Furjana — Toroq Iljun u Argotti - xogħlijiet mhux kompluti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm milli jitlestew ix-xogħlijiet fit-toroq Iljun u Argotti l-Furjana u dan b'rispett lejn il-komunità li ilha tissaporti żvilupp ta' binja tad-djar għal dawn l-aħħar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur li kien ingħata l-offerta mill-Kunsill Lokali biex jagħmel ix-xogħol irrifjuta li jonora ir-rati ta’ l-asfaltar u għaldaqstant il-Kunsill kellu jittermina l-kuntratt.
Il-Kunsill ħareġ sejħa ġdida, liema sejħa għandha tagħlaq fid-19 ta’ Ottubru 2012. Wara li ssir l-aġġudikazzjoni fuq l-offerti u tingħata, x-xogħol ikun jista’ jibda.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema tip t'għajnuna jistgħu jibbenefikaw bands mużikali lokali sabiex ikollhom l-opportunità ta' esperjenza barra minn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirrizultax li fl-aħħar xhur, fit-toroq biswit Bieb il-Belt, persuni li japplikaw għal reserved parking mhumiex jiġu mogħtija din il-faċilità anke jekk ikollhom il-kriterji kollha meħtieġa? Tista' Transport Malta tkun aktar sensittiva għar-residenti b'mobilità ristretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ applikazzjonijiet għall-Parkeġġ Riżervat għall-Persuni b'Diżabbilita' fil-Belt Valletta. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ma ġewx milqugħa għax fiż-żewġ każijiet, skond ir-rapport mediku tat-tabib ta' l-applikant u skond ir-rapport mediku tat-tabib ta' l-Awtorita' tat-Trasport, il-livell ta' nuqqas ta' mobbilta' ta' l-applikanti ma kinitx severa ħafna. Il-Board għall-Parkeġġ Riżervat għall-Persuni b'Diżabbilta' tevalwa fid-dettall kull applikazzjoni skond il-kriterji ta' eliġibilita' stabbiliti li jinkuldu konċessjonijiet speċjali fuq bażi umanitarja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-iskala tagħhom wara 20 sena jagħtu dan is-servizz? Għaliex dawn għadhom fi skala 20 waqt li sewwieqa fis-servizz pubbliku huma fi skala 18?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li permezz ta’ l-iskema li ġiet fis-seħħ fis-sena 2000, sewwieqa b’vetturi ingaġġati fis-Servizz Pubbliku (Impressed Drivers) kienu ġew assorbiti fis-servizz bħala uffiċjali pubbliċi fil-grad ta’ Group A ex-Impressed fi skala ta’ salarju 20. Dawk l-ex-Impressed Drivers li għażlu li jibqgħu bil-vettura tagħhom, baqgħu jitħallsu għall-użu tal-vettura kif ukoll ingħataw fuel allowance – pakkett li jiżboq il-massimu ta’ skala 18.
Sa mir-regolarizzazzjoni tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi f’Ottubru 2000, kellhom id-dritt li japplikaw għas-sejħiet ta’ applikazzjonijiet li ħarġu sabiex jikkompetu għall-postijiet vakanti ta’
Motor Transport
Driver u dan l-aħħar anke ħarġet sejħa għal pożizzjonijiet ta’
Green Travel Plan Driver
fil-
Green Travel Plan Unit
, tal-OPM, b’salarju ta’ massimu ta’ skala 18 (€11,127) u bi
flexibility
allowance
ta’ €698.75 fis-sena. L-
ex-Impressed
illum maħtura bħala
Group A (ex-Impressed)
kienu eliġibbli li japplikaw.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna kompletament idedikata għall-bżonnijiet tal-ġenitur b'mard serju, ma tistax tibbenifika mill-benefiċċju tal-wens jekk fl-istess household ikun hemm min ikollu impjieg full-time? Meta se titranġa din l-anomalija inġusta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pensjoni tal-Wens titħallas biss lil persuna (barra l-konjuġi) li tkun waħedha qed tieħu ħsieb il-pażjent. Għalhekk fejn ikun hemm aktar minn persuna waħda tgħix mal-pażjent/a ma titħallasx il-pensjoni. Tajjeb inżid li d-dritt għal din il-pensjoni huwa ukoll suġġett għal test tal-mezzi.
Nista’ ninforma lil Onor Membru li bħalissa din l-iskema qed tiġi studjata biex isiru rakkomandazzjonijiet għal titjib għal ġid tal-pażjenti u l-persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom.
Benefiċċju tal-Wens — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33978, jista' l-Ministru jgħid għaliex kontribuzzjonijiet imħallsa barra minn Malta eż. f'Piemonte, Italja ma jingħaddux ma' dawk li jsiru f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kontribuzzjonijiet imħallsa f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja jew li miegħu Malta għandha ftehim bilaterali jgħoddu għal Malta jekk il-persuna tkun ħallset kontribuzzjonijiet f’Malta ukoll.
Furjana — Arena tal-Indipendenza - talba għal public toilet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx talba mill-kunsill lokali sabiex jiġi stallat public toilet fl-inħawi tal-Arena tal-Indipendenza fil-Furjana peress li filgħaxija l-ġonna pubbliċi fl-inħawi jkunu magħluqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Furjana qatt ma għamel tali talba. Madankollu ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali jipprovdi faċilità ta’ mobile toilet fix-xhur tas-Sajf fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Għar-rigward tal-programm me2, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kienu qed u għadhom qed jibbenefikaw persuni b'diżabilità minn dan il-programm;
b) għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa f'kull każ; u
c) liema forom ta' occupational therapy f'kull każ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li 430-il persuna b’dizabilita qed jibbenefikaw minn dan il-progett ko-finanzajt mill-Unjoni Ewropeja taht il-Fond Socjali Ewropew (ESF) u l-Gvern ta` Malta.
Kull persuna tircievi servizz imfassal skont il-htigijiet tieghu/ taghha. Ghaldaqstant il-hin ivvarja skond il-qaghda u s-servizz mehtieg
mill-individwu, u t-tahrig li jkun qed jigi offrut mill-progett kif imfassal hawn taht. Fil-fatt is-servizzi tal-progett ME2 huma mnieda fil-jiem ta’ matul il-gimgha bejn it-8 ta’ filghodu sa’ l-4.30 ta’ wara nofs inhar, sajf u xitwa. Il-hidma tal-progett tisvolgi fuq il-htiega tal-persuni li qed jircievu dan is-servizz u li lkoll ghandhom pjan individwali imfassal. Dan tal-ahhar ikun zvillupat mil-Occupational Therapist, support worker tal-klijent kif ukoll mil-istess klijent/a. Il-partecipanti kollha tal-ME2 ghandhom il-possibilita’ li jibbenefikaw mill-attivita ta’ hawn taht;
1. Servizzi ta’ sapport fil-Komunita’ li jinkludu zjarat id-dar.
2. Servizzi ta’ sapport fic-centri ta’ matul il-jum ta’ l-Agenzija Sapport.
3. Workshops
4. Job exposure – Skema ta’ 320 siegha li gew offruti li 74 persuni b’dizabilita. Matul din l-skema il-partecipanti thallsu Euro 2.93 fis-siegha. Gew provduti
job exposures
f’entitajiet kemm governattivi kif ukoll dawk privati.
5. Tahrig offrut min ghalliema proffesjonali li jinkludi dawn ta’ hawn taht;
· Hiliet ta’Kommunikazzjoni
· Tahrig baziku ta’kompjuter
· Metodi ta’ kif persuna tikkontrolla hsibijiet negattivi
· Hiliet ta’djalogu u diskors pubbliku
· Fastidju fuq il-post tax-xoghol
· Indafa personali
·
Self-awareness, Self-esteem, Assertiveness & Decision making
· Kitba/ Numri/ tahrig baziku ta’ letteratura
· Tahrig baziku ta’ xoghol klerikali
· Kif ma’ jintlifx xoghol
· Kif tinkiteb CV
·
Financial Budgeting
·
Interviewing skills
· Kif persuna tahdem f’tim
· Kif isir uzu mit-trassport pubbliku
· Kif persuna issib ix-xoghol idejali
· Sahha u sigurta fuq il-post tax-xoghol (generali)
·
Monetary Skills
· Drittijiet u Dmirijiet fuq il-post tax-xoghol
·
Time management – scheduling and planning
· Servizzi ta’ tindif
·
Product completion & Packaging skills
·
First Aid
6. Job Searching
7. Zewg zjarat f’ Bristol offrew opportunita’ lil 20 persuna b’dizabilita' fejn setghu jiehdu sehem f’
sheltered employment.
Il-partecipanti gew maghzula permezz ta’ intervista.
8. Me2 coop – Kooperattiva socjali immexxija minn persuni b’dizabilita', genituri u support workers.
Matul dan il-progett gie uzatt il-
Biopsychosocial Assessment
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti b'Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija? Bħalma qed isir fl-aħħar snin fir-rigward ta' min għandu pensjoni tas-servizz biex togħlielu dik kontributorja, jista' jibda jsir ukoll fir-rigward tal-pensjoni tas-servizz tal-Pulizija? Sarux studji biex jiġi magħruf kemm jiġi jiswa dan il-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Settembru 2012 ser ikun hemm 1,469 pensjonant b’Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija. Meta pensjonant jiġi ntitolat għal-pensjoni tat-Teżor, din tibqa’ l-istess hekk kif stabbilita u mhix rivedibbli bħal fil-każ tal-Pensjoni kontributorja. Ġaladarba il-Pensjoni tat-Teżor ma tiġix affettwata minn ebda żidiet, m’hemmx lok għal xi studji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-promozzjonijiet li ngħataw lill-Pulizija dan l-aħħar, kemm ibbenefikaw minnhom Pulizija tad-Distrett? Kemm saru promozzjonijiet? Kemm jaħdmu pulizija fid-distretti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-aħħar promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija ngħataw f’Ottubru tas-sena l-oħra wara li kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jintlew postijiet vakanti fir-rank ta’ spettur u surġenti. Fil-każ ta’ Spetturi, b’kollox kienu saru 31, li 9 minnhom kienu qed iservu fid-Distretti qabel ma’ ġew promossi, filwaqt li 8 kienu minn barra l-Korp. Kienu wkoll saru 58 surġent li 30 minnhom kienu qed iservu fid-Distretti.
Infurmat ukoll fil-preżent hemm 967 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fid-Distretti tal-Pulizija.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tibda studji preliminarji li għandhom x' jaqsmu mat-tniġġis tal-ħoss f'xi nħawi madwar it-toroq arterjali f' Malta. Il-lokalita’ msemmija mill-Onorevoli Interpellant ser tkun inkluża mal-lista ta' postijiet fejn ser isiru dawn l-istudji.
Jista' l-Ministru jgħid x'prijorità tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jixtiequ post loġistiku żgħir fejn ikunu jistgħu jesponu dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm ġiet mikrija proprjetà pubblika għal dan il-għan matul din is-sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi talbiet minn kollezzjonisti li jkunu jixtiequ post fejn ikunu jistgħu jesponu l-kollezzjoni tagħhom b'mod permanenti jingħataw l-attenzjoni meħtieġa bħal kull talba oħra li jirċievi d-Dipartiment.
Bħalma jsir f’każijiet oħra sabiex id-Dipartiment tal-Artijiet ikun jista’ jipproċessa talbiet bħal dawn, l-Għaqda jew l-Għaqdiet kollezzjonisti huma mitluba li jippruvaw jindikaw lid-Dipartiment, proprjeta’ li hija adekwata għalihom.
L-unika għaqda tal-Kollezzjonisti li ġiet mikrija proprjeta’ tal-Gvern kienet l-AMACS. Din ġiet mogħtija alternattiva għall-proprjeta’ li kellhom qabel ġo Tigne u li kienet ġiet imwaqqa’ minħabba l-proġett tal-MIDI.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità qiegħda tirreġistra għax-xogħol taħt part I u part II bħalissa? X'inhuma l-opportunitajiet ta' xogħol varji li qed ifittxu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna teknika u materjali tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza sabiex jorganizzaw l-esebizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm-il persuna ġie mgħejjuna b'dan il-mod fl-aħħar snin?
Response (DEMARCO, MARIO)
Heritage Malta regolarment toffri għajnuna lil għadd ta’ għaqdiet kulturali f’Malta u Għawdex sabiex dawn jorganizzaw wirjiet temporanji. Madanakollu Heritage Malta qatt ma rċeviet talba għall-għajnuna teknika minn kollezzjonisti privati sabiex jesibixxu l-oġġetti tagħhom b’mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'prijorità tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jixtiequ post loġistiku żgħir fejn ikunu jistgħu jesponu dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm ġiet mikrija proprjetà pubblika għal dan il-għan matul din is-sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna teknika tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza permess ta' programmi tal-Unjoni Ewropea sabiex jorganizzaw l-espożizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm-il applikant għal programm tal-Unjoni Ewropea talab għajnuna għal dan il-għan fl-aħħar snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-MEUSAC iwassal informazzjoni dwar kull tip ta’ programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea (UE) u jassisti lil għaqdiet mhux governattivi u lill-kunsilli lokali fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ffianzjati jew ko-finanzjati mill-UE.
Il-promozzjoni ta’ dawn il-programmi ta’ fondi ssir, fost oħrajn, permezz ta’ seminars, workshops, laqgħat, il-
MEUSACNews
li jiġi distribwit kull ħmistax ma’ gazzetta lokali kif ukoll permezz tas-sit elettroniku www.funding 360.eu. Dan is-sit jagħti perspettiva wiesgħa ħafna ta’ kif jaħdmu l-fondi tal-UE. Kull xahar jintbagħtu wkoll
web elerts
bl-aħħar tagħrif dwar il-programmi disponibbli lil kull min hu rreġistrat mas-sit.
F’dak li għandu x’jaqsam l-għajnuna lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza permess ta' programmi tal-Unjoni Ewropea sabiex jorganizzaw l-espożizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew, il-MEUSAC jista’ jgħin lil għaqdeit mhux governattivi u kunsilli lokali biex jimlew l-applikazzjoni ladarba jiġi identifikat proġett li jista’ ikun eliġibbli. S’issa, kien hemm biss entità waħda li applikat bl-għajnuna tal-MEUSAC. Il-proġett kien biex jiġi żviluppat mużew fi ġnien f’din il-lokalita’ partikolari.
Ta min wieħed jgħid li ma jistgħax jigi eskluż li ma kienx hemm proġetti oħra ta’ dan it-tip. Filfatt matul il-perjodu ta’ fondi tal-UE 2007 u 2013 jeżistu żewg possibilitajiet għat-twettiq ta’ dawn it-tip ta’ proġetti għalkemm fil-preżent dawn is-sejħiet mhumiex miftuħa:
§ Il-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali (FEZR) - Assi ta’ Prijorita’ 2 Nippromwovu Turiżmu Sostennibli (ġestit mid-Dipartiment għall-Koordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - PPCD);
§ Skema għal proġetti turistici għal intraprizi (ġestita mill-Awtorita’ tat-Turiżmu - MTA)
Nistieden lill-Onorevoli interpellant biex jekk jixtieq iktar tagħrif dwar dawn l-imsemmija programmi, jitlob din l-informazzjoni mingħand il-Ministri responsabbli mill-PPCD u l-MTA rispettivament.