Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku ġie trasferit mill-qalba tal-Belt għall-parti t'isfel b'detriment għall-aċċessibilità kif ukoll għall-bejgħ mill-ħwienet? X'se jkun l-użu tal-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija li minnhom tneħħa r-Reġistru Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ninsab infurmat li s-Surgical Operations Register huwa Stand-alone IT system u ma jirrikjedix li l-lokalità tar-residenza tal-pazjenti tkun reġistrata għaliex m’hemm l-ebda raġuni klinika biex wieħed iżomm din l-informazzjoni ġewwa s-swali fejn isiru l-operazzjonijiet. Għaldaqstant biex wieħed isib il-lokalita’ ta’ residenza huwa meħtieġ li kull numru ta’ identità titfittex fir-reġistru elettorali. Tlabt li din l-informazzjoni tinġabar u għalhekk it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.
Forzi Armati ta' Malta — suldati li jintbgħatu s-Somalja
Question
Jista' l-Prim Ministru jiggarantixxi li fil-każ tal-Forzi Armati ta' Malta s-suldati jintbagħtu biss f'ingaġġ fl-ibħra tas-Somalja jekk jaqblu huma stess u li ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-konfront ta' dawk li jirrinunzjaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari numru 16464 ninsab infurmat li s-suldati kollha li jipparteċipaw fi Crisis Management Operations barra minn Malta jagħmlu dan fuq bażi volontarja.
Fl-armata hemm suldati voluntieri għal missjonijiet bħal dawn li għażlu li jingaġġaw direttament minn barra l-Forzi Armati ta’ Malta f’ingaġġi speċifiċi sabiex iservu f’
EU led
Crisis Management Operations
jew inkella hemm membri oħrajn li daħlu f’ingaġġi regolari u għażlu jivvolontarjaw biex iservu f’dawn l-operazzjonijiet wara sejħiet interni li joħorġu fil-Forzi Armati ta’ Malta minn żmien għall-ieħor.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il faċilità ta' childcare hawn fl-oqsma industrijali? Kemm minnhom joffru servizz f'ħinijiet tax-xogħol ta' shift (after hours)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-oqsma industrijali teżisti facilità waħda ta’ childcare. Il-ħinijiet li jopera dan ic-Childcare Centre huma mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata opportunità ta' xogħol klerikali simili għal dak li kellha qabel ma mardet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-persuna indikata li tokkupa l-kariga ta’ uffiċjal klerikali reġgħet ġiet reinstated, inħass li ma kienx hemm ħtieġa li tibqa’ tagħmel xogħol relatat ma’ mpustar ta’ ittri biss. Id-dipartiment ipprova ifittex postijiet alternattivi, biex fuq talba tagħha stess tagħmel xogħol klerikali jew kwalunkwe xogħol ieħor li ma jinvolvix l-użu tal-kompjuter jew bżonn ta’ kuntatt mall-pubbliku, iżda irriżulta li ma kienx hemm xogħol ta’ dan it-tip. Għalhekk ġie offrut xogħol fil-Provision Store ta’ l-Isptar Mater Dei li jikkonsisti l-aktar fejn wieħed jiċċekkja l-provisti li jintbgħatu u jara li dawn ġew mqassma kif suppost.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat minn maternity leave u parental leave separatament matul l-2009? F'każ ta' parental leave kemm kienu rġiel? Tista' tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex aġenzija li tħarreġ ħaddiema biex jaħdmu b'mod temporanju biex jissosstitwixxu dawk bil-maternity/parental leave?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig tipprovdi taħriġ f’130 kors differenti għal dawk in-nies li jridu jitħarrġu f’ħiliet differenti, u ma tagħmilx distinzjoni għal dawk li jaħdmu temporanju jew permanenti.
Żgħażagħ taħt it-18-il sena li qegħdin jirreġistraw
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15350, tista' l-Ministru tgħid mill-252 żgħażagħ taħt it-18-il sena li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti, kemm minnhom għandhom iċ-ċertifikati SEC f'livell ordinarju, intermedju u/jew avvanzat? Kemm minnhom għandhom ECDL jew parti minnu? Kemm minnhom għamlu korsijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-252 żgħażagħ taħt it-18-il sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti f’Jannar ta’ l-2010, 59 għandhom ċertifikati SEC f’livell ordinarju, 2 fl-livell intermedju filwaqt illi m’hemm ħadd li hu kwalifikat f’livell avvanzat.
Barra minn hekk, minn dawn il-252, 18 għandhom ECDL jew parti minnu filwaqt li 105 ipparteċipaw f’korsijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kemm ilhom jirreġistraw.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-inċineratur tal-Marsa xahar b'xahar mindu sar it-tagħmir teknoloġiku ġdid? Huma skont il-parametri stabbiliti a priori?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-għan ewlieni tal-incinerazzjoni hija li tkisser il-Karbonju fil-iskart li jista' jinkludi materjal ieħor li fl-istat oriġinali jista' jkun noċiv għall-ambjent, billi permezz ta' temperaturi għoljin tirriduċieh għal gas CO2 li fin-natura huwa kimikament aktar stabbli u mhux noċiv
Għaldaqstant, fil-ħruġ tal-permess operativ tal-incineratur tal-Marsa, l-awtorità kompetenti ma kienitx inkludit l-moniteragg ta' Diossidu tal-Karbonju (CO2) bħala meħtieg li jsir waqt l-operat tal-impjant. U għalhekk dan mhux qed isir. Ukoll, li l-ammonti ta' Diossidu tal-Karbonju jvarjaw skont kemm ikun qed jiġi nċinerat materjal, it-tip ta’ materjal li jkun qed jiġi inċinerat u kemm ikun meħtieġ jintuża fossil fuel biex tgħin l-inċinerazzjoni tilħaq it-temperatura meħtieġa.
Rigward emissjonijiet oħra, isir monitoraġġ kontinwu fuqhom, liema valuri imkejla jinstabu pubblikati fil-Website tal-WasteServe (www.wasteservemalta.com) u huma aġġornati fuq bażi ta' 'real-time'. Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda kopja stampata ta’ din is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-Marsa Pawer Station sena b'sena mis-sena 2000 sal-2009? F'liema xahar hu mistenni li din il-power station tkun tista' tiġi shut down?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta bdiet tirrikordja CO2 emissions li huma vverifikati mill-2005. Madankollu l-informazzjoni li tinsab hawn taħt huwa kkalkulat minn records ta’ kemm inħaraq fuel fil-Marsa Power Station (MPS).
Sena CO2 li gie produtt mill-MPS (tonnes)
2000 970548
2001 1116980
2002 1108139
2003 1141771
2004 1127616
2005 1159927
2006 1175288
2007 1213460
2008 1043935
2009 961727
Huwa ppjanat li l-Marsa Power Station ħa tingħalaq wara li jidħol fis-servizz l-
interconnector
għal Italja fl-2012 u tiġi istallata l-estenzjoni tal-144 MW
plant
f’Delimara.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2000-2009 kemm kien hemm sena b'sensa:
a) twelid multiplu?
b) twelid prematur?
ċ) twelid b'cerebral palsy?
d) twelid b'respiratory distress syndrome?
e) still births?
F'kull każ, kemm minnhom irriżulta minn riproduzzjoni medikament assistita?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Trabi li twieldu minn twelid multiplu; twelid prematur (inqas minn 37 ġimgħa tqala) jew still births f’dawn l-aħħar għaxar snin u kemm minnhom ġew irrapurtati li għamlu użu minn xi forma ta’ riproduzzjoni medikament assistita (ART) huma kif jidhru fit-tabelli hawn taħt.
Twelid Multiplu
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total multiple births
131
73
106
115
120
119
135
87
144
133
Of which were reported as having used
ART
4
5
12
18
20
21
21
11
24
11
Twelid Prematur (inqas minn 37 gimgha tqala)
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total premature births (<37wks)
270
267
267
301
289
253
275
266
309
300
Of which were reported as having used ART
3
9
13
17
16
16
13
11
17
10
Twelid
Stillbirth
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total
Still births
16
20
21
18
15
8
11
12
29
28
Of which reported as having used ART
0
0
0
1
0
0
1
1
3
1
It-terminu
Respiratory Distress
jew RDS huwa użat b’mod ġeneriku għal xi forma ta’ problema respiratorja tat-trabi minflok bil-propji definizzjoni ta’
full blown Respiratory Distress Syndrom / Hyaline Membrane Disease
assoċjati ma’ twelid prematur jew ommijiet diabetiċi. Għal dawn ir-raġunijiet in-
National Obstetrics Information System
(NOIS) mhumiex f’pożizzjoni li jirrispondu din id-domanda.
Statistika dwar is-
Celebral Palsy
li hi kundizzjoni attribwita lil trawma fit-twelid, mhijiex attwalment miġbura mid-
Department of Health Information
Research (DHIR).
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm ġew investigati koppji għall-infertilità? X'kienet l-età u l-istat soċjali tal-mara f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li dan hu servizz li huwa offrut mid-Dipartiment tal-Outpatients. F’dan id-Dipartiment ma tinżammx statistika dwar ir-raġunijiet għalfejn il-pazjenti jkunu ġew riferuti u dwar id-dijanjożi. Għaldaqstant miniex f’pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kif tista' l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li toqgħod waħedha tħallas kont tad-dawl u l-ilma ta' €800 meta l-għajnuna soċjali tkun ta' €400 fix-xahar? Minbarra l-benefiċċju tal-enerġija, jista' jinħoloq fond biex jagħmel tajjeb għall-penali ta' 6% meta kont ma jkunx jista' jitħallas fil-ħin f'ċirkostanza simili?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Anzjani ġo djar tal-Anzjani — trasport lejn l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jitwasslu anzjani mid-djar tal-anzjani lejn l-Isptar Mater Dei meta jkollhom appuntament l-Outpatients kif ukoll qabel xi operazzjoni elettiva? Is-servizz tat-trasport hu bla ħlas f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Kommunità jipprovdi trasport bla ħlas lil dawk l-anzjani li qegħdin fi djar tal-anzjani meta jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15346, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff matul il-lejl fid-Djar tal-Anzjani kollha hux ristrett għal care assistants? X'inhuma l-ħiliet tagħhom? Kemm hemm persuni bedridden f'kull dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul il-lejl ikun hemm nurses u carers fid-Djar tal-Mellieħa u Mtarfa. Fid-Djar taż-Żejtun, Cospicua, Floriana, Mosta, Gżira u Msida jkun hemm carers biss. Dawn il-carers huma kwalifikati f’Caring.
In-numru ta’ persuni
bedridden
f’kull dar huma kif ġej:
Cospicua - 1
Floriana - Nil
Gzira - Nil
Mellieha - 1
Mosta - Nil
Msida - 2
Mtarfa - Nil
Żejtun - Nil
TOTAL 4
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet irtirata lilha l-Karta r-Roża f'Jannar u Frar 2010? X'kienet il-lokalità f'kull każ? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Kemm minnhom huma miżżewġin? Kemm minnhom huma romol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tip ta’ statistika mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx u dan għar-raġuni li meta persuna tagħmel talba għal Karta r-Roża taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, din tikkwalifika għal din il-Karta kemm-il darba tissodisfa test tal-Mezzi.
Inżid ukoll li din il-Karta tkun valida għal tlett xhur f’każ ta’ persuna taħt l-età ta’ sittin sena jew għal sena f’każ ta’ persuna ‘l fuq minn sittin sena. Meta jiskadi dan it-terminu, l-persuna kkonċernata trid tagħmel talba oħra biex il-Karta r-Roża tiġġedded.
Spezzjonijiet mill-WSC fl-inħawi tal-Għolja ta' Spencer fil-Marsa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15285, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjonijiet tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Spencer Hill, il-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15855.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet f'dental clinic f'kull ċentru tas-saħħa matul l-2009? Kemm-il siegħa ta' dental clinic qed tingħata f'kull ċentru tas-saħħa fil-ġimgħa bħalissa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fit-tabelli hawn taħt :
Tabella 1: Persuni li attendew id-
Dental Clinic
matul-2009
Ċentru Tas-Saħħa
Floriana
Qormi
Gżira
Raħal Ġdid
Bormla
Mosta
Rabat
B’Kara
Total
Numru ta’ Persuni li attendew
6725
2163
4197
4478
1735
4806
2304
3816
30,224
Tabella 2: Numru ta’ siegħat tad-
Dental Clinic
li qed jingħataw mic-centru tas-saħħa
Centru Tas-Saħħa
Mosta
Rabat
B’Kara
Raħal Ġdid
Bormla
Furjana
Qormi
Gzira
Sieghat fil-ġimgħa
40hr
34hr
37hr
47hr
ġimgħa 22hr u ġimgħa 27hr (alternating)
40hr
ġimgħa 29hr u ġimgħa 33hr (alternating)
40hr
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu iżolati pazjenti li jinsabu nfettati bl-MRSA fid-diversi sptarijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt:
Sptar Mater Dei:
L-Infection Control Unit tal-Isptar Mater Dei kuljum toħroġ lista ta’ pazjenti li jkunu ġew identifikati mil-laboratorju tal-mikrobijoloġija li tkabbrilhom il-mikrobu tal-MRSA f’xi kampjun kliniku. Wara dan, isir
risk assessment
tal-każ u jekk tiġi determinata il-htieġa li l-pazjent jiġi iżolat, dan jitqiegħed f’
single room
. F’dawn il-każi, jiġu nfurmati kemm it-tobba li huma responsabbli mill-kura ta’ dak il-pazjent kif ukoll in-
Nursing Officer
tas-sala. Dan isir sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li hemm mfassla fil-Mater Dei Hospital MRSA Policy.
Sptar Boffa:
Pazjenti li jiġu nfettati bil-virus tal-MRSA jitpoġġew f’
single room
.
Sptar Monte Karmeli:
Pazjenti li jinstabu nfettati bl-MRSA, jiġu iżolati fl-Isolation Units, waħda fil-FW2 għal pazjenti nisa u oħra fil-MW2 għal pazjenti rġiel. Dawn jibqgħu taħt attenzjoni u kura izolata sakemm jiġu tlett riżultati konsekuttivi negattivi.
Residenza San Vincenz de paule u Djar għall-Anzjani tal-Gvern:
Fejn hu possibli, pazjent li jiġi identifikat li għandu l-MRSA jinżamm f'kamra għalih waħdu, wara li issir konsultazzjoni mal-
Infection Control Nurse
tad-Dipartiment. Meta għal xi raġuni ma jkunx hemm post f'kamra b’sodda waħda, xorta jittieħdu miżuri biex jitrażżan ir-riskju li jinfirex il-virus billi jsir
non physical isolation
jiġifieri, filwaqt li pazjent jibqa’ fil-kamra ma’ l-oħrajn jinżamm limitu ta’ spazju madwar is-sodda. Dan jista’ isir minħabba li l-MRSA tinfirex biss bil-kuntatt u għalhekk il-mizuri l-aktar importanti huma l-ħasil ta’ l-idejn u protezzjoni tal-ħwejjeġ.
Sptar Zammit Clapp / Karen Grech:
Fejn hu possibli, pazjent li jiġi identifikat li għandu l-MRSA jinżamm f'kamra għalih waħdu. Dan huwa possibli l-aktar fl-Isptar Karen Grech fejn kull sala għandha numru ta’ kmamar b'sodda waħda. Din l-proċedura tiġi segwita wara li ssir konsultazzjoni mal-
Infection Control Advisor
tal-Isptar. Meta għal xi raġuni ma jkunx hemm post f'kamra waħdu, xorta jittieħdu miżuri biex jittrażżan ir-riskju li jinfirex il-virus billi isir
non physical isolation
, jiġifieri filwaqt li pazjent jibqa’ fil-kamra ma’ l-oħrajn jinżamm limitu ta’ spazju madwar is-sodda. Dan jista' jsir minħabba li l-MRSA tinfirex biss bill-kuntatt. F’każijiet simili, il-miżuri l-aktar importanti huma l-ħasil tal-idejn u protezzjoni tal-ħwejjeġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm korrew pazjenti fid-diversi sptarijiet f'Jannar u Frar 2010? X'kienu l-konsegwenzi f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-Ispar Boffa u fl-Isptar Monte Karmeli matul il-perjodu indikat ma kien l-ebda inċident fejn pazjenti korrew waqt li kienu rikoverati.
Matul l-istess żmien fl-isptar Mater Dei kien hemm 27 każ ta’ pazjenti li waqgħu jew żelqu. Dawn il-pazjenti kollha ġew invistati minn tabib wara l-waqgħa. Kien hemm każ wieħed fejn irriżulta li, b’konsegwenza ta’ din il-waqgħa, il-pazjent sofra ksur fl-ispalla. Fil-kumplament tal-każi ma irriżultawx konsegwenzi serji.
Fl-Isptar Zammit Clapp / Karen Grech kien hemm 19 -il każ ta’ pazjenti li waqagħu. Dawn jinkludu kemm pazjenti li ġew id-
Day Hospital
bħala
out-patients
kif ukoll
in- patients
. Il-maġġoranza ta’ dawn il-pazjenti ġarrbu ġrieħi żgħar, ħlief għal pazjent wieħed li kellu jintbagħat l-Isptar Mater Dei minħabba
Right fracture neck of femur
. Din il- pazjenta kellha bżonn
Dynamic Hip Screw.
Meta kienet stabbli, reġgħet ġiet riferuta għall-Isptar Karen Grech għar-rijabilitazzjoni.
Fir-Residenza San Vincenz de Paule kien 57 incident ta’ residenti li waqgħu. Minn dawn kien hemm żewġ każijiet ta’ ksur/ksur suspettat li ġew riferuti l-Isptar Mater Dei għal aktar investigazzjoni u kura. Il-kumplament tal-pazjenti sofrew ġrieħi ħfief jew żgħar li kollha ġew trattati mit-tobba u l-istaff tal-SVPR.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13450, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-lokalità ta' residenza tal-pazjenti operati fl-2007, fl-2008 u sa Settembru 2009? X'inhi l-lokalità ta' dawk fil-waiting list għall-istess żewġ operazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li hemm miġbura fis-‘Surgical Operations Register’ ma tinkludix il-lokalità tar-residenza tal-pazjenti. Minbarra l-isem u n-numru tal-identità tal-pazjent id-dettalji demografiċi l-oħra relevanti għal dan ir-reġistru li jinġabru huma l-età u s-sess tal-pazjent.
Bħalissa għaddej eżerċizzju magħruf bħala ‘
Waiting List Management System
’ li huwa fl-aħħar stadji tiegħu u għaldaqstant tali informazzjoni tkun tista’ tittieħed wara li l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.