Legislature:
Category:
Reset
Active:

inizjattivi proposti mill-Unjoni Ewropea -

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 12797 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwettqu dawn l-inizjattivi proposti mill-Unjoni Ewropea: a) Enterprise Europe Network? b) Your Europe - Business? ċ) European Private Company (EPC) statute? d) General Block Exemption Regulation on State Aid? e) Late Payments Directive? f) reduced rate of VAT fuq servizzi lokali labour intensive g) leġislazzjoni f'forma ta' Small Business Act? X'inhuma t-time frames f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12797.
Leg 11 PQ #13410 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Bankina fi stat perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12849 u jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skond ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12849.

Erasmus for Young Enterpreneurs — Pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12789, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk ġiex imwaqqaf Erasmus for Young Enterpreneurs? Jekk le, tista' tgħid jekk bdewx il-pjanijiet u meta hu maħsub li jitwaqqaf?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm Erasmus for Young Entrepreneurs mhuwiex programm li jaqa’ fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investment iżda huwa programm ċentrallizzat tal-Unjoni Ewropea jiġifieri t-twaqqif tiegħu huwa responsabbilità tal-Kummissjoni Ewropea. Minn informazzjoni li għandi t-tender għal dan il-programm ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena u f’Malta t-tmexxija tiegħu ngħatat lil Koperattivi Malta.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12512, 12084, 11491, 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma kien hemm ebda problema meta Salmeterol kien l-uniku prodott fis-suq bħala long acting beta2 agonist inhaler. L-kwistjoni tal-long acting beta2 agonist inhaler saret kimplessa ħafna meta d-dipartiment fetaħ l-speċifikazjoniet peress li fis-suq żdiedu numru ta' prodotti f’din il-klassi ta’ mediċinali. It-tender bl-ispeċifikazjonijiet ġodda kellu jiġi abbundunat għaliex ma kellux framework dikjarat minn qabel dwar kif tagħżel bejn prodotti differenti minn manifatturi differentli li jfornu dożi differenti lill-pazjent biex jinkiseb l-effett terapewtiku mixtieq. Informat ukoll li għaldaqstant fit-tenders ta’ wara l-ispeċifikazjonijiet reggħu inbidlu u nħarġu żewġ sejħiet separati: Sejħa A – Salmeterol għal tfal taħt it-12 –il sena: il-proċess tat- tender tat-Teżor huwa konkluż u hemm kuntratt ta’ tliet snin. Sejħa B – Salmeterol jew Formeterol għall-adulti u tfal ‘l fuq minn 12 –il sena: ebda prodott offrut f’dan it- tender tat-Teżor ma kien jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha mituba. Il-problemu kienu jew prezzjijiet għoljin ħafna jew delivery periods twal ħafna. Għalhekk fuq dan it-tender ser tinfetaħ “negotiated procedure”. Dadanittant sabiex naqdu lill-pubbliku ntalbu kwotazzjonijiet direttament mingħand il-manifatturi u l- aġenti permezz ta’ tender dipartimentali. Il -letter of acceptance għat-tender dipartimentali ser tinħareġ fil-ġranet li ġejjin.

Part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12509 u 12070 u ċioe: Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed fil-proċess li jingaġġa dawn il-PTSAs fix-xhur li ġejjin.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12670, 12506, 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Djar 2005 2006 2007 2008 2009 Bormla 4 26 33 45 51 Floriana 7 13 16 34 30 Gżira 2 3 6 6 14 Mellieħa - - 10 61 85 Mosta 4 13 15 29 40 Msida 13 24 42 34 52 Mtarfa 10 27 28 33 68 Żejtun 7 23 36 39 70 Total 48 129 186 281 410

mediċina Effexor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12669 u12443 u jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lill-pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Mediċina Effexor li fiha l-ingredjent attiv Venlafaxine fil-fatt baqgħet tiġi ipprovduta mis-servizzi tas-Saħħa tal-Gvern iżda bħalha kapsoli minflok pilloli, b'doża għola ta' 75mg minflok ta' 37.5mg b'effett prolongat. Din il-mediċina ma tingħatax taħt is-sistema tal-kartuna r-roża.

San Vincenz de Paule u d-day centres — part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmanetari 12676 u jgħid kemm hemm part-time social assistants impjegati mad-djar tal-anzjani San Vincenz de Paule u fid-day centres? Kemm minnhom jaħdmu aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minn dawn tal-aħħar qegħdin regolarment jintalbu jaħdmu aktar sigħat b'sahra? Għaliex dawn ma jiġux impjegati full-time?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità hemm 49 PTSAs li jaħdmu fid-Djar tal-anzjani tal-Gvern, 76 PTSAs jaħdmu ġewwa d-Day Centres u 156 PTSAs jaħdmu ġewwa San Vinċenz de Paule. Minn dawn hemm 24 li regolarment jaħdmu iktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa, imma s-siegħat żejda li jinħadmu ma jitħallsux bħala sahra imma jingħatu bħala time off in lieu. L-impjieg tal-PTSAs mhuwiex fuq bażi full-time. Id-Dipartiment qed jevalwa l-possibilità li jofri dan it-tip ta' impjieg fuq bażi full-time.

informazzjoni dwar appuntamenti fl-Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12671 u 12444 u jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients: a) Sptar Mater Dei b) Sptar Boffa ċ) Sptar Zammit Clapp Bħala new case: f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- a) Sptar Mater Dei In-numru ta’ appuntamenti new case bħala Out-patients fl-Isptar Mater Dei bejn Ġunju 2010 u Diċembru tal-istess sena jammonta għal 2,262. Ma jirrizultawx appuntamenti new case għas-sena 2011. Xahar b’ xahar, l-ammont ta’ appuntamenti huwa kif jidher hawn taħt. Ġunju 2010 585 Lulju 2010 503 Awwissu 2010 391 Settembru 2010 378 Ottubru 2010 279 Novembru 2010 111 Diċembru 2010 15 Dan ma jirreferux għan-numru ta’ persuni imma għan-numru ta’ appuntamenti, peress li l-istess persuna jista’ jkollha aktar minn appuntament new case wieħed bħala Out-patient fi klinici differenti u f’xhur differenti. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mill- Out-patient Module tal- Patient Administration System fil- 11 ta’ Novembru 2009. Il-limitazzjonijiet ta’ din l-analizi huma dawn li ġejjin: · F’ każijiet ur ġ enti, il-pazjenti jaraw il-Konsulent mil-lum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jmiss. · Pazjenti għandhom mnejn li jkollhom appuntament ibbukjat fil-futur imma jiġu għal vizta qabel dik id-data u imbagħad ma jħassrux l-appuntament li kellhom u għalhekk jibqa’ jidher fuq is-sistema · Certu Clinics ma jużawx il- Out-patient Module biex jagħtu l-appuntamenti lil pazjenti · Il-pazjent jista’ jagħżel meta jrid l-appuntament u għalhekk dan jista’ jirrifjuta d-data li tingħatalu u jagħzel oħra aktar 'il bogħod. b) u ċ) Fl-isptarijiet Boffa u Żammit Clapp Ma jirriżultawx appuntamenti ta’ new case minn Ġunju 2010 ‘l quddiem. Iktar tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tingħata mediċi b'xejn: a) bil-kartuna s-safra (skeda v), kull kundizzjoni għaliha? b) bil-kartuna r-roża minħabba: i) dħul baxx? ii)in-natura tax-xogħol tal-persuna? iii)diabetes mellitus?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

persuni bil-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li nstabu li kellhom bżonn jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba xi forma ta' Hepatitis matul l-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena, kellhom inqas minn 21 sena? Kemm kien hemm persuni riferuti l-outpatients tal-mediċina minħabba din il-kondizzjoni? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

breathalyser test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser test sar u kemm-il persuna nstabet b'livell għoli ta' alkoħol fil-breathalyser test xahar b'xahar minn Jannar sa Novembru 2009? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena? Kemm minnhom twaqqfu f'San Ġiljan? Kemm minnhom kienu riċedivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sa Novembru 2009, saru testijiet fuq 78 persuna li minnhom 50 kienu posittivi, waqt li 28 jew irrifjutaw jew ma kienx komplut it-test. Minn dawn 12 inqabbdu fl-akkwati ta' San Ġiljan, u kien hemm 3 li kellhom anqas minn 21 sena u għal 9 persuni ma kienetx l-ewwel darba.

persuni li mhumiex intitolati għall-Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema ċirkostanzi minn dawn, persuna adulta f'household ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali: i) jekk wieħed jew iż-żewġ ġenituri jaħdmu? ii) jekk wieħed jew aktar mill-aħwa jaħdmu? iii) jekk wieħed jew aktar mill-ulied jaħdmu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

persuni dijabetiċi fuq l-insulina — glucose meter u test strips

Question

Fir-rigward ta' persuni dijabetiċi fuq l-insulina, liema minnhom huma intitolati għal test strips tad-demm b'xejn? Minn fejn tinxtara l-glucose meter u kif jiġi rranġat li l-istrips tad-demm ikunu kompatibbli mal-meters? Hemm xi każijiet li fihom dan il-meter jingħata b'xejn jew bi prezz ridott?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Proprjetà għall-użu ta' day centre fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12507, 12078 u 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikata proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' ħa nota tal-proposta tal-Onor. Interpellant u ser jevalwa l-possibilita' li jiġi identifikat xi bini ġewwa l-Belt Valletta biex jintuża bħala day centre.
Leg 11 PQ #12849 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Bankina fi stat perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skond ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Young Enterprise — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel qed jorganizzaw/organizzaw l-inizjattiva Young Enterprise: a) din is-sena skolastika? b) is-sena skolastika li għaddiet? Kemm-il student ipparteċipa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-inizjattiva Young Enterprise qiegħda ndirizzata għas-settur Post Sekondarju. Is-sena skolastika li għaddiet fl-iSkola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi ġiet organizzata l-inizjattiva Young Enterprise pero’ l-istudenti ma komplewx. Bdew jieħdu sehem tnax-il student. Din is-sena skolastika ma ġietx organizzata l-inizjattiva Young Enterprise. Fil-Junior College din is-sena skolastika u s-sena skolastika li għaddiet ġiet organizzata l-inizjattiva Young Enterprise. Fis-sena skolastika 2008/2009 ipparteċipaw 42 student, filwaqt li fis-sena skolastika 2009/2010 qed jipparteċipaw 18-il student.

korsijiet meħtieġa għal karriera imprenditorjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema suġġetti/korsijiet meħtieġa għal karriera imprenditorjali jiġu mgħallma fl-iskejjel sekondarji, kif ukoll fil-Junior College, l-MCAST u l-Università? Dawk tal-aħħar kemm hemm minnhom full-time u kemm part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet għal xogħol imprenditorjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm organizzat korsijiet għax-xogħol imprenditorjali matul din is-sena? Kemm ipparteċipaw persuni? Kemm ipprovdiet fondi finanzjarji biex tissussidja dawn it-tip ta' korsijiet organizzati minn aġenziji oħra? Liema huma dawn l-aġenziji? Kemm ibbenefikaw persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.