Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8383 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8653, 8378, 8136 u 7886 u cioè: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock,jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8654 u 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?
Jista' l-Ministru jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana?
djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
kundizzjonijiet biex tinbiegħ proprjetà mixtrija mill-uffiċju konġunt
Question
Jista' l-Ministru jgħid, persuni li huma propretarji ta' djar/appartamenti li xtraw mill-uffiċċju konġunt, x'kondizzjonijiet huma marbutin bihom biex ibiegħu din il-proprjetà u wara kemm żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hawn taħt qiegħed nirriproduċi il-Kundizzjonijiet li persuna hija marbuta bihom wara li tkun xtrat id-dirett dominju temporanju (fdiet iċ-ċens) u allura saret il-proprjetarja assoluta:
(1) Sa għoxrin (20) sena mid-data ta’ meta applikant ikun ġie infurmat bil-miktub bil-prezz li bih il-proprjeta’ tista’ tiġi mifdija jew mixtrija
a) Il-proprjeta’ mibjugħa trid tibqa’ tintuża għal skop ta’ residenza
b) Ma jkun permess ebda żvilupp
(re-development)
tal-proprjeta’ ħlief xogħol ta’ renovazzjoni jew rikostruzzjoni tal-istess fond kif kien oriġinarjament bl-istess numru ta’ fondi ta’ abitazzjoni.
c) Madankollu, jekk il-proprjeta` tiġi konvertita f’ aktar minn unita` waħda ta’ residenza u tiġi trasferita lil dixxendenti u axxendenti lineari u bejn l-aħwa dan ma jitqiesx bħala
re-development
. Jekk sussegwentement isir xi trasferiment ieħor lil terzi, dan ikun soġġett ukoll għal dak kollu li hemm provdut fil-paragrafu (3) hawn taħt imsemmi.
(2) Ix-Xerrej jista’ meta jrid jitlob lit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern biex kontemporanjament iċedi l-kundizzjonijiet skond il-paragrafu (1) hawn fuq imsemmija, u dana versu l-ħlas ta’ darba lit-TPG ta’ miżata ta’ ċessjoni ekwivalenti għal perċentagg tal-prezz (indikati hawn taħt) tal-bejgħ dikjarat fuq il-konvenju iffirmat bejn ix-xerrej u terzi, liema konvenju ikun dak li ġie debitament mibgħut lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Dan il-prezz irid jiġi sussegwentement konfermat fuq il-kuntratt tal-bejgħ. It-TPG tirriserva id-dritt li tagħmel stima tal-fond, jekk u meta jkun meħtieġ.
(3) Il-perċentaġġi li jridu jitħallsu huma dawn li ġejjin:
a) Sa ħames (5) snin mid-data ta’ meta applikant ikun ġie infurmat bil-miktub bil-prezz li bih il-proprjeta’ tista’ tiġi mifdija jew mixtrija, ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-prezz ta’ bejgħ;
b) Mis-sitt (6) sena sal- għaxar (10) sena mill-istess data, għoxrin fil-mija (20%) tal-prezz tal-bejgħ;
c) Mill-ħdax (11) il-sena sal-ħmistax (15) il-sena mill-istess data, ħmistax fil-mija (15%) tal-prezz tal-bejgħ;
d) Mis-sittax (16) il-sena sal-għoxrin (20) sena mill-istess data, għaxra fil-mija (10%) tal-prezz ta’ bejgħ.
(4) Sa ħames (5) snin mid-data ta’ meta applikant ikun ġie infurmat bil-miktub bil-prezz li bih il-proprjeta’ tista’ tiġi mifdija jew mixtrija:
a) trasferiment “inter vivos” jista’ isir iżda suġġett għal kundizzjoni li titħallas is-somma ekwivalenti għal ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-prezz ta’ bejgħ lit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern.
b) Madankollu, trasferimenti
“inter vivos”
ma’ dixxendenti u axxendenti lineari u bejn l-aħwa ikunu eżentati minn klawsola (4a) kemm il-darba il-fond jibqa’ bħala l-istess unita’ ta’ residenza u jibqa’ hekk jintuża. Jekk sussegwentment isir xi trasferiment ieħor ikun soġġett ukoll għal dak kollu li hemm provdut fil-paragrafu (1) hawn fuq imsemmi.
c) Jekk fost l-applikanti pendenti hemm talba għal trasferiment minn persuni reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’ Diżabilita’, tista’ tiġi kunsidrata biex il-kundizzjoni stipulata fil-klawsola (4a) hawn fuq imsemmija, ma tapplikax u għalhekk il-persuna tiġi eżentata minnha. Din it-talba għall-eżenzjoni trid issir mill-applikant bil-miktub fl-istess ħin meta qed tiġi proċessata l-applikazzjoni ulterjuri.
d) Jekk fost l-applikanti pendenti hemm talba għal trasferiment minn koppja li illum hija separata wara deċiżjoni finali,
‘res judicata’
mogħtija minn Qorti jew permezz ta’ kuntratt ta’ separazzjoni personali debitament awtoriżżat mill-Qorti tal-Familja, il-kundizzjoni fil-klawsola (4a) fuq imsemmija ma tapplikax u għalhekk dawn il-koppji jiġu eżentati minnha. Din it-talba għal eżenzjoni trid issir mill-applikant bil-miktub fl-isess ħin meta qed tiġi proċessata l-applikazzjoni ulterjuri.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitħabbru skemi ġodda mill-Awtorità tad-Djar? Liema huma?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tevaluta l-iskemi preżenti ħalli fejn hemm bżonn jiġu mmodifikati biex jirriflettu l-esiġenzi tal-lum u jindirizzaw lill-individwi li veru għandhom bżonn għajnuna. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, it-tibdil jiġu ikkomunikati lill- publiku in ġenerali.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permess għall-użu ta' crane
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'assigurazzjoni ngħatat lil-ministeru mill-kumpannija ta' kostruzzjoni li qegħda tuża crane fejn il-bieb ta' entratura tal-Iskola Primarja f'Tal Pietà? Ġiet konsultata l-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel ma nħareġ il-permess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-crane li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie żarmat fuq insistenza tal-Ministeru. L-iżviluppaturi ntalbu, u qegħdin, ifittxu alternattivi għax-xogħol tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8378, 8136 u 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8285 u jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinstab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?