Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' stallar ta' lift fir-residenza li dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-kaz tal-applikazzjoni għall-istallar ta’ lift fil-blokk imsemmi, diġa inħarġet it-tender, intlaqgħu l-offerti mingħand numru ta’ kuntratturi u qed issir l-aġġudikazzjoni ta’ tali offerti. Għaldaqstant hu maħsub li x-xogħlijiet fuq dan il-lift ikunu jistgħu jinbdew fi ftit ġimgħat oħra.
Persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tas-servizzi Ingliżi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna għadha tibbenefika minn pensjoni tas-servizzi Ingliżi? Tista' tagħti l-età u l-lokalità ta' kull wieħed/waħda? Kemm minnhom ma jeħdux il-pensjoni kontributorja sħiħa minnħabba din il-pensjoni tas-servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta jmut annimal domestiku u jkun irid jiġi skartat il-ġisem tiegħu, hemmx għalfejn sidu jirreġistra biex juża xi servizzi tal-biċċerija? Japprezza li l-NGO's konċernati ma jlaħħqux mad-domanda u huma stess jirrakmandaw li l-iġsma jittieħdu l-biċċerija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li meta jmut annimal domestiku, jista’ jiġi skartat fl-inċineratur mingħajr il-ħtieġa li sidu jirreġistra sakemm ikun ta’ darba. Jekk wieħed iġorr annimali domestiċi spiss jiġi meqjuż bħala trasportattur ta’ annimali mejta u għaldaqstant ikollu jirregistra mad-Diretorat tar-Regolazzjoni Veterinarja. L-inċineratur hu mmexxi mill-Wasteserv u regolat mid-Diretorat tar-Regolazzjoni Veterinarja.
Tista' l-Ministru tgħid skont l-emendi fil-Liġi tal-Kera kif leġislati f'din il-leġislatura, fil-każ ta' għaqdiet soċjali bħal każini ta' għaqdiet sportivi fil-komunitajiet, kif qiegħda titħallas il-kera tal-uffiċċji/każini tagħhom? Din il-kera ġiet ukoll mgħollija għal minimu rikjest jew baqgħet ma nbidlitx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet tal-għaqdiet sportivi reġistrati mal-KMS u b’art mogħddija lilhom mill-KMS baqgħu l-istess u ma ġewx affetwati bl-emendi fil-liġi tal-kera.
Fir-rigward ta' żgħazagħ b'ċittadinanza barranija li ġew fostered minn familji Maltin fi ċkunithom u li ilhom residenti f'pajjiżna għal bosta snin, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'jirrikjedu sabiex jiġi mogħti lilhom ir-residence permit?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għall-permess ta' residenza mill-persuni konċernati jintlaqgħu mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates sakemm dawn il-persuni m'humiex persuni li applikaw għall-ażil jew inkella l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil hi miċħuda. Minbarra d-dokument ta' vjaġġar dawn il-persuni jridu jipproduċu dokumenti li juru li dan il-fostering huwa awtoriżżat. Kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-mertu tiegħu.
Applikazzjonijiet għal carers ma' persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid hux se jkun hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal carers ma' persuni b'diżabilità? Hemm xi korsijiet ippjanati għal dan il-għan? X'kriterji jkunu meħtieġa biex persuna tkun eliġibbli biex tapplika għal dan it-taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ETC (Divizjoni Servizzi tat-Taħriġ) qeda tilqa' applikazzjonijiet għal min jixtieq jitħarreġ f'ħiliet f'Xogħol ta' Sapport ma' Persuni b'diżabbilita'. Min japplika għal dan it-taħriġ ikun meħtieġ li jkollu ħiliet tajbin ta’ qari, kitba u għarfien tal-lingwa Maltija u tal-lingwa Ingliża. Il-Korporazzjoni beħsieba torganizza dan il-kors fi tmiem din is-sena.
Furjana — Pjazza San Kalċidonju - parkeġġ għall-vetturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jistgħux ir-residenti biswit il-kwartieri tal-pulizija f'Pjazza San Kalċidonju, l-Furjana jingħataw aktar spazju biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom aktar viċin djarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fi Pjazza San Kalċidonju hemm 41 spazju ta parkeġġ li minnhom hemm 9 postijiet riservati għall-Korp tal-Pulizija kif ukoll 4 postijiet ghal Kurja Arċiveskovili. Il-kumplament huwa disponibbli għal pubbliku. Hija fil-kompitenza tal-Kunsill Lokali li flimkien mal-awtoritajiet kompitenti jgħamel skema ta parkeġġ fejn ir-residenti jkunu jistgħu jingħataw preferenza għal dan il-parkeġġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna fuq għajnuna soċjali twaqqfilha dan il-benefiċċju fl-aħħar sentejn u nofs? Tista' tagħti din l-informazzjoni:
a) xahar b'xahar;
b) lokalità b'lokalità;
ċ) skont l-age group; u
d) skont in-natura tal-marda kronika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li t-tagħrif mitlub irid ħafna ħin sabiex jinġabar, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Furjana — Triq Sant' Anna - Tnaddif, tkaħħil u tibjid tal-loġoġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol ingħatat u kemm kienet in-nefqa sabiex il-loġoġ fi Triq Sant' Anna l-Furjana tnaddfu, tkaħħlu u tbajjdu f'April/Mejju 2010? Jista' jitkompla dan ix-xogħol fl-aktar triq imniġġsa f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xoghol sar taħt is-superviżjoni tat-taqsima tal-Uffiċċju tal-Proġetti Għar-Rijabilitazzjoni. Ix-xogħol sar mill- ħaddiema tal-IPSL. Fuq dan ix-xogħol ingħataw 1328 siegħa u tlesta fil-5 ta’ Ġunju u ġie jiswa kif ġej;
Spiża tal- pagi € 9772.79
Spiża ta’ materjal € 6878.30
Spiza totali €16651.09
Ix-xogħol huwa maħsub li jitkompla fl-aħħar ta’ Novembru. Sadanitant sar ukoll xogħol fuq is-
subway
minn entità governattiva oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19093 u ċioe: Peress li Triq ir-Repubblika l-Belt hi prime site għat-turisti, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fiha jistgħux jiġi posposti għal wara Awissu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema xogħlijiet qed jirreferi . L-unika xogħol li sar kien it-tlestiħ tal-hoarding madwar is-sit ta' City Gate.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iżżewġu koppji Maltin u/jew barranin sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? X'kienet l-età tal-persuni li żżewġu matul l-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ żwiġijiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku matul dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif jidher fit-tabella annessa fejn dawn jinsabu maqsumin sena b’sena. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-età medja tal-irġiel kienet ta’ 32 sena filwaqt li dik tan-nisa kienet ta’ 29 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni reliġjuża teżisti fejn ir-reliġjużi jiġu esklużi kompletament minn wirt? Hemm liġijiet li saru jipprovdu kontra dan mindu pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17683.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17941, 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissuplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17683.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġiet posposta lilu operazzjoni li kellha ssir fis-6 ta' Lulju? Għaliex ġara dan u fuq kollox għaliex ma ġewx infurmati l-pazjenti qabel ma daħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-ġurnata msemmija ġew posposti interventi ta’ 4 pazjenti li kienu fuq waħda mil-listi tal-Urology. Minħabba n-nuqqas ta’ infermiera, m'hemmx infermiera fissi għal din il-lista partikolari u din fil-fatt issir permezz ta’ infermiera li jidħlu bis-sahra fil-ħin liberu tagħhom. Għalkemm sar kull tentattiv sal-aħħar minuta biex din il-lista ssir, baqgħu ma nstabux in-nies meħtieġa u għalhekk kellha tiġi posposta. Tlieta minn dawn il-pazjenti kienu diġa ammessi l-isptar bħal ma normalment isir f'operazzjonijiet ta’ din in-natura u għalhekk ma setgħux jiġu nfurmati qabel.
Jista' l-Ministru jpoġġi n-National Formulary General Practitioner List fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm minn dawn l-items huma out of stock bħalissa? Kemm minn dawn l-items ma jiġux impurtati mis-settur privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18519 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid mindu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ:
a) ma kienx hemm qraba reġistrata għall-perjodu definit mill-liġi;
b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi;
ċ) X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja;
i) minħabba mewt;
ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat
iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti?
Tista' tagħti l-informazzjoni ta (b) u (ċ) xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kera l-Awtorità tad-Djar ma tterminat l-ebda kirja fuq post residenzjali tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19093 u ċioe: Peress li Triq ir-Repubblika l-Belt hi prime site għat-turisti, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fiha jistgħux jiġi posposti għal wara Awissu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.