leaving certificate? Naqas dan in-numru meta mqabbel mas-snin skolastiċi mgħoddija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Leg 11 PQ #7694 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi spezzjoniet fuq l-impjanti kollha li jaħżnu ż-żejt fl-akwati tal-Marsa/l-Blata l-Bajda u fil-preżent qegħda tittieħed azzjoni biex jiġi aċċertat l-aktar mod effettiv biex neliminaw l-irwejjaħ, liema azzjonijiet mhux neċessarjament limitati għal infurzar. Fir-rigward ta' permessi ta' l- Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC) li għandhom x'jaqsmu ma pproċessar u ħażniet ta' żejt li jinstabu fl-inħawi tal-Marsa, kienu saru dawn l-applikazzjonijiet hawn taħt imsemmijin: Inċineratur (għal skart perikoluż u skart tal-biċċerija) - Il-permess ħareġ f'Diċembru 2007. Falzon Waste Oils - L-applikazzjoni ġiet sottomessa f'Lulju 2008. Din l-applikazzjoni waslet għall-fażi ta' konsultazzjoni mal-pubbliku. Marsa Power Station - Ittieħdiet deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni f'Marzu 2009. MOBC (ħażna u tqassim ta’ żjut magħrufa bhala fuel oil u gas oil) - Din l-applikazzjoni qegħda għand l-applikant u għandha tiġi sottomessa lill-MEPA fil-jiem li ġejjin. EORC (Biodiesel) - Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa f'Mejju 2008 u qegħda tiġi pproċessata mill-MEPA.
Leg 11 PQ #8133 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7694.
Leg 11 PQ #8376 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8133 u 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7694.

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8135 u 7685 u jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Salmetenol Inhaler

Question

Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8136 u 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8139, 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8165, 7710, 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-informazzjoni fuq każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana matul is-sena 2008, għadha qed tinġabar. Informat ukoll li matul is-sena 2007 kien hemm 189 każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana. Ma tinżammx informazzjoni dwar in-numru ta' familjari ta' pazjenti li jiġu offruti screeing, imma il-konsulenti tal-Mediċina u Kirurġija joffru dan l-screeing lill-familjari tal-pazjenti li huma diagnosed bil-kanċer fil-musrana u li huma taħt il-65 sena.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8119.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' siegħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fuq il-ħaddiema fil-qasam tal-manifattura settur b’settur ma tistax tingħata minħabba li s-sample mill-Labour Force Survey huwa baxx ħafna. Rigward in-numru ta’ ħaddiema bil-leave din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba l-istess raġuni.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7196.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7193 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8119.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7429 u 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7196.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5633 u 7389, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li d-dipartiment konċernat jifhem id-diffikultà li għandhom pazjenti bil-karta r-roża fir-rigward ta’ antibiotic f’forma ta’ injection u mhux pilloli kif jingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7389? Jaf il-Ministru li dawn l-injections disponibbli b’karta roża, fil-fatt jaħdmu biss fuq numru ristrett ta’ mikrobi u tant ieħor jintużaw għexieren ta’ snin li r-reżistenza għalihom hi tali li ftit għad għandhom utilità?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7389 ma tirreferix għal antibijotiċi orali iżda dawk ta' kull tip ta' forma farmaċewtika, jiġifieri minn pilloli/kapsoli, għal injezjonijiet/infużjonijiet kif ukoll krem/ingwent. Kif intqal diġa l-antibijotiċi fil-formularju jiġu reveduti minn żmien għal żmien għal diversi raġunijiet fosthom biex dawk l-antibijotiċi li għalihom faċli tinħoloq reżistenza fil-komunita' ma jingħatawx fuq kartuna roża filwaqt li dawk li għalihom ma tinħoloqx reżistenza faċli jew mifruxa jistgħu jingħataw fuq kartuna roża. B'hekk l-utilita' tal-antibijotiċi tiġi massimazzata kemm hu possibli.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Antiviral Tamiflu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li ġiet importata mediċina Antiviral Tamiflu sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007, 2008)? X'kien il-prezz? X'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn l-expiry dates u f'liema batches?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jagħtix informazzjoni speċifika imma ġenerika, għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.