Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13725, japprezza l-Ministru li l-Bord Mediku li kull darba li persuna tintalab biex terġa' tidher fi żmien qasir, dan ikun ifisser li l-persuna trid terġa' tmur privatament għand speċjalista biex jerġa' jsir ċertifikat skont il-bżonn? Għaldaqstant jirrealizza l-Ministru li l-Bord Mediku, jekk kompost minn speċjalisti li jaħdmu ukoll privatament, għandhom potenzjalment konflitt ta' interess?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Għajnuna Soċjali tingħata lil dawk il-persuni li skont il-bord mediku mahtur mid-Divizjoni tas-Sigurta’ Soċjali jinstabu fi stat ta’ saħħa li minħabba fih ma jistgħux jaħdmu. Fil-każ ta’ Għajnuna Soċjali mhemmx perjodu minimu ta’ inkapaċità għax-xogħol bħalma hemm fir-rigward tal-Pensjoni għal Invalidità. Għalhekk l-Għajnuna Soċjali tista tingħata għal perjodu ta’ ġimgħa jew aktar skont kemm il-persuna tibqa’ mhix tajba għax-xogħol. Għaldaqstant, il-frekwenza ta’ kemm il-darba il-persuna tintalab sabiex tidher quddiem il-bord mediku issir skond il-parir ta’ l-istess Bord Mediku skond il-każ. L-eżami mediku isir minn tobba maħtura mill-Ministru u dan l-eżami hu bla ħlas. Informat ukoll illi l-proċedura imsemmija ma ddaħħalx lill-benefiċċjarju fi spejjeż żejda.

Furjana — xogħlijiet fuq is-subways

Question

Peress li l-Awtorità dwar it-Trasport intrabtet li x-xogħol fuq is-subways tal-Furjana jsir fl-2009, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan baqa' ma seħħx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-adjudikazzjoni damet peress li l-Awtorità talbet xi tagħrif addizzjonali għall-ispecifications dwar tiling suġġeriti mill-kuntrattur. Il-proċess ta' adjudikazzjoni seta' jingħalaq biss wara li ġew analiżżati samples li ġew provduti mill-kuntrattur.

children's allowance u benefiċċju tal-wens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk omm single li tibbenefika miċ-children's allowance tistax tibbenefika wkoll mill-benefiċċu tal-wens jekk toffri s-servizz tagħha biex tgħin lil persuna li tiġi minnha li tkun qed tbati minn mard serju li jirrendiha diżabbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13695 u jgħid xi programmi hemm ippjanati għas-sena 2010 fir-rigward ta' taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija fil-qasam ta' green jobs?

Response (DALLI, JOHN)

Fir-rigward ta' taħriġ għall-Impjiegi informat li l-preparazzjoni għall-Imprenditorija, il-Korporazzjoni ser terġa' torganizza numru ta’ skemi li huma mmirati biex jħinu lil dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jibdew negozju. Din l-iskema li hija mgħarufa bħalha INT scheme (Ibda Negozju tiegek) u tinkludi guidance, taħriġ fl-imprenditorija, enterprise grant ta' €2300 għal dawk li jibdew in-negozju u servizz ta Mentoring. Fir-rigward ta’ green jobs il-Korporazzjoni qed tannalizza il-bżonnijiet differenti li jeżistu biex wara tistabbilixxi programmi ta’ taħrig li jirreflettu dawn il-bżonnijiet. Fil-mument għadu kmieni biex tgħid liema programm/i ser jittella'/jittellgħu iżda la darba dawn jiġu ippjanati il-programmi jiġi promossi bħall-programmi oħrajn organizzati mill-Korporazzjoni.

ETC — ECDL Modules

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13733 u jagħti tagħrif dwar il-kors tal-ECDL provdut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni li qed jirregistraw għax-xogħol u li qed jiġi mogħti pubbliċità fuq il-mezzi tax-xandir fuq: a) kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu dan il-kors? b) qed jintuża version 4 jew version 5? ċ) għaliex mhux issir lista ta' attendenza? d) għaliex se jiġu mgħallma biss modules 2, 3,4 u mhux minn 1 sa 7? e) għaliex mhux se jsir l-eżamijiet għal kull module? f) għaliex mhux jingħata ċertifikat sabiex min ikun għamlu jkollu l-opportunità jżidha fic-CV? ġ) jekk jinħareġ ċertifikat lil min jgħaddi mill-modules kollha dan fil-fatt ikun rikonoxxut bħall-ECDL li jsir fl-istrutturi l-oħra edukattivi bi ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm madwar 500 persuna li ma jaħdmux u li qiegħdin jistennew biex jagħmlu il-kors tal-ECDL mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn naħa tagħha, il-Korporazzjoni qed tagħmel l-għalmu tagħha biex dawn il-persuni jinqdew mill-aktar fis possibli. Infatti, dan l-aħħar anke bdiet torganizza aktar ħin min dak diġà stabbilit, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 u s- 7.00 ta’ filgħaxija u anke is-Sibt. Minn Settembru li għadda, il- Korporazzjoni l-istess bħall-istituzzjonijiet oħra bdiet tuża l- version 5 li huwa l-aħħar verżjoni tal- ECDL modules. Fil-programmi kollha li jiġu organizzati mill-Korprazzjoni nkluż dak ta’ l-ECDL tinżamm l-attendenza, u jkunu biss dawk li jsegwu ta l-inqas 80% tal-programm li jkunu kunsidratti li għamlu il-programm kollu. Il-Korporazzjoni torgannizza il- modules kollha, jiġifieri mill-1 sas-7. Dawk kollha li japplikaw għall-ECDL core, jitħarrġu fil- modules 2, 3 u 4, u jkunu jistgħu wkoll jattendu għall- modules 1, 5,6 u 7 li jingħataw b’mod separat, jekk huma jkunu jixtiequ. Dan sar minħabba l-fatt, li ħafna mill-korsijiet passati, nies li ma jkunux interessati li jattendu il- modules kollha, kienu jiefqu wara li jlestu dawk li hekk msejħa bħala l- core modules bil-konsegwenza li n-numru ta’ parteċipanti fi grupp kien jonqos ħafna. Fir-rigward ta’ ċertifikkazzjoni, l-ETC hija akkreditata mill-ECDL Foundation u mill- Malta Computer Society biex tipprovdi taħriġ u tamministra l-eżami ta’ ECDL. Iċ-Ċertifikat ECDL jiġi maħruġ mill- Malta Computer Society, u dan jinħareġ lil dawk li jilħqu l-livell meħtieġ waqt eżami li l-Korparazzjoni tamministra taħt regoli stretti. Din il-possibilità tiġi offruta lil kull min jattendi l-kors organizzat mill-Korporazzjoni kif wkoll dawk li segwew it-taħriġ minn xi stituzzjoni oħra. Dawk li jagħżlu li ma joqgħodux għall-eżami (TEST) jingħataw ittra li turi li l-persuna tkun segwiet il-programm kif wkoll spjegazzjoni tal-modules, li l-istess persuna tkun segwiet.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jwieġeb parti (b) kif mitlub? Rigward parti (A), fir-rigward tal-73200 persuna b'mard kardjovaskulari u respiratorju fuq skeda V, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità? Fil-każ tal-lokalitajiet fejn iddaħlet is-sistema tal-POYC, kemm żdiedu l-persuni bl-iskema V minħabba mard kardjovaskulari u respiratorju f'kull lokalità mill-2007 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13727 u jgħid: a) f'kemm-il households baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009? b) f'kemm minn dawn il-famliji: i) naqas iċ-children's allowance? ii) żdied iċ-children's allowance? Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni fuq għajnuna soċjali minħabba mard kroniku li qed jinstabu mhux fi stat li jaħdmu ripetutament qed jintalbu li jerġgħu jidhru quddiem bord mediku bi spejjeż mhux żgħar għall-benefiċjarji wara perjodu ta' tnax-il ġimgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Għajnuna Soċjali tingħata lil dawk il-persuni li skont il-bord mediku mahtur mid-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali jinstabu fi stat ta’ saħħa li minħabba fih ma jistgħux jaħdmu. Fil-każ ta’ Għajnuna Soċjali mhemmx perjodu minimu ta’ inkapaċità għax-xogħol bħalma hemm fir-rigward tal-Pensjoni għal Invalidità. Għalhekk l-Għajnuna Soċjali tista tingħata għal perjodu ta’ ġimgħa jew aktar skont kemm il-persuna tibqa’ mhix tajba għax-xogħol. Għaldaqstant, il-frekwenza ta’ kemm-il darba il-persuna tintalab sabiex tidher quddiem il-bord mediku issir skond il-parir ta’ l-istess Bord Mediku skond il-każ. L-eżami mediku isir minn tobba maħtura mill-Ministru u dan l-eżami hu bla ħlas. Informat ukoll illi l-proċedura imsemmija ma ddaħħalx lill-benefiċċjarju fi spejjeż żejda.

Bereġ li jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li fl-eqqel tax-xitwa se jinżammu magħluqin il-bereġ biex l-infermiera jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1? Jista' dan it-tilqim isir f'ħinijiet oħra mingħajr ma tinħoloq inkonvenjenza lil tant nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) f'kemm-il households baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009? b) f'kemm minn dawn il-famliji: i) naqas iċ-children's allowance? ii) żdied iċ-children's allowance? Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ETC — ECDL Modules

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kors tal-ECDL provdut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni li qed jirregistraw għax-xogħol u li qed jiġi mogħti pubbliċità fuq il-mezzi tax-xandir fuq: a) kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu dan il-kors? b) qed jintuża version 4 jew version 5? ċ) għaliex mhux issir lista ta' attendenza? d) għaliex se jiġu mgħallma biss modules 2, 3,4 u mhux minn 1 sa 7? e) għaliex mhux se jsir l-eżamijiet għal kull module? f) għaliex mhux jingħata ċertifikat sabiex min ikun għamlu jkollu l-opportunità jżidha fic-CV? ġ) jekk jinħareġ ċertifikat lil min jgħaddi mill-modules kollha dan fil-fatt ikun rikonoxxut bħall-ECDL li jsir fl-istrutturi l-oħra edukattivi bi ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programmi hemm ippjanati għas-sena 2010 fir-rigward ta' taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija fil-qasam ta' green jobs?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Modules differenti tal-ECDL

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena sekondarja jsiru l-modules differenti tal-ECDL? F'liema skejjel baqa' ma sarx kif ippjanat matul l-ewwel term skolastiku ta' din is-sena skolastika? Kif se tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13390 u jgħid kemm-il persuna tingħata mediċina b'xejn: a) bil-kartuna s-safra (skeda v), kull kundizzjoni għaliha? b) bil-kartuna r-roża minħabba: i) dħul baxx? ii) in-natura tax-xogħol tal-persuna? iii) diabetes mellitus?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni bil-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13391 u jgħid kemm mill-persuni li nstabu li kellhom bżonn jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba xi forma ta' Hepatitis matul l-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena, kellhom inqas minn 21 sena? Kemm kien hemm persuni riferuti l-outpatients tal-mediċina minħabba din il-kondizzjoni? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Ottubru 2009 minħabba xi forma ta’ Hepatitis kien 29, li minnhom kien hemm każ wieħed taħt il-21 sena. Il-kundizjoni Hepatitis tiġbor fiha acute / chronic viral hepatitis, alcoholic hepatitis, drug induced hepatitis kif ukoll hepatitis fejn il-kawża ma tkunx speċifikata. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary u hija provviżorja. L-informazzjoni rigward persuni li jiġu riferuti l- outpatients minħabba din il-kundizzjoni ma tinġabarx.

persuni dijabetiċi fuq l-insulina — glucose meter u test strips

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13395 u ċioe: Fir-rigward ta' persuni dijabetiċi fuq l-insulina, liema minnhom huma intitolati għal test strips tad-demm b'xejn? Minn fejn tinxtara l-glucose meter u kif jiġi rranġat li l-istrips tad-demm ikunu kompatibbli mal-meters? Hemm xi każijiet li fihom dan il-meter jingħata b'xejn jew bi prezz ridott?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li persuni diabetiċi fuq l-insulina, s'issa huma intitolati għal glucose meters u test strips tad-demm b’xejn, dawk il-persuni li għandhom 35 sena jew anqas. Iżda l-Gvern ser jieħu passi biex jirrevedi din l-anomalija li tiddiskrimina kontra persuni li għandhom aktar minn 35 sena. Il-Gvern ma jbiegħx meters u strips. Dawn jinxtraw minn ġo spiżeriji privati lil min ma jikkwalifikax biex joħodhom b’xejn.

persuni li mhumiex intitolati għall-Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13393 u jgħid f'liema ċirkostanzi minn dawn, persuna adulta f'household ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali: i) jekk wieħed jew iż-żewġ ġenituri jaħdmu? ii) jekk wieħed jew aktar mill-aħwa jaħdmu? iii) jekk wieħed jew aktar mill-ulied jaħdmu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li jekk il-missier jibda’ jaħdem l-Għajnuna Soċjali tiġi mwaqfa mill-ewwel, filwaqt li jekk tibda taħdem l-omm dan jiddependi mid-dħul tagħha. Meta d-dħul mix-xogħol tal-mara jkun aktar mir-rata ta’ l-Għajnuna Soċjali dovuta, l-assistenza tiġi mwaqfa, iżda meta d-dħul tagħha jkun baxx, dawn xorta waħda jibqgħu jirċievu l-Għajnuna Soċjali iżda b’rata ridota għaliex id-dħul mill-impieg tal-omm jiġi mnaqqas mir-rata applikabli. F’każ ta’ familja b’ġenitur wieħed, il-ġenitur bi tfal iżgħar minn 18-il sena, jista’ jaħdem fuq bażi part-time u jibqa jirċievi l-Għajnuna Soċjali, sakemm id-dħul mix-xogħol u l-Għajnuna Soċjali ma jkunx aktar mill-Paga Minima Nazzjonali. Informat ukoll li jekk l-kbir mill-aħwa, li jiġi ikkonsidrat bhala l-kap tal-familja, jibda jaħdem, l-Għajnuna Soċjali tiġi mwaqfa mill-ewwel, filwaqt li jekk jibda jahħem xi ħadd ieħor, l-Għajnuna Soċjali tibqa dovuta iżda jkun hemm xi tnaqqis minhabba dan l-impieg. Meta l-ulied jibdew jaħdmu, l-ġenitur/i tagħhom xorta jibqgħu jirċievu/i l-Ghajnuna Soċjali, iżda jkun hemm xi tnaqqis fir-rata tal-Għajnuna Soċjali minħabba dan l-impieg.

inizjattivi proposti mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwettqu dawn l-inizjattivi proposti mill-Unjoni Ewropea: a) Enterprise Europe Network? b) Your Europe - Business? ċ) European Private Company (EPC) statute? d) General Block Exemption Regulation on State Aid? e) Late Payments Directive? f) reduced rate of VAT fuq servizzi lokali labour intensive g) leġislazzjoni f'forma ta' Small Business Act? X'inhuma t-time frames f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12849 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Bankina fi stat perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skond ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabilità tal-bankini hija tal-Kunsilli Lokali. Dwar il-każ riferut mill-Onorevoli Interpellant, wara investigazzjoni iżjed profonda li għamlet l-Awtorità, u irriżulta li l-permess oriġinali tal-garaxx ħareġ fl-1987. Il-bini sar il-ġewwa mill-bankina b'mod irregolari peress li l-entratura tal-garaxx ma ġietx irtirata lura skont kemm indikat fil-pjanti approvati. Ir-riżultat kien illi r-rampa li tagħti għal ġol-garaxx sporġiet il-barra mill-linja uffiċjali tat-triq u fuq il-bankina. Kieku l-entratura tal-garaxx ġiet irtirata skont il-permess, ir-rampa kienet tiġi l-ġewwa mill-bankina u allura kienet tiġi evitata il-problema. Għaldaqstant l-Awtorità bdiet proċeduri t'infurzar kontra s-sid skont ECF 1050/09 fejn is-sid ġie mitlub jirregolarizza l-bini skont il-pjanti approvati. L-Awtorità ser tibqa’ ssegwi l-każ skont il-proċedura.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet għal xogħol imprenditorjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12794 u jgħid il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm organizzat korsijiet għax-xogħol imprenditorjali matul din is-sena? Kemm ipparteċipaw persuni? Kemm ipprovdiet fondi finanzjarji biex tissussidja dawn it-tip ta' korsijiet organizzati minn aġenziji oħra? Liema huma dawn l-aġenziji? Kemm ibbenefikaw persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ Persuni li attendew ‘Modules’ fuq Management skills li jagħmlu parti mill-iskema Imprenditorjali li toffri il-KXT l–INT scheme, għas-sena 2009, huwa hekk:- Korsijiet/ Modules fuq Management Numru ta' persuni li attendew dawn il - modules Total ta’ sigħat ta’ taħrig għal kull parteċipant Attendenza medja tal-klijenti 21 ta' Jannar - 18 ta' Marzu 2009 15 164 89.35% 6 ta’ Lulju - 4 ta’ Settembru 2009 6 144 88.24% 26 ta' Ottubru - 17 ta' Frar 2010 18 qegħdin jattendu Taħriġ għadu għaddej taħriġ għadu għaddej Grants finanzjarji għall-korsijiet ta’ matul din is-sena għadhom ma ħarġux minħabba li l-iskema tal-INT tipprovdi ukoll servizz ta’ mentor (one to one ) u ukoll il parteċipanti jkunu jridu jipprovdu Business Plan li wara jkun irid jkun assessjat. Ta’ min ifakkar li l-parteċipazzjoni ta’ din l-iskema u l-korsijiet li jagħmlu parti minn din l-iskema huma b’xejn u jsiru kollha inhouse .