Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kera tal-Appartamenti tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18761 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u jara jekk fil-każ ta' inkwilini li joħorġu bil-pensjoni, tistax il-kera tal-appartamenti tal-gvern tiġi riveduta qabel iż-żmien stipulat? Jista' dan isir ukoll f'ċirkostanzi oħra bħal meta kerrej jitlef l-impjieg tiegħu u jibda jirreġistra għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar tirrevedi l-kirjiet fuq il-postijiet tal-Gvern kull sentejn skont il-kuntratt iffirmat bejn iż-żewġ partijiet. Iżda f’każijiet fejn l-inkwilini joħorġu bil-pensjoni jew f’każijiet fejn l-inkwilini jispiċċaw qegħda għax il-post tax-xogħol fejn jaħdmu jagħlaq l-Awtorità tad-Djar tirrevedilhom l-kera qabel iż-żmien stipulat.

Kera tal-Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara jekk fil-każ ta' inkwilini li joħorġu bil-pensjoni, tistax il-kera tal-appartamenti tal-gvern tiġi riveduta qabel iż-żmien stipulat? Jista' dan isir ukoll f'ċirkostanzi oħra bħal meta kerrej jitlef l-impjieg tiegħu u jibda jirreġistra għax-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kirjiet tal-postijiet residenzjali jsiru mill-Awtorità tad-Djar, għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Użu ta' residenza fil-kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18519 u jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ: a) ma kienx hemm qraba reġistrati għall-perjodu definit mill-liġi; b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi; X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja; i) minħabba mewt; ii) minħabba safar fit-tul mhux ġustifikat iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti? Jista jagħti l-informazzjoni mitluba xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18519.

Użu ta' residenza fil-kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ: a) ma kienx hemm qraba reġistrata għall-perjodu definit mill-liġi; b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi; ċ) X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja; i) minħabba mewt; ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti? Jista jagħti l-informazzjoni ta (b) u (ċ) xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kirjiet tal-postijiet residenzjali jsiru mill-Awtorità tad-Djar u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Sptar Monte Carmeli — Trasport għal outpatients għal Occupational Therapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk outpatient li dettajli tiegħu qed jingħataw separatament u li jkollu bżonn ta' occupational therapy fl-Isptar Monte Carmeli jingħatax is-servizz ta' trasport biex jagħmel dan, bħalma kien jiġri sa ftit żmien ilu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Jekk il-każ jimmerita, il-pazjent għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Occupational Therapist li tieħu ħsieb il-kura tiegħu.

Użu ta' residenza fil-kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18519 u jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ: a) ma kienx hemm qraba reġistrati għall-perjodu definit mill-liġi; b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi; X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja; i) minħabba mewt; ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti? Jista jagħti l-informazzjoni mitluba xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

titjib fil-faċilitajiet tal-iġjene personali tal-pulizija fl-għases

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jitjiebu l-faċilitajiet għall-iġjene personali tal-pulizija fl-għases?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f’kull Għassa tal-Pulizija hemm il-faċilitajiet sanitarji kollha meħtieġa għall-iġjene personali. Infurmat ukoll li l-Korp jipprovdi l-materjal kollu meħtieġ sabiex kull għassa tinżamm fi stat nadif.

Kera tal-Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara jekk fil-każ ta' inkwilini li joħorġu bil-pensjoni, tistax il-kera tal-appartamenti tal-gvern tiġi riveduta qabel iż-żmien stipulat? Jista' dan isir ukoll f'ċirkostanzi oħra bħal meta kerrej jitlef l-impjieg tiegħu u jibda jirreġistra għax-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

San Vinċenz de Paule u Djar tal-Anzjani — persuni mresqin il qorti fuq serq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17951 mid-9 serqiet irrapurtati minn anzjani rikoverti f'San Vinċenz/Djar tal-Anzjani tal-gvern minn Jannar 2009 'il hawn: a) Kemm tressqu persuni l-qorti; u b) Kemm instabu ħatja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-każijiet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17951 kienu investigati mis-Security Personnel ta’ San Vinċenz. Dan għaliex ma kienx hemm evidenza biżżejjed sabiex tissejjaħ il-pulizija. F’każijiet fejn ikun hemm provi biżżejjed dawn dejjem jiġu riferuti lill-Pulizija. Fil-każijiet tad-djar tal-Anzjani tal-Gvern il-pulizija ma sabet l-ebda prova u xhieda biżżejjed sabiex jitressqu persuni l-qorti.

San Vinċenz de Paule u Djar tal-Anzjani — serqiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17951, fejn instab li €1,645 fi flus jew oġġetti ta' valur insterqu minn anzjani rikoverati f'San Vinċenz de Paule jew Djar tal-Anzjani tal-gvern fi 17-il xahar - medja ta' €100 fix-xahar, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu sabiex il-ħwejjeġ tal-anzjani rikoverati jkunu aktar fis-sigurtà b'mod partikolari flushom? Qatt ġie offrut lilhom xi polza ta' assigurazzjoni kontra s-serq?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li r-residenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kexxun jew gwardarobba personali li tista’ tissakkar biċ-ċavetta. Ir-residenti għandhom ukoll il-possibilita` li jiddepożitaw flus jew oġġetti personali tagħhom fis-safe li hemm fl-uffiċċju rispettiv ta’ kull Kap tad-Dar. Fir-Residenza San Vinċenz de Paule hija proċedura normali li meta xi membru tal-istaff jinduna li resident għandu xi flus kontanti jew oġġetti ta’ valur, dawn jinżammu ġewwa safe jew jiġu depożitati fil-Bank Ċentrali. Ma hijiex policy tad-Dipartiment li joffri lir-residenti anzjani fid-Djar tal-Gvern u fir-Residenza San Vinċenz de Paule xi forma ta’ polza ta` assigurazzjoni kontra s-serq.

Eżamijiet tas-surġenti tal-pulizija

Question

Peress li r-riżultat tal-eżami għal surġent fil-Pulizija ilhom aktar minn tlett xhur li ħarġu, jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata l-appointment lil dawk li għaddew? F'kwalunkwe każijiet, il-ħlasijiet dovuti lilhom isir minn liema data?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawn il-ħatriet isiru meta u skont il-ħtieġa in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi s-salarju jkun marbut mad-data tal-promozzjoni, skont kif jipprovdu r-regolamenti.

Użu ta' residenza fil-kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ: a) ma kienx hemm qraba reġistrata għall-perjodu definit mill-liġi; b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi; ċ) X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja; i) minħabba mewt; ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti? Jista jagħti l-informazzjoni ta (b) u (ċ) xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17941, 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat dwar l-immoniterjar tal-policy dwar mediċini

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 17451, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-mediċini li s'issa ġew evalwati minn dan il-kumitat? Liema ġew aċċettati li jiġu inklużi fil-formularju tal-gvern għax-Schedule V u liema le? Liema huma dawk il-mardiet li bħalissa ma jaqgħux taħt il-lista tal-mard taħt ix-Schedule V? Liema minn dawn s'issa ġew aċċettati u liema le? Meta hi datata l-applikazzjoni l-aktar li saret kmieni minn dan il-kumitat u li għadha ma ġietx evalwata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għeluq tal-Ġnien tal-Mall

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mall-kunsilli lokali dwar l-għeluq tal-ġonna tal-Mall, partikolarmanet fil-passaġġ li jkompli mat-Triq il-Konservatorju l-Furjana, fejn joqogħdu 'il fuq minn 100 anzjan/a?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi qed isiru konsultazzjonijiet mal- Kunsill Lokali dwar il-ħinijet tal-ftuħ tal-ġonna li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant. Infurmat ukoll li ma hemm l-ebda pjan biex jingħalaq il-passaġġ imsemmi li jkompli mat-Triq il-Konservatorju.

Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Reklutaġġ tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-reklutaġġ ta' pulizija, kemm għadu jingħata importanza lit-tul tal-applikant? Jekk għadu jingħata importanza, dan isir fil-każ taż-żewġ sessi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi skont is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta’ taħriġ għall-kuntistabbli rġiel u nisa ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-kandidati jrid ikollhom tul ta’ mhux anqas minn 1.70m fil-każ tal-irġiel u mhux anqas minn 1.65m fil-każ tan-nisa, meta jitkejlu.

Serq minn anzjani rikoverati fid-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rappurtati każijiet ta' serq minn anzjani rikoverati fid-djar tal-anzjani xahar b'xahar matul l-2009 u l-2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat kien hemm 4 każi ta’ serq minn fuq residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Id-dettalji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Xahar Numru ta’ Każi Jannar 2009 1 € 75 flus kontanti Frar 1 Żewg ċrieket ta’ metal lewn safrani, ekwivalenti għal valur ta’ €80. April 1 Radju b’valur ta’€ 25 Fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern ġew irraportati 9 serqiet lill-Pulizija kif spjegat hawn taħt: Dar tal-Anzjani Msida – serqa waħda ta’ flus kontanti Settembru 2009: valur ta’ €60 Dar tal-Anzjani Żejtun – 4 serqiet ta’ flus kontanti Ottubru 2009: valur ta’ €160 Frar 2010: valur ta’ €290 Marzu 2010: valur ta’ €65 valur ta’ €300 Dar tal-Anzjani Mellieħa – serqa waħda ta’ flus kontanti Diċembru 2009: valur ta’ €20 Dar tal-Anzjani Gżira – 2 serqiet ta’ flus kontanti Diċembru 2009: valur ta’ €110 Jannar 2010: valur ta’ €300 Dar tal-Anzjani Floriana – serqa waħda ta’ flus kontanti Mejju 2010: valur ta’ €170

Kura medika tad-dementia

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17681, jista' l-Ministru jara li jsir ġbir ta' informazzjoni mit-treatment charts tar-residenti? Kemm minnhom li jbatu b'dementia, qegħdin fuq kura medika u jħallsu għal kura tad-dementia? Jew il-kura medika mhix priorità fl-istrateġija nazzjonali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17681 kienet miġbura mit-treatment charts. Fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm 7 irġiel u 28 mara li jbatu bid-dimenzja u qegħdin jieħdu l-mediċina li tinxtara mill-qraba tagħhom. Kif diġa għidt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17681, id-dimenzja mhijiex waħda mill-mardiet inklużi fi Skeda V tal-Att dwar is-Sigurtà Socjali. Iżda wara studju li sar dwar nuqqasijiet fl-iskema tas-Schedule V, qed jigu diskussi proposti sabiex id-dimenzja u mard kroniku iehor jiġu nklużi fir-riforma ta’ din l-Iskeda.