Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kampanja tal-antibijotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14554 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5628, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk naqsitx in-nefqa fl-użu ta' antibijotiċi matul l-2009 meta mqabbel mas-sena 2008?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-kampanja msemmija hija mmirata lejn uzu aħjar ta’ antibijotiċi fil-komunità. Kif l-onorevoli membru japprezza, il-maġġoranza tal-antibijotiċi f’Malta jinxtraw minn spizeriji privati u għalhekk il-Ministeru ma għandux din l-informazzjoni mitluba. Min naħa tas-servizzi tas-saħħa pubblika, l-importanza mhux daqstant in-nefqa iżda l-ammont u t-tipi ta’ antibijotici uzati. Dan minħabba l-problema tar-rezistenza fil-mikrobi li jikkawzaw dawn l-infezzjonijiet. Għal din ir-raguni inbeda proċess estensiv mill-Kumitat Nazzjonali għall-Antibijotiċi biex tinġabar statistika ta' konsum ta’ antibijotiċi fil-komunità, li fix-xhur li ġejjin tista tagħti stampa aħjar tas-sitwazzjoni.

importazzjoni ta' qamħ lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jiġi mportat il-qamħ li nikkunsmaw fil-gżejjer Maltin? Kemm u minn fejn ġie importat il-qamħ ikkunsmat fil-gżejjer Maltin matul il-perjodu 2000-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità għal kull kundizzjoni, inkluż separatament kemm hemm persuni fuq il-karta r-roża minħabba Diabetes Mellitus? Jista' jagħti ukoll indikazzjoni dwar kemm hemm persuni b'aktar minn Skeda V waħda lokalità b'lokalità, kif ukoll kemm hemm min għandu sew kartuna safra kif ukoll karta roża minħabba Diabetes, lokalità b'lokalità

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għad m'hemm l-ebda informazzjoni dettaljata kif mitluba fil-Mistoqsija. Id-dati statistiċi maqsumin f'lokalitajiet differenti huma relatati mat-total ta' applikazzjonijiet għall-iskeda V u mhumiex maqsumin f'mard speċifiku.
Leg 11 PQ #14571 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħamrun, Triq il-Kbira San Ġużepp — Irwejjaħ

Question

Peress li rwejjaħ ta' bajd qares (Hydrogen Sulphide) reġgħu nxtammu bejn il-25 u s-26 ta' Jannar, 2010 fl-inħawi ta' Triq il-Kbira San Ġużepp, Blata l-Bajda, Ħamrun, jista' l-Prim Ministru jara jistgħux ikomplu jsiru spezzjonijiet regolarment bil-għan li jiġi aċċertat li l-Waste Oils Co. Ltd. ma tkomplix twaddab żjut tossiċi fis-sistema tad-drenaġġ? Kemm-il spezzjoni saret minn environmental inspectors fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi matul l-2009 u x'kien l-eżitu każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14147 rigward green jobs, jista' l-Ministru jara jistgħux jitħarrġu persuni sew biex iħeġġu households biex jistallaw apparat bħal solar water heaters kif ukoll oħrajn biex ikunu ppreparati biex jitqabbdu jagħmlu x-xogħol manwali meħtieġ, u dan fid-dawl ta' skemi sew tal-Gvern kif ukoll tal-Unjoni Ewropea li għalihom ftit hemm interess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kampanja tal-antibiotiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5628, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk naqsitx in-nefqa fl-użu ta' antibiotiċi matul l-2009 meta mqabbel mas-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Bereġ li jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14151 u 13726 u jgħid hux minnu li fl-eqqel tax-xitwa se jinżammu magħluqin il-bereġ biex l-infermiera jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1? Jista' dan it-tilqim isir f'ħinijiet oħra mingħajr ma tinħoloq inkonvenjenza lil tant nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

children's allowance u benefiċċju tal-wens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14105 u jgħid jekk omm single li tibbenefika miċ-children's allowance tistax tibbenefika wkoll mill-benefiċċu tal-wens jekk toffri s-servizz tagħha biex tgħin lil persuna li tiġi minnha li tkun qed tbati minn mard serju li jirrendiha diżabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li omm single li tibbenifika miċ-children allowance ma tistax tibbenifika ukoll mill-pensjoni tal-wens.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14149 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jwieġeb parti (b) kif mitlub? Rigward parti (A), fir-rigward tal-73200 persuna b'mard kardjovaskulari u respiratorju fuq skeda V, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità? Fil-każ tal-lokalitajiet fejn iddaħlet is-sistema tal-POYC, kemm żdiedu l-persuni bl-iskema V minħabba mard kardjovaskulari u respiratorju f'kull lokalità mill-2007 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s'issa m'hemm l-ebda informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Id-dati statistiċi maqsumin f'lokalitajiet differenti huma relatati mat-total ta' applikazzjonijiet għall-iskeda V u mhumiex maqsumin f'mard speċifiku.

Childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14150 u 13727 u jgħid: a) f'kemm-il households baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009? b) f'kemm minn dawn il-famliji: i) naqas iċ-children's allowance? ii) żdied iċ-children's allowance? Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ households li baqgħu bl-istess numru ta’ tfal taħt is-sittax-il sena matul l-2009 kien ta’ 40,093. Informat ukoll li n-numru ta’ familji li naqsetilhom ic- children allowanc e fis-sena 2009 kien ta’ 17,702 u dawk il-familji li żdiditilhom kienu jammontaw għal 7,631. Ser inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi dawn il-figuri lokalità b’lokalità.
Leg 11 PQ #14568 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air Quality at Hexagon House Marsa Report — azzjoni

Question

B'referenza għal Air Quality at Hexagon House Marsa Report mill-Prof. A.J. Vella li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mal-mistoqsija parlamentari 13234, mindu nkiteb ir-rapport f'Ġunju 2008, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk: a) Il-fuel depot fl-MOBC ġietx imġiegħla tagħmel air purification systems fl-istorage tank tagħha? b) Il-Waste Oils Co. Ltd ġietx imġiegħla tagħmel charcoal filters fiż-żewġ ċumniji tagħha? ċ) Il-Waste Oils Co. Ltd u l-Marsa Power Station humiex jiġu spezzjonati fit-trasferiment ta' żjut minn tanks fil-port jew fit-triq għal ġor-reċipjenti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li:- Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija il- fuel depot MOBC, l-applikazzjoni għall-Permess Ambjentali qiegħda tiġi pproċessata u din tinkludi informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-arja. Din l-informazzjoni qiegħda tiġi evalwata mill-MEPA u fl-eventwalità li joħroġ il-Permess Ambjentali, l-operatur ikun marbut b’kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ għall-arja u installazjoni ta’ apparat jew metodi għat-tnaqqis ta’ tniġġis fl-arja. Għat-tieni parti tal-mistoqsija għar-rigward ta’ ċmieni ta’ boilers , mhix prattika normali li jiġu nstallati charcoal filters . Emissjonijiet mill- boilers huma kkontrollati mit-tip ta’ fuel li jintuża, mis- settings tal- boilers u minn manteniment regolari. Dawn il-parametri kif ukoll monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet huma kundizzjonijiet standard għall-operat tal- boilers fil-permessi ambjentali. Fil-każ tat-tieni mistoqsija, dawn iż żewġ impjanti huma suġġetti għall spezzjonijiet regolari mill-MEPA. Barra min hekk l-operatur għandu l-obbligu li jżomm notament ta’ kull trasferiment ta’ żjut.

importazzjoni ta' qamħ lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jiġi mportat il-qamħ li nikkunsmaw fil-gżejjer Maltin? Kemm u minn fejn ġie importat il-qamħ ikkunsmat fil-gżejjer Maltin matul il-perjodu 2000-2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mediċina Ropinirole

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Ropinirole li tintuża f'parkinson's disease ilha x-xhur tingħata biss għal perjodu ta' ġimgħatejn, b'inkonvenjeza kbira għall-familjari tal-pazjent li diġà jkunu taħt pressjoni fiċ-ċirkostanzi? Għaliex din il-mediċina ma tiġix provduta permezz tal-POYC?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

PET Scan — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14345 u jgħid kemm kien hemm talbiet għal PET Scan matul l-2009? Kemm fil-fatt saru? Kemm ħallas il-Gvern lis-settur privat għal dawn l-iscans? Fiex wasal il-Gvern sabiex ikollu ukoll dan it-tagħmir?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul is-sena 2009 saru tliet talbiet uffiċjali għas-servizz ta’ PET Scan. L-ebda scan ma ġie mħallas mill-gvern għaliex sal-lum dan is-servizz ma jiffurmax parti mil-pakkett ta’ kura. Il-Gvern għamel applikazzjoni għall-fondi għall-PET Scan mill-Gvern Sviżżeru u qiegħed jistenna risposta mingħand il-Gvern Svizzeru.

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14387 u 14154 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13725, japprezza l-Ministru li l-Bord Mediku li kull darba li persuna tintalab biex terġa' tidher fi żmien qasir, dan ikun ifisser li l-persuna trid terġa' tmur privatament għand speċjalista biex jerġa' jsir ċertifikat skont il-bżonn? Għaldaqstant jirrealizza l-Ministru li l-Bord Mediku, jekk kompost minn speċjalisti li jaħdmu ukoll privatament, għandhom potenzjalment konflitt ta' interess?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirrizulta l-ebda konflitt ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bordijiet Medici kif maħtura mill-Ministru għal Politika Socjali bis-saħħa ta’ l-Att dwar is-Sigrutà Socjali (Kap. 318) u dan għaliex is-sistema li tintuza meta jintagħzlu il-membri ta’ kull bord mediku, jiġi żgurat illi ma jkunx hemm pazjenti/benefiċċjarji li jkollhom ċertifikat mediku maħruġ minn wieħed mill-membri tal-bord li jkunu qegħdin jidhru quddiemu.

PET Scan — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal PET Scan matul l-2009? Kemm fil-fatt saru? Kemm ħallas il-Gvern lis-settur privat għal dawn l-iscans? Fiex wasal il-Gvern sabiex ikollu ukoll dan it-tagħmir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14154 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13725, japprezza l-Ministru li l-Bord Mediku li kull darba li persuna tintalab biex terġa' tidher fi żmien qasir, dan ikun ifisser li l-persuna trid terġa' tmur privatament għand speċjalista biex jerġa' jsir ċertifikat skont il-bżonn? Għaldaqstant jirrealizza l-Ministru li l-Bord Mediku, jekk kompost minn speċjalisti li jaħdmu ukoll privatament, għandhom potenzjalment konflitt ta' interess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Bereġ li jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13726 u jgħid hux minnu li fl-eqqel tax-xitwa se jinżammu magħluqin il-bereġ biex l-infermiera jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1? Jista' dan it-tilqim isir f'ħinijiet oħra mingħajr ma tinħoloq inkonvenjenza lil tant nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.