Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9462 u jgħid billi dan l-aħħar ġranet kien hemm bdil fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ:
a) x'inhuma l-ġranet u l-ħinjiet ġodda tal-bereġ kollha f'Malta?
b) x'kienu l-ġranet u l-ħinjiet kollha f'Malta qabel dan it-tibdil?
ċ) kemm tnaqqas il-ħin ta' kull berġa kull ġimgħa?
Jista' jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li attendew il-bereġ fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Minn dan it-total, kemm minn dawn il-pazjenti attendew il-bereġ:
a) biex jaraw it-tabib?
b) biex jaraw l-infermiera?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijet il-ġodda tax-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? X'inhuma l-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol tat-tobba f'kull berġa? Fil-ħinijiet imnaqqsa lillhom, it-tobba u l-infermiera fejn qed jirrapportaw għax-xogħol?
Jista' jgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja jagħmel tibdil fix-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? Dan it-tibdil kien approvat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali? Għaliex dan it-tibdil kellu jsir issa u wieħed ma stenniex li jagħmlu meta jitlestew fost l-oħrajn id-diskussjonijiet mat-tobba u r-riforma prevista fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja kkonsulta mal-unions tat-tobba u l-infermiera dwar dan it-tibdil u jekk fl-affermattiv, x'kienet il-pożizzjoni ta' kull union? Għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma avżax minn qabel (fost oħrajn permezz ta' press release u avviż fuq il-mezzi tax-xandir) dan it-tibdil u riżultat li fejn ma tteħditx inizjattiva mill-infermiera responsabbli mill-bereġ li qabdu u ċemplu lill-pazjenti li kellhom in-numru tat-telefon tagħhom, dawn marru bħas-soltu għall-appuntament mat-tabib jew biex jaraw l-infermierta u sabu l-bieb magħluq? X'inhu jsir mill-appuntamenti li kienu saru qabel fil-ġranet u ħinijiet li fihom issa l-bereġ m'humiex jinfetħu? Jidhirlu l-Ministru li l-erba' minuti allokati għal kull pazjent quddiem it-tabib huma biżżejjed?
Hemm ħsieb li fir-rigward tal-bereġ, ikun hemm xi tibdil ieħor fil-ġranet, ġimgħat jew xhur (short jew medium term) li ġejjin u jekk fl-affermattiv, x'se jkun dan it-tibdil?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9263 u 8832 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mill-Kunsill Lokali Floriana illi għalkemm mhuwiex żmien ideali biex isir żbir ta’ siġar taż-żebbuġ, din is-siġra inżabret b’tali mod li ma baqgħetx ta’ ostakolu għan-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal id-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jidher separatament, fuq ir-radju RTK nhar it-Tlieta, 23 ta' Gunju, 2009 li l-customer care tad-dipartiment tiegħu jieħdu ħsiebu u jindirizzaw l-ilmenti tan-nies tliet tobba seniors? Possibbli li dan is-servizz ma jistax jitmexxa minn persuni oħra u dawn it-tobba seniors jagħtu servizz f'taqsimiet oħra tas-saħħa primarja, bħaċ-ċentri tas-saħħa, fejn hemm nuqqas ta' tobba?
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'qed iwassal għal dewmien biex jingħata appuntament ma' padoloġista fiċ-ċentri tas-saħħa? Jaf il-Ministru li filwaqt li appuntament kien jingħata fi tlett ijiem appuntamenti li ntalbu llum (23 ta' Gunju, 2009) ingħataw għal Settembru li ġej jiġifieri tliet xhur oħra?
Billi mill-programm "Irrid Nistaqsi" mxandar fuq Radju RTK ta' 23 ta' Ġunju, 2009 ħareg ċar li t-tnaqqis fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ sar mid-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jintbagħat separatament, u billi l-istess Direttur
diversi drabi jsemmi riforma li se jagħmel fil-qasam tas-saħħa primarja, fosthom fil-bereġ, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tnaqqis ta' ġranet u ħinijiet tal-bereġ kollha f'Malta beda mill-ġimgħa ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali u ma tħalliex għal meta ssir din ir-riforma?
Sistema teknoloġika mqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li bereġ ikollhom ukoll sistema teknoloġika (computers) imqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet biex fost oħrajn ikun faċilitat ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera (partikolarment fejn jidħlu appuntamenti)? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li dan isir u wasalx allura ż-żmien li l-infermiera jibdew jingħataw it-taħriġ li għandhom bżonn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9259, 8654 u 8381 li oriġinarjamnet saru lill Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilu u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji — Bank Ċentrali ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet li għaddew mill-Bank Ċentrali ta' Malta lill-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji fir-rigward tar-regolamenti bankarji:
a) mat-twaqqif tal-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji?
b) mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?
ċ) mad-dħul fiż-Żona Ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
a) Fl-1 ta’ Jannar ta’ l-2002 ir-responsabbilitajiet kollha tal-Bank Ċentrali ta’ Malta f’dak li jirrigwarda ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-settur bankarju f’Malta ġew trasferiti għand l-Awtorita’ ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjari. Dan sar billi il-Ministru tal-finanzi ta’ dak iż- żmien, apponta lil-Awtorita’ bħala l-Awtorita’ Kompetenti għall-finijiet kemm ta’ l-Att Bankarju kif ukoll ta’ l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta baqa’ jzomm ir-responsabbilita’ għat-tħaris ta’ l-istabbilita’ finanzjarja kif kien u għadu pprovdut fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta.
b) Mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea l-ebda responsabbilitajiet tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ma ġew mgħoddija lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjari.
c) Id-dħul fiż-Żona Ewro wkoll ma kienx jirrikjedi li xi responsabbilitajiet tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jgħaddu għand l-Awtorita’ ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjari. Għall-kuntrarju, id-dħul fiż-Żona Ewro kompla zied aktar responsabbilitajiet fuq il-Bank Ċentrali ta’ Malta f’dawk l-attivitajiet li jirrigwardjaw l-operat finanzjarju w ekonomiku f’din iż-Żona.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9406 u li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex id-dipartiment/i konċernat/i m'humiex isibu oġġezzjoni għall-fatt li minn xi sena 'l hawn qed jitrabbew tjur u annimali fi Triq il-Fosos il-Furjana, fil-qalba ta' binja tal-Gvern fejn joqogħdu madwar 70 familja?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u cioè: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock,jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9260, 8655 u 8285 u jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9262, 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?
Billi dan l-aħħar ġranet kien hemm bdil fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ, jista' l-Ministru jgħid:
a) x'inhuma l-ġranet u l-ħinjiet ġodda tal-bereġ kollha f'Malta?
b) x'kienu l-ġranet u l-ħinjiet kollha f'Malta qabel dan it-tibdil?
ċ) kemm tnaqqas il-ħin ta' kull berġa kull ġimgħa?
Jista' jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li attendew il-bereġ fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Minn dan it-total, kemm minn dawn il-pazjenti attendew il-bereġ:
a) biex jaraw it-tabib?
b) biex jaraw l-infermiera?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijet il-ġodda tax-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? X'inhuma l-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol tat-tobba f'kull berġa? Fil-ħinijiet imnaqqsa lillhom, it-tobba u l-infermiera fejn qed jirrapportaw għax-xogħol?
Jista' jgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja jagħmel tibdil fix-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? Dan it-tibdil kien approvat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali? Għaliex dan it-tibdil kellu jsir issa u wieħed ma stenniex li jagħmlu meta jitlestew fost l-oħrajn id-diskussjonijiet mat-tobba u r-riforma prevista fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja kkonsulta mal-unions tat-tobba u l-infermiera dwar dan it-tibdil u jekk fl-affermattiv, x'kienet il-pożizzjoni ta' kull union? Għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma avżax minn qabel (fost oħrajn permezz ta' press release u avviż fuq il-mezzi tax-xandir) dan it-tibdil u riżultat li fejn ma tteħditx inizjattiva mill-infermiera responsabbli mill-bereġ li qabdu u ċemplu lill-pazjenti li kellhom in-numru tat-telefon tagħhom, dawn marru bħas-soltu għall-appuntament mat-tabib jew biex jaraw l-infermierta u sabu l-bieb magħluq? X'inhu jsir mill-appuntamenti li kienu saru qabel fil-ġranet u ħinijiet li fihom issa l-bereġ m'humiex jinfetħu? Jidhirlu l-Ministru li l-erba' minuti allokati għal kull pazjent quddiem it-tabib huma biżżejjed?
Hemm ħsieb li fir-rigward tal-bereġ, ikun hemm xi tibdil ieħor fil-ġranet, ġimgħat jew xhur (short jew medium term) li ġejjin u jekk fl-affermattiv, x'se jkun dan it-tibdil?
Marsa — Triq San Ġorġ Preca - loading/unloading bay
Question
Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi ta' Librerija Preca (tas-soċjetà tal-MUSEUM) fi Triq San Ġorġ Preca, il-Marsa, issir loading/ unloading bay minħabba li qed ikun diffiċli biex stampaturi u xerrejja jħottu u jgħabbu, rispettivament, kotba għal din il-librerija pubblika? Jista' jara li ssir bay simili (forsi wkoll oħra fejn jistgħu jieqfu xerrejja privati) minħabba li dan in-nuqqas qed iwassal għal nuqqas ta' xogħol lil din il-librerija?
Response (GATT, AUSTIN)
Għalkemm ninsab infurmat li l-ADT qatt ma rċeviet talba għall-un/loading bay imsemmija, ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Ħamrun, jista' jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk qed jinġabar mill-fergħat tal-Korp.