Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel quarter ta' din is-sena, kemm-il persuna twaqqfitilha l-għajnuna supplimentari għax ma baqgħetx ikkunsidrata bħala l-kap tal-familja? Kemm irriżultaw li nżammitilhom l-għajnuna supplimentari għall-istess raġuni matul l-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta persuna titqies li mhix jew m’għadhiex il-Kap tal-Familja din tista’ titlef id-dritt għall- assistenza soċjali nkluż l-Għajnuna Supplimentari. Dan normalment jiġri meta jkun hemm evidenza jew permezz ta’ dikjarazzjoni tal-benefiċċjarju stess jew b’riżultat ta’ investigazzjoni li tkun saret jew mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew mid-Direttorat kontra l-frodi u l-abbuzi fi ħdan il-Ministeru.
Meta persuna tkun infurmata li twaqqfitilha l-Għajnuna, din ikollha żmien tletin jum biex tappella kontra din id-deċiżjoni.
Skont l-istatistika tad-Dipartiment, in-numru ta’ persuni li twaqqfitilhom din l-Għajnuna minħabba li ma baqgħux jitqiesu bħala kap tal-familja matul l-2009 kien ta’ 9, filwaqt li matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena ma twaqqfet l-ebda Għajnuna Supplimentari għall-istess raġuni.
Tajjeb ukoll li nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 16948 dwar il-proċess li bħalissa għaddej fid-Dipartiment u
li jsir ta’ kull sena tal-każijiet li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari sabiex jiġu stabbiliti r-rati l-ġodda li jidħlu fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju li ġej u li huma bbażati fuq il-mezzi tal-benefiċċjarji.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14952 u 14546 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-għotja ta' tarmac lil Triq Wenzu Dyer, Ħamrun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat mill-Awtorità kkonċernata li għadu għaddej proċess ta’ esproprazzjoni ma’ terzi sabiex ikun jista’ jingħata t-tarmac.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16462 u jgħid għaliex l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku ġie trasferit mill-qalba tal-Belt għall-parti t'isfel b'detriment għall-aċċessibilità kif ukoll għall-bejgħ mill-ħwienet? X'se jkun l-użu tal-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija li minnhom tneħħa r-Reġistru Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku gie trasferit għall-Evans għaliex wara l-bidla ta’ kif isiru r-riċerki tal-kuntratti u l-introduzzjoni tal-eCertificates, naqas sew l-użu mill-pubbliku tal-istess uffiċju u anki ħafna mill-istess spazju ma kienx qed jiġi utilizzat.
It-tieni raġuni hi li, l-bini kellu bżonn ta' refurbishment strutturali li ma setax isir waqt li s-sit kien għadu qed jigi okkupat.
It-tielet raġuni kienet li nħass li kien jagħmel ħafna sens illi r-Reġistru Pubbliku, l-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identita jkunu kemm jista' jkun sitwati ħdejn xulxin għax fuq kollox, dawn it-tliet entitajiet jittrattaw il-management tal-identità tal-persuni. Ma naqbilx li hu korrett li wieħed isostni li sar xi detriment għal-aċċessibilità għaliex l-uffiċini tal-Bini Evans huma aktar aċċessibli bil-karozza u huma ukoll fir-rotta tal-karozzi tat-trasport pubbliku.
Meta jitlesta x-xogħol li hemm bżonn, l-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija se jiġu utilizzati bħala Ministeru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16463 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15916, jista' l-Ministru għall-finijiet ta' ekwità jagħti l-informazzjoni dwar il-lokalità kif mitlub u kif jirriżulta min-numru tal-identità tal-pazjent, u dan jekk il-parlament għandux jibqa' jservi ta' skrutinju tal-Eżekuttiv?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tekniku bl-informazzjoni dwar il-lokalità skont il-karta tal-identità tal-pazjenti operati fid-Dipartiment tal-Ortopedija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3423.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx żvilupp biex kulmin qed jieħu l-mediċina jingħata blood strips b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li s’issa l-Blood Glucose Strips għadhom jingħataw b’xejn lil dawk li jbatu minn Dijabete tat-Tip 1(Type 1 Diabetis) li għandhom inqas minn 35 sena bi kwota ta’ 50 fix-xahar u lin-nisa tqal bi kwota ta’ 100 fix-xahar. L-intitolament ta’ medicini u devices ancillari għad-Dijabete qed jiġu riveduti u kkunsidrati bħalha parti sħiħa mir-riforma tas-saħħa li tiġi fis-seħħ fil-ġejjieni qarib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' awtiżmu ġie diagnostikat mill-2000 sal-2009? X'kienet l-età tad-diagnożi f'kull każ? Kemm-il siegħa ta' terapija qiegħda tingħata bħalissa kull ġimgħa f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-2000 sal-2009, fis-CDAU ġew dijanjostikati 254 tifel u tifla bl-Autistic Spectrum Disorder jew Pervasive Developmental Disorder.
Id-dijanjosi saret skont meta it-tfal ġew riferuti fis-C.D.A.U. L-aktar età komuni kienet minn sentejn sa 3 snin (111 każ) u bejn 3 u 4 snin (88 każ).
In-numru ta’ siegħat tat-terapija li tingħata kull ġimgħa tvarja skont il-problemi individwali tat-tifel jew tifla. Din it-terapija tinkludi
speech and language pathology
,
occupational therapy
, fiżjoterapija u servizz ta’ psikologu.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-bini tal-appartamenti/garaxxijiet fi Triq l-Iljuni/Triq l-Argotti, l-Furjana? Meta se jitlesta x-xogħol? Għad hemm il-ħsieb li tingħata priorità lill-anzjani u single parents bil-għan li tal-aħħar jgħinu lil tal-ewwel? Inżammet id-deċiżjoni li l-appartamenti kollha jingħataw b'kera? Jekk fl-affermattiv, taħt liema kundizzjonijiet? Il-bejgħ tal-garaxxijiet jista' jagħti prijorità lir-residenti li tant ilhom għaddejjin b'inkonvenjenza minħabba d-dewmien esaġerat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bini ta’ appartamenti u garaxxijiet fi Triq l-Iljun/Triq l-Argotti, Furjana jinsab lest fi stat ta’ ġebel u saqaf. F’dan l-istadju, it-tender għat-tlestija tal-bini bil-finishings kollha meħtieġa qiegħda fi stadju ta’ aġġudikar. Ladarba jingħata il-kuntratt, imbagħad ikollna indikazzjoni aħjar ta’ data ta’ tlestija tax-xogħol. Tlettax-il appartament li jinsabu fl-entratura ġo Triq l-Iljun ġew ippjanati bħala sheltered housing u għaldaqstant ikunu allokati b’kera għall-anzjani li applikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-appartamenti l-oħra jiġu allokati b’kiri skont il-policies tal-Awtorità tad-Djar. Dwar garaxxijiet, il-policy tal-Awtorità tad-Djar bħalissa hi li jinbiegħu permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilna mingħajr provvista ta' Amiodarone f'pajjiżna? Għaliex sew is-settur pubbliku kif ukoll dak privat inqabad mingħajr din il-mediċina essenzjali għall-persuni b'rata mgħaġġla li biha tħabbat il-qalb? Minn dakinhar 'il hawn kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Mater Dei ibatu b':
a) Atrial Flutter;
b) Atrial Fibrillation;
ċ) Ventricular Fibrillation; u
d) Tachy Arrythmias oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tender għall-provvista tal-mediċina Amiodarone għalqet f’Settembru 2009 u l-aħħar provvista koperta b’din it-tender waslet Malta f’Awwissu 2009. Il-kuntrattur ma aċċettax li din it-tender tiġi estiża. Għalhekk fi Frar 2010 id-Dipartiment tal-Procurements xtara ammont limitat ta’ din il-mediċina mingħand agent lokali. Wara li d-Dipartiment tal-Procurements ħareġ Proforma Invoice biex jixtri stokk ieħor ta’ Amiodarone, l-aġent magħżul ma onorax il-ftehim. Id-Dipartiment bħalissa qieghed jixtri dirett mill-Ingliterra a spejjeż ta’ dan l-aġent.
Il-Ministeru m’għandux ġurisdizzjoni fuq volumi u konsenji ta’ mediċini fis-settur privat.
Fl-istess waqt għaddej proċess għal tender ġdida mad-Dipartiment tal-Kuntratti, liema proċess inbeda mid-Dipartiment tal-Procurements f’April 2009. Din it-tender bħalissa qegħda fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni. Sakemm tiġi allokata din it-tender, id-Dipartiment ser jibqa’ jixtri il-mediċina Amiodarone permezz ta’ Proforma Invoices. Huwa mistenni li konsenja ta’ Amiodarone tasal Malta sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex jitnaqqas l-impatt fuq il-pazjenti, sar eżerċizzju ta’ ridistribuzzjoni ta’ din il-mediċina bejn l-ispiżeriji tal-Gvern u tnaqqas l-ammont li jiġi dispensat lil kull pazjent sabiex nippruvaw naqdu lil kulħadd.
In-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Isptar Mater Dei mis-16 ta’ Frar 2010 sal-aħħar ta’ Marzu 2010 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Recorded Discharge Diagnosis
ICD-10 Code
Number of Admissions from 17/02/2010 till 31/03/2010
Atrial Fibrillation/Atrial Flutter
I48
84
Ventricualr Fibrillation/Flutter
I49.0
0
Paroxysmal Tachycardia
I47
12
Other Cardiac Arrhythmias
I49.1 to I49.9
4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15917 u jgħid kemm daħlu anzjani f'
a) Zammit Clapp
b) Karen Grech
ċ) Djar tal-Anzjani
d) Residenza San Vinċenz de Paule
matul l-2009? X'kienet il-lokalità tar-residenza tagħhom f'kull każ? Kemm minnhom iddaħħlu mill-Isptar Mater Dei f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar in-numru ta’ anzjani li daħlu fi djar/residenzi matul l-2009 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 4803 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 229 tal-31 ta' Mejju 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqijsa parlamentari 15931 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna bbenefikat minn maternity leave u parental leave separatament matul l-2009? F'każ ta' parental leave kemm kienu rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar biex it-tweġiba tkun tista’ tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan/a ddaħħlu temporanjament biex jingħataw respite lill-familjari tiegħu/tagħha matul Jannar sa Marzu 2010? Kemm-il talba hi pendenti? Kemm-il sodda hi allokata għal respite f'kull dar tal-anzjani tal-gvern/privat (public-private partnership) u fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2010 kien hemm 53 persuna li għamlu użu mis-servizz ta’ Respite ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.
Bħalissa hemm 5 applikazzjonijiet pendenti. Dawn jinkludu:
· persuna li għandha applikazzjoni għas-sena 2011,
· 2 persuni li għadhom kif daħlu għal
respite
u reġgħu tefgħu applikazzjoni għal perjodu ieħor ta’ respite, u
· 2 persuni li għandhom it-tieni booking pendenti.
Is-sistema ta’
respite
ġewwa San Vinċenz tinħadem fuq sistema ta’
booking
, jiġifieri persuni li jkunu applikaw jiġu eżaminati minn tabib u jingħataw dati għal perjodu specifiku sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz. Matul il-perjodu msemmi kien hemm tlett każijiet fejn minkejja li anzjani kellhom
booking
għal
respite
, dawn l-anzjani ħassru l-
booking
tagħhom fl-istess ġurnata li dawn kellhom jidħlu.
Id-Dipartiment għandu 7 sodod dedikati speċifikament għas-servizz tar-
Respite
u dawn jinsabu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jingħata lilhom siġġu tar-roti fuq depożitu? Kemm ilu jistenna kull każ? Meta se jinxtraw il-wheelchairs meħtieġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 44 persuna jistennew biex jieħdu siġġu tar-roti fuq depożitu. L-aktar każ li jmur ’il bogħod hu mill-1 ta’ Ottubru 2009, għalkemm każijiet urġenti dejjem jingħataw prijoritá. Dan l-aħħar inxtraw ammont konsiderevoli ta’ siġġijiet tar-roti li ser jitqassmu fil-gimgħat li ġejjin. B’hekk il-pazjenti kollha li qed jistennew siġġu tar-roti se jkunu moqdija fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l-proċedura li biha pazjent anzjan li jkun inpatient fl-Isptar Mater Dei u qed jistenna li jiddaħħal Zammit Clapp għal riabilitazzjoni, ma jibqax fuq il-waiting list ta' Żammit Clapp meta jiġi rilaxxat mill-Isptar Mater Dei? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex jiddaħħlu fl-Isptar Zammit Clapp bħalissa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’każ ta’ persuna anzjana li tkun inpatient fl-Isptar Mater Dei u qed tistenna li tiddaħħal Żammit Clapp għal riabilitazzjoni, il-proċedura hija li meta din il-persuna tiġi lliċenzjata mill-Isptar Mater Dei, ma tibqax aktar fuq il-waiting list biex tiddaħħal Żammit Clapp.
Il-tabib tal-familja jista’ jerġa jirreferi lil din il-persuna mill-ġdid għad-dħul mill-komunità f’ każ li jkun hemm bżonn.
Sat-23 ta’ April 2010 kien hemm 41 persuna fuq il-
waiting list
biex jiddaħħlu fl-Isptar ta’ Żammit Clapp/Karen Grech.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants li jaħdmu qrib l-40 siegħa fil-ġimgħa? Hemm xi ħsieb li dawn jiġu impjegati bħala full-time?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Fil-preżent id-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunita għandu 662 Part-Time Social Assistants. Dawn jaħdmu kif ġej:
Sigħat
Nru ta’ PTSAs
Inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa
54
Bejn 21 to 24 siegħa
78
Bejn 25 to 29 siegħa
122
Bejn 30 to 35 siegħa
408
Fid-19 ta’ Frar ta’ din is-sena l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita ħareġ applikazzjoni għall-post ta Social Assistants fuq bażi
full-time.
Din is-sejħa kienet miftuħa għal kulħadd inkluż dawk kollha li bħalissa jaħdmu bħala
part-time social assistants
mad-dipartiment.
Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perjodu ta' stennija sabiex tfal jiġu assessjati minn psikologi fiċ-Child Developement Assesment Unit? Kemm hemm psikologi bħalissa? Kemm hemm tfal li qed jistennew l-ewwel appuntament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hemm 650 każ pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan ic-Child Development Assessment Unit. Il-perjodu ta’ stennija ivarja bejn sitt xhur u sentejn skont l-eta, in-natura u l-urġenza tal-każ. Dan għaliex it-talba għal dan is-servizz tisboq sew l-input psikoloġiku f’dan il-Unit.
Is-servizz huwa provdut minn erba’ psikologi li bejniethom joffru sitt ijiem xogħol/servizz lil dan il-Unit. Dawn il-psikologi kollha jaħdmu f’
areas
oħrajn ta’ servizz psikoloġiku primarjament is-servizz tas-saħħa mentali fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa. Tlabt lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jimpjega numru ta’ psikologi klinici sabiex ikunu jistgħu jghinu f’dan is-servizz. Ninsab infurmat li hemm talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li bħalissa qed jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħi, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ufficcju tal-Prim Minisitru.
Furjana — Stallazzjoni ta' lifts fi flats tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jibdew ix-xogħlijiet għall-istallazzjoni ta' lift fil-binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, xogħol li jkellu jinbeda din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni għall-installar ta’ lift fil-blokk indikat ġiet approvata mill-awtorità bħala li hi eliġibbli, ġiet imkejla t-tromba tat-taraġ, saru l-pjanti meħtieġa, inġieb il-permess neċessarju mill-MEPA u bħalissa qed jitlesta t-tender li għandu jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin, sabiex isir l-istallazzjoni tal-lift.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-Awtorità tal-Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' direttorju tat-telefon ġdid imqar għall-anzjani li m'għandhomx aċċess għall-internet? F'dan il-każ jistgħu jiġu miktubin b'fonts kbar? Sakemm jiġri dan, jista' s-servizz tal-1182 jingħata b'xejn lill-anzjani?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' Malta Dwar il-Komunikazzjoni waslet fl-istadju finali tal-analiżi wara l-proċess ta’ konsultazjoni li kien imniedi is-sena li għaddiet. Id-deċiżjoni sejra tieħu konsiderazjoni tal-fehmiet li ġew espressi mill-publiku u l-operaturi fis-settur tat-telekomunikazzjoni matul il-konsultazzjoni. Matul il-konsultazzjoni kien hemm diversi proposti intiżi sabiex jiggarantixxu li kulhadd, inkluzi persuni soċjalment svantaġġjati jew b’diffikultajiet viżivi, ikollhom aċċess għal servizzi universali tat-telekomunikazzjoni. F’dan l-istadju għadu prematur li wieħed jidhol fil-mertu tad-daqs tal-fonts peress li din hija materja teknika li għanda tiġi inkwadrata skond id-deċizjoni li sejra toħroġ l-Awtorità. Fejn jirrigrawdja is-servizz tal-1182, dan huwa servizz li huwa operat mill-kumpanija GO plc u mhux mill-gvern. L-Awtorità tal-Komunikazzjoni tiżgura illi it-tariffi rispettivi huma raġonevoli sabiex, fil-waqt li s-servizz ikun aċċessibli għal kulhadd, ikun hemm ukoll użu meqjus ta’ dan is-servizz.
ARMS Ltd. — penali għal min ma jħallasx il-kont fil-ħin
Question
Jista' l-Ministru jara li ARMS Ltd tirrevoka l-penali ta' 6% meta kont ma jitħallasx fil-ħin minn konsumaturi fil-bżonn tal-benefiċċju tal-enerġija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lil-Onorevoli interpellant, li l-vouchers tal-benefiċċju ta’ l-enerġija jinħarġu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ma' kull kont li jinħareġ lill-konsumaturi kkonċernati, liema benefiċċju jiġi rċevut ftit jiem wara li l-konsumaturi jirċievu l-kont.
Dan isir bl-iskop li l-konsumaturi jużgħu l-
voucher
bħala ‘
part settlement
’
tal-kont li jirċievu, bil-bqija jkun jrid jitħallas mill-konsumatur innifsu. Peress li qed tingħata din il-għajnuna lil dawn il-konsumaturi, ma nħossux li għandha tiġi rrevokata din il-penali.