Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwettqu dawn l-inizjattivi proposti mill-Unjoni Ewropea:
a) Enterprise Europe Network?
b) Your Europe - Business?
ċ) European Private Company (EPC) statute?
d) General Block Exemption Regulation on State Aid?
e) Late Payments Directive?
f) reduced rate of VAT fuq servizzi lokali labour intensive
g) leġislazzjoni f'forma ta' Small Business Act?
X'inhuma t-timeframes f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12443 u jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lill-pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12506, 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani:
a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni?
b) dar b'dar?
ċ) bħala total?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12444 u jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients:
a) Sptar Mater Dei
b) Sptar Boffa
ċ) Sptar Zammit Clapp
Bħala new case: f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?
San Vincenz de Paule u d-day centres — part-time social assistants
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants impjegati mad-djar tal-anzjani San Vincenz de Paule u fid-day centres? Kemm minnhom jaħdmu aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minn dawn tal-aħħar qegħdin regolarment jintalbu jaħdmu aktar sigħat b'sahra? Għaliex dawn ma jiġux impjegati full-time?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12078 u 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikata proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?
Institute of Water Technology — Laboratory Division - leakages ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12068 u jgħid kemm kien hemm rapporti ta' leakages tal-ilma minn djar privati sena b'sena mill-2004 'l hawn? Kemm minnhom irriżulta lil Laboratory Division, Institute of Water Technology li kien ilma tal-vit, sena b'sena? Kemm minn tal-aħħar baqgħu ma ġewx riżolti sena b'sena, bis-sidien/kerrejja jibqgħu jirrapportaw il-leakage?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Minn dawn il-każijiet għad hemm ħamsa li m’humiex riżolti u li erbgħa minnhom kienu ġew irrapurtati fl-2009. Il-każ l-ieħor kien ġie rrapurtat fl-2007 u fuqu hemm kawża l-Qorti. Dwar il-każijiet pendenti mhux eskluż li l-problema tista’ tkun ġejja minnu sors mhux tal-KSI.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12070 u ċioe: Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12073 u ċioe: Peress li r-referral letter tat-tobba trid tiġi ppreżentata meta jsir appuntament fl-outpatients, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom jinsistu li l-pazjent jerġa' jippreżenta l-ittra tat-tabib, b'inkonvenjenza bla ħtieġa għall-pazjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li meta pazjent jitlob appuntament fir-reception prinċipali tal-isptar, ir-referral letter tiġi ppreżentata lir-receptionist biex din tkun iggwidata ma’ liema konsulent u/jew klinika għandu jsir l-appuntament.
Fil-ġurnata tal-appuntament, il-pazjent jippreżenta l-istess
referral letter
tat-tabib lill-konsulent biex dan ikun jista’ jaqra dak li jkun kiteb it-tabib li rrefera l-pazjent rigward il-problema medika tal-pazjent.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12082 u 11093 u jgħid kemm-il sessjoni ta' acupuncture issir kuljum? Kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz? Kemm hu numru ta' pazjenti li qegħdin jiġu followed up? Dawn tal-aħħar, kemm ilhom jingħataw dan is-servizz bħala medja?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li ssir sessjoni waħda ta’ acupuncture kuljum mit-Tnejn sas-Sibt. F’kull sessjoni jiġu ttrattati madwar 20 pazjent. Hemm 223 pazjent li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz. Hemm 119 appuntamenti ‘follow up’ ibbukkjati fuq il-Patient Administration System tal-klinika. It-tul ta’ żmien li pazjent jingħata dan is-servizz ivarja skond il-marda tal-pazjent u l-progress li jsir fil-kundizzjoni tiegħu. Hemm pazjenti li ilhom jieħdu dan is-servizz għal 13-il sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12084, 11491, 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lil pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn, il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients:
a) Sptar Mater Dei
b) Sptar Boffa
ċ) Sptar Zammit Clapp
Bħala new case:
f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11755 u jara li jiġi ċċarat minn issa, min se jkun indikat lilu li jitlaqqam kontra l-influwenza A H1N1?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-policy meħuda u publikata hija li l-vaċċin kontra l-H1N1 jingħata lil kulħadd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11492, 10401, 9470, 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-pilloli Amlodipine 5mgs and 10mgs jinstabu in stock. Il-pilloli Serenace ma għadhomx jinxtraw mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11493 u 10701 u jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor. Interpellant japprezza li f'sitwazzjoni ta' stokks baxxi, mhux possibli li tqassam xahar stokk lil kull pazjent għax ir-riżultat aħħari jkun li numru ta' pazjenti ma jinqdewx. Għalhekk il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi mplimentata f'sitwazzjoni ta' stokks baxxi.
Ninsab informat li kemm l-injections 'Avonex' kif ukoll l-injections 'Clexane' jinstabu in stokk u bħalissa l-pazjenti qed jingħataw stokk ta' xahar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani:
a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni?
b) dar b'dar?
ċ) bħala total?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 11092 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u t-taxxa u jaħdmu bi qligħ? F'liema settur jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti xi identifikazzjoni ta' dawn it-895 immigrant biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11093 u jgħid kemm-il sessjoni ta' acupuncture issir kuljum? Kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz? Kemm hu numru ta' pazjenti li qegħdin jiġu followed up? Dawn tal-aħħar, kemm ilhom jingħataw dan is-servizz bħala medja?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11491, 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?