Legislature:
Category:
Reset
Active:

Institute of Water Technology — Laboratory Division - leakages ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' leakages tal-ilma minn djar privati sena b'sena mill-2004 'l hawn? Kemm minnhom irriżulta lil Laboratory Division, Institute of Water Technology li kien ilma tal-vit, sena b'sena? Kemm minn tal-aħħar baqgħu ma ġewx riżolti sena b'sena, bis-sidien/kerrejja jibqgħu jirrapportaw il-leakage?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Part-time social assistants

Question

Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Outpatients — referral letter

Question

Peress li r-referral letter tat-tobba trid tiġi ppreżentata meta jsir appuntament fl-outpatients, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom jinsistu li l-pazjent jerġa' jippreżenta l-ittra tat-tabib, b'inkonvenjenza bla ħtieġa għall-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Taxxa tas-suċċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat li ulied ċertifikati li jbatu minn diffikultajiet serji fl-iżvilupp tagħhom, sew psikoloġiku kif ukoll fiżiku, kif ċertifikati minn dipartimenti governattivi konċernati, jiġu eżentati milli jħallsu taxxa tas-suċċessjoni fuq wirt ta' proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jagħmel referenza għad-diskors tal-Budget għall-2009 fejn kien tħabbar li meta persuna tkun imdaħħla fir-Reġistru ta’ Persuni b’Disabilita’ (miżmum mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Disabilita’ mwaqqfa skond l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs Kap 413), u li tidentifka ruħha bħala tali fuq id-dikjarazzjoni causa mortis relattiva permezz tal-karta tal-identita maħruġ mill-imsemmjia Kummissjoni, l-ebda taxxa ma tinġabar jekk it-trasferiment causa mortis ikun jikkonsisti f’dar ta’ abitazzjoni jew parti minnha sakemm din il-proprjeta’ ma tiġix trasferita inter vivos matul l-ewwel għaxar snin mid-data tat-trasferiment causa mortis. Din l-emenda daħlet aktar kmieni din is-sena stess f’artiklu 35 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Proprjetà għall-użu ta' day centre fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikati proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10401, 9470, 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — nuqqas ta' stock ta' mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10701 u jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Environment Landscaping Consortium — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10692 u jgħid l-Environment Landscaping Consortium, kemm-il gradwat mill-iskola tal-biedja ħaddem sena b'sena mindu twaqqaf? Kemm hemm ħaddiema f'dan il-Consortium bħalissa, kategorija b'kategorija? X'inhi l-età medja tal-impjegati mal-Consortium?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li kif ingħad diversi drabi, l-ELC hija entità privata u għalhekk il-Gvern m’għandux l-informazzjoni mitluba.

Furjana — appartamenti għall-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost l-appartamenti li qed jinbnew fil-Furjana, kemm minnhom se jkunu għall-kiri? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-37 appartament ġodda fi Triq l-Argotti u Triq l-Iljun Furjana se jkunu kollha għal-kiri u għaldaqstant il-proġett irid jiġi komplut mill-finishings kollha meħtieġa. Hu ppjanat li l-appartamenti jkunu lesti biex jingħataw għal madwar Ottubru tas-sena d-dieħla.

MCAST — Kors ta' Foundation fl-IT

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' foundation fl-IT ġewwa l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors tal- foundation fl-ICT (Institute of Information and Communication Technology) ġewwa l-MCAST diġa’ beda. Numru ta’ studenti li applikaw ma’ l-MCAST iżda li ser jiġu akkomodati għand il- Private Training Providers , għadhom ma bdewx minħabba li jiddependi fuq proċess ġudizzjarju li għadu għaddej.

Policy għal ċertifikat mediku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-assenteiżmu fl-ewwel ġimgħatejn ta' Ottubru 2008 u fl-istess perijodu ta' din is-sena? Tista' tiġi riveduta l-policy li jintalab ċertifikat mediku f'kull każ ta' assenteiżmu ta' anqas minn tliet school days u minflok jibda jintalab biss f'każ ta' sintomi tal-influwenza AH1N1?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenzi Beltin — Użu ta' servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir arranġament biex residenti Beltin ikunu jistgħu jerġgħu jingħataw l-opportunità li jutilizzaw is-servizz tat-trasport pubbliku numru 98 wara d-9.00a.m. minħabba appuntamenti li jkollhom anzjani u persuni b'diżabilità fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba qiegħda tiġi kkunsidrata fin-network il-ġdid tat-Trasport Pubbliku.

Università ta' Malta — parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post ta' parkeġġ hemm fl-Università ta' Malta? Kemm hu n-numru ta' studenti full-time bħalissa? Hemm xi pjanijiet għal multi-story car park?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-Università ta’Malta hemm 1,417-il parkeġġ. In-numru ta’ studenti full-time sas-16 t’Ottubru kien ta’ 7,671. Fil-waqt illi bħalissa m'hemmx pjani konkreti għal multi-storey car park , mhux eskluż illi fil-futur tiġi kkonsidrata din il-possibilità.
Leg 11 PQ #11489 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — restrizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10690 u jgħid x'restrizzjonijiet tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq kuntratturi li jwaqqgħu bini fl-urban fir-rigward ta' trabijiet fl-arja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numbru 10690.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10400, 9469, 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-immigranti jiġu screened għat-tuberkulożi mal-wasla tagħhom u qabel ma joħorġu miċ-ċentri ta' detenzjoni. Ma jsirx screening għal mard infettiv ieħor. L-immigranti kollha preżenti fiċ-ċentri ta' detenzjoni fl-1 ta' Ottubru 2009, ġew screened għat-teberkulożi. Minn dawn, hemm ħames immigranti li bħalissa huma fiċ-ċentri ta' detenzjoni u li ġew innotifikati li għandhom it-tuberkulożi. Il-prevalenza tat-tuberkulożi f'kull ċentru hija għal kull mitt persuna hija : Safi - 0.2 Lyster - 0 Ta' Kandja - 1.7.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.