Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — restrizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'restrizzjonijiet tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq kuntratturi li jwaqqgħu bini fl-urban fir-rigward ta' trabijiet fl-arja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien inħareġ Avviż Legali u regolamenti apposta bl-iskop li jillimitaw id-degradazzjoni ambjentali li tiġġenera l-industrija ta' kostruzzjoni (ara AL 295/07). Dawn l-inkonvenjenti jinkludu fost affarijiet oħra emmissjonijet ta' trab fl-arja kemm waqt ix-xogħol ta' kostruzzjoni kif ukoll waqt demolizzjoni.
Għaldaqstant dawn ir-regolamenti jispeċifikaw miżuri f'dan ir-rigward. Dawn jinkludu l-obbligu fuq il-proprjetarju li jibni stekkat jew ilqugh mgħotti b'materjal sabiex jinbarra l-ħruġ ta' trab minn ġos-sit. Barra minn hekk, dan għandu wkoll jiżgura li jittieħdu miżuri oħra neċessarji, bħal per eżempju jitferrex ilma u/jew stabillizzant ta' trab kimiku, sabiex kemm jista' jkun jiġi kkontrollat il-ħruġ ta' trab. Il-proprjetarju għandu wkoll l-obbligu li jnaddaf il-passaġġ pubbliku ta' quddiem is-sit minn kull materjal li seta' jkun waqa' matul ix-xogħol.
Fuq skart u ħmieġ li jiġi ġġenerat anke minn siti ta' kostruzzjoni japplika wkoll AL 344/05. Dan ta' l-aħħar japplikaw għall-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex.
L-Awtorità, permezz ta' Spetturi apposta tinforza dawn ir-regolamenti u fejn jirriżulta nuqqas jittieħdu dawk il-passi meħtieġa skond kif stabbilit fl-istess Avviż Legali.
Peress li l-mediċina Aclasta għal osteoporosis tingħata b'xejn lil pazjenti b'Paget's Disease, jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata b'xejn ukoll lil pazjenti b'Coeliac Disease?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-mediċina Aclasta li fiha ingredjent attiv Zoledronic Acid tingħata bħalha infużjoni intravenuża ġewwa l-isptar. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti b'Paget's Disease skond il-prorokol approvat. Skond rekords eżistenti, id-Dipartiment tas-Saħħa m'għandu l-ebda talba għal trattament ta' pazjenti b'Coeliac Disease.
Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' l-Ministru jara tistax tiġi identifikati proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?
Jista' l-Ministru jgħid mindu nbidlu l-proċeduri għal użu ta' trasport għal pazjenti u persuni b'diżabilità:
i) Kemm ġew iffrankati flus
ii) Kemm naqsu l-pazjenti li jattendu l-outpatients il-Mater Dei, Boffa u Zammit Clapp
iii)Kemm naqset il-parteċipazzjoni ta' persuni neqsin mid-dawl f'sessjonijiet fiċ-ċentri tagħhom
iv)Kemm naqas l-occupational therapy fost l-outpatients tal-Isptar Mount Carmel?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li na nbidlu l-ebda proċeduri għall-użu ta’ transport għal pazjenti u persuni b’diżabilità. Inbidlu biss il-kriterji li wieħed jikkwalifika biex jibbenefika mill-użu tat-trasport b’xejn. Qabel kien hemm tliet kategoriji ta’ persuni li setgħu jibbenefika minn dan is-servizz. Dawn kienu:
§
Stretcher Cases
§
Wheelchair Cases
§
Walking Cases
Informat ukoll li wara li saru diskussjonijiet bejn it-Taqsima tat-Trasport u l-Management ta’ Mater Dei, il-kategorija ‘
Walking Cases
’ ġiet eliminata u minflok iddaħħlet kategorija ġdida ‘
Frail Cases
’. Dan għaliex it-trasport kien qiegħed jiġi użat minn kulħadd, anke minn pazjenti jew qraba tagħhom li setgħu jużaw it-trasport pubbliku. Dan kollu sar biex jiġi żgurat li s-servizz jiġi provdut lil min verament għandu bżonnu. Illum, il-kategoriji li jikkwalifikaw biex jiġu provduti bi trasport tal-Gvern huma hekk:
§
Stretcher cases,
§
Wheelchair cases,
§
Frail cases.
Ma hux possibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar kemm ġew iffrankati flus għaliex fl-istess żmien li nbidlu dawn il-proceduri, id-Dipartiment tal-Out Patients tal-Isptar Mater Dei beda joffri servizz ta’
out patients
anke wara nofs in-nhar. Dan kellu impatt fuq is-servizz ta’ trasport, li beda jiġi provdut ukoll f’dan il-ħin tal-ġurnata.
Dawn l-arrangementi ġodda ma kellhom l-ebda impatt fuq in-numru ta’ pazjenti li jattendu il-klinici fid-diversi sptarijiet.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u t-taxxa u jaħdmu bi qligħ? F'liema settur jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sessjoni ta' acupuncture issir kuljum? Kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz? Kemm hu numru ta' pazjenti li qegħdin jiġu followed up? Dawn tal-aħħar, kemm ilhom jingħataw dan is-servizz bħala medja?
Jista' l-Ministru jgħid, fil-kirjiet tal-appartamenti tal-Gvern, kemm hi l-kera fis-sena bħalissa u kemm kienet qabel ma ġiet riveduta l-aħħar a) fl-income groups kollha u b) fil-kirjiet sew dawk li bdew qabel 1987 kif ukoll ta' wara?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet ta’ l-appartamenti tal-Gvern ġew riveduti biex jirriflettu ir-realtajiet tal-lum. Il-kriterji fuq xiex ġew riveduti jiddependi minn numru ta’ kmamar tas-sodda u s-sena li inbniet id-dar kif ukoll il-lokal. Għalhekk wieħed ma jistax jagħti tabella għax kull post għandu il-kalkolu tiegħu.
Wieħed irid isemmi wkoll li waqt li sar dan l-eżerċizzju, sar ukoll tibdil fis-sussidju li wieħed jingħata. Dan is-sussidju jingħata skond id-dħul tal-familja però fir-realtà dan is-sussidju b’mod ġenerali żdid b’tali mod li min qiegħed jgħix fuq il-benefiċċji soċjali biss, il-kirja ma ġietx taqbeż iktar minn Euro 186 fis-sena..
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jipprovdi l-Gvern lill-familji li jinkludu persuni bl-awtiżmu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-servizzi li tipprovdi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità huma miftuha wkoll għall-persuni b'diżabilità li għandhom l-Awtiżmu. Wieħed jista' jagħmel referenza għall-Ktejjeb Servizzi u Benefiċċji għall-Persuni b'Diżabilità maħruġ mill-KNPD fl-2009 sabiex isib spjega aktar dettaljata .
Belt Valletta — Triq il-Mediterran u Triq San Nikola - trattament għall-ġrieden
Question
Jista' l-Ministru jgħid jistax isir trattament għall-ġrieden li jinsabu ta' spiss bejn Triq il-Mediterran u Triq San Nikola l-Belt Valletta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sar trattament intensiv bil-velenu fil-lokal indikat, speċjalment fl-ispralli tax-xita, illum l-erbatax ta' Settembru 2009.
Il-problema ser tibqa tiġi segwita sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat ta' stennija għal dawn l-operazzjonijiet:
i) Tneħħija ta' Katarretti
ii) Endoscopic Cholecystectomy
iii) Arthroscopy
iv) Knee Replacement
v) Hip Replacement?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija sal-aħħar ta’ Ġunju / bidu ta’ Lulju 2009 huwa kif ġej:
i. Tneħħija ta’ Kataretti: 5628
ii.
Laparascopic Cholecystectomy
: 419
iii.
Arthroscopy
(Knee): 3749
iv.
Knee Replacement (includes unicondylar, bilateral)
: 2720
v.
Total Hip Replacement
: 709
Ta’ min jinnota li l-appuntament li jmiss jiddependi skond l-urġenza tal-każ.
Bħalissa għaddej eżercizzju sabiex il-
waiting lists
jiġu ċentralizzati. Għalhekk jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati hawn fuq.
Fir-rigward tal-Home Help, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx imħarrġa u impjegati biżżejjed ħaddiema sabiex meta dawn ikunu b'vacation leave jew sick leaveikunu jistgħu jiġu sostitwiti mingħajr ma jbatu l-anzjani u l-persuni b'diżabilità kif ġara dan is-sajf?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel talba u qiegħed fil-proċess li jigaġġa aktar ħaddiema biex ikun jista' jaqdi aħjar lil min għandu bżonn ta' dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-part-time social assistants (PTSA) f'San Vinċenz jintbagħtu jaħdmu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru meħtieġ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f'Lulju 2008 kienet saret sejħa għal dawk il-part time Social Assistants li kienu nteressati biex jaħdmu ġewwa d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-lista ta' dawk l-impjegati li ġew aċċettati wara li saru l-intervisti kienet valida sa Lulju 2009. B'hekk iċ-ċaqliq li sar kien skond din il-lista u l-bżonn fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Informat ukoll li fil-preżent m'hemmx ħsieb li jintbagħtu xi PTSAs min-San Vincenz de Paul għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-piloti tal-Airwing tal-Forzi Armarti mhumiex jingħataw il-Frontex Allowance li tingħata l-Maritime Squadron tal-istess Armata meta dawn ilkoll huma esposti għal riskju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-FRONTEX Allowance ma jingħatax fuq ir-riskju nvolut f’dawn it-tip ta’ missjonijiet li normalment jitwettqu fuq il-baħar. Filfatt, il-FRONTEX Allowance jingħata biss lil dawk l-individwi kollha li jkollhom jaħdmu fil-ġranet li huma jkunu mistennija jistrieħu (cioè fl-OFF Days tagħhom) meta dawn ikunu qed joperaw fuq bażi ta’ Shift System.
Minbarra hekk, in-numru ta’ bdoti (
fixed wing
) ġewwa t-taqsima ta’ l-
Air Wing
huwa limitat ħafna, u għaldaqstant ma jippermittix lil dawn l-istess piloti jaħdmu fuq bażi ta’
shift system
bħalma jaħdmu l-kollegi tagħhom fl-iskwadra marittima.
Environment Landscaping Consortuim — gradwati li ħaddmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid l-Environment Landscaping Consortuim, kemm-il gradwat mill-iskola tal-biedja ħaddem sena b'sena mindu twaqqaf? Kemm hemm ħaddiema f'dan il-Consortuim bħalissa, kategorija b'kategorija? X'inhi l-età medja tal-impjegati mal-Consortuim?
Bieb il-Belt, it-Teatru u l-Parlament — ipparkjar tal-vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-ipparkjar ta' vetturi meta jibda u wara li jitlestew il-proġetti ta' Bieb il-Belt, it-Teatru u l-Parlament? Saru xi pjanijiet biex dan ikun jista' jsir taħt l-art sew fil-parti ta' fuq tal-Belt kif ukoll taħt ix-Xagħra tal-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isir studju fuq it-traffiku (TIS) biex jiġi determinat l-impatt ta’ l-iżvilupp fuq l-immaniġjar tat-traffiku kif ukoll fuq it-tnaqqis ta’ parkeġġ f’din iż-żona.
Health Assistants — Ċentru tas-Saħħa - Azzjoni Industrijali
Question
Jista' l-Ministru jgħid bl-azzjoni industrijali tal-Health Assistants fiċ-Ċentru tas-Saħħa:
a) humiex jingħataw appuntamenti lill-pazjenti għat-teħid ta' demm, skeda ħamsa eċċ.
b) humiex jiġi pproċessati riżultati ta' investigazzjonijiet ordnati minn tobba u speċjalisti fis-settur pubbliku u privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pazjenti kollha inklużi dawk għat-teħid ta’ demm, qed jingħataw appuntament mill-Health Assistants.
Ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet kollha ordnati mit-tobba qed jiġu proċessati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il infermier kwalifikat jaħdem fid-diversi djar tal-anzjani tal-Gvern:
a)
full-time?
b) part-time?
X'jiġri meta dan/dawn ikun/u bil-vacation/sick leave?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern inkluża ir-Residenza San Vincenz de Paule hemm 317 infermiera full time u 24 part time.
Meta xi ħadd minn dawn l-infermiera japplikaw għal leave, isiru arranġamenti għal sostituti qabel ma jiġi approvat. Meta jkunu bis-sick leave fit-tul dawn jiġu sostituti u meta jkunu sick leave mhux fit-tul dawn jiġu sostituti mir-relieving pool.
Jista' l-Ministru jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?