Jista' l-Ministru jgħid x'fondi ħadu mill-Unjoni Ewropea l-bdiewa f'pajjiżna matul l-2008 u fl-ewwel sitt xhur tal- 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Ġunju 2009 il-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin irċevew l-ammont ta’ € 7,457,893.64 mill-Aġenzija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Dan l-ammont tħallas mill-fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea bħala għajnuna fis-settur Agrikolu.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' tqegħid ta' asfalt u tarmak fi Triq Wenzu Dyer, Ħamrun?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li kont tajtu għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3421, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq residenzjali li se jsiru din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9268 u 8383 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li l-Gvern joffri xi forma ta’ inċentiv sabiex koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom. Madankollu koppji li qed jużaw servizz privat ta’ ħażna ta’ cord blood qed jiġu facilitati billi staff tal-isptarijiet kemm pubblici u privati jassistuhom billi jiġbru il-cord blood waqt il-ħlas. Dan qed isir b’mod regolat mal-kumpaniji awtorizzati li joffru dan is-servizz. Jirriżulta li n numru ta’ koppji illi ħażnu cord blood tat-trabi tagħhom kien hekk:
Sena
Cord Blood miġbur fi Sptar Pubbliku
Cord blood miġbur fi Sptarijiet/kliniċi privati
Total
2006
125
16
141
2007
120
29
149
2008
147
18
165
Dan il-cord blood jiġi maħżun f’banek apposta barra minn Malta.
Informat ukoll li s'issa ma kien hemm l-ebda talba minn intrapriżi lokali jew barranin biex il-cord blood jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9264, 8901 u 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li qabel vapur sew jekk tal-merkanżija kif ukoll tal-passiġġieri jidħol f’xi port ta’ Malta irid jitlob l-awtoriżżażżjoni neċessarja mingħand it-tabib ewlieni tal-portijiet. Dan jgħamlu bil-koperazzjoni ta’ l-Awtorita’ Marittima. F’din it-talba l-kaptan tal-vapur ikkonċernat jagħmel dikjarazzjoni li m’ għandu l-ebda’ membru ta’ l-ekwipagg jew passiġġier li huwa marid. B’hekk huwa assigurat li passiġġieri sew Messikani, Ġappuniżi, Ingliżi jew Amerikani li setgħu ġew f’ kuntatt ma ’Novel flu’ (Swine fever) jew mard ieħor infettiv, ikunu identifikati. Dan jgħodd għal kull vapur li daħal f’xi port Malti sew qabel, kif ukoll wara l-15 ta’ Mejju 2009.
Informat ukoll li l-vapur konċernat, kien telaq minn port fil-Meditteran inqas min ġurnata qabel fejn kienu saru l-istess aċċertazzjonijiet li jsiru hawn Malta.
djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9266 u 8835 u jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9263 u 8832 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?
Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji — Bank Ċentrali ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet li għaddew mill-Bank Ċentrali ta' Malta lill-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji fir-rigward tar-regolamenti bankarji:
a) mat-twaqqif tal-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji?
b) mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?
ċ) mad-dħul fiż-Żona Ewro?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment/i konċernat/i m'humiex isibu oġġezzjoni għall-fatt li minn xi sena 'l hawn qed jitrabbew tjur u annimali fi Triq il-Fosos il-Furjana, fil-qalba ta' binja tal-Gvern fejn joqogħdu madwar 70 familja?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret dwar ilmenti minn pazjenti jew qrabathom minħabba servizz ħażin mill-ftuħ tal-Isptar Mater Dei 'il hawn?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8381.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8654 u 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8381.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8832 u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress lis-siġra msemmija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8901 u 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8377, 8135 u 7685 u cioè: B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Belt Valletta, jista' jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Belt Valletta resqet is-segwenti persuni:-
djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8835 u jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
Persuni ta' 16-il sena — school leaving certificate
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8385 u tgħid kemm-il persuna għalqet is-16-il sena matul is-sena 2008 u baqgħet ma ngħatatx school leaving certificate? Naqas dan in-numru meta mqabbel mas-snin skolastiċi mgħoddija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li għalqu s-16-il sena matul l-2008 u li baqgħu ma ngħatawx school leaving certificate kien hekk:
Skejjel tal-Gvern 239
Skejjel tal-Knisja 2
Skejjel Indipendenti 5
Mqabbel mas-snin ta’ qabel, dan in-numru żdied marġinalment.