Legislature:
Category:
Reset
Active:

Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20100 u ċioe: B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16469, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur x’seħħ mit-talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li kellu jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħu, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Bħalissa kemm hemm każijiet pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan iċ-Child Development Assessment Unit?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kien hemm qbil dwar l-ingaġġ tat-12-il psikologu li kienu inklużi fil-Capacity Building Exercise. Bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti biex tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Infurmat wkoll li bħalissa hemm 566 każ ta’ tfal jistennew assessment psikoloġiku bħala parti mill- assessment komprensiv u multi-dixxiplinarju li jseħħ ġewwa ċ- Child Development Assessment Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa. Din il-lista ta’ stennija tinqasam fi tnejn: · Tfal imwielda fl-2006 u iżgħar ingħataw l-appuntamenti kollha u ser isir l- assessment matul is-sitt xhur li ġejjin. Dawn jammontaw għal-189 każ. · Fil-każ ta tfal li twieldu fl-2005 u ikbar hemm lista ta’ stennija ta’ sena u disa’ xhur. F’din il-kategorija hemm 377 każ. Il-lista totali ta’ stennija f’April ta’ din is-sena kienet 646. In-numru li hemm fuq il-lista ta’ stennija bħalissa (566) jinkludi wkoll każijiet oħra ġodda li ġew riferuti minn April sal-lum.

Għajnuna soċjali mwaqqfa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19713 u tgħid kemm-il persuna fuq għajnuna soċjali twaqqfilha dan il-benefiċċju fl-aħħar sentejn u nofs? Tista' tagħti din l-informazzjoni: a) xahar b'xahar; b) lokalità b'lokalità; ċ) skont l-age group; u d) skont in-natura tal-marda kronika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 19713

informazzjoni dwar ħaddiema bil-paga minima

Question

Fir-rigward tal-miżuri li ġew imħabbra fil-budget, jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li hawn ħaddiema fuq il-paga minima f'pajjiżna bħalissa? Jista' jgħid kemm jirriżulta li hawn persuni li għandhom turnover li ma jaqbiżx is-€7,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-rekords tad-Dipartiment tal-VAT fis-sena 2009 kien hemm 11,910 persuni reġistrati li ddikjaraw turnover li ma qabżitx is-€7,000 fis-sena. Skont il-Labour Force Survey l-istima ta’ ħaddiema fuq il-paga minima matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2010 kienet tlaħħaq it-3,221.
Leg 11 PQ #20641 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ismijiet ta' postijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-postijiet storiċi importanti li nbidlilhom isimhom tul iż-żmenijiet, ikollhom ukoll l-isem preċedenti miżjud bi prominenza fuq il-faċċata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema postijiet storiċi qed jirreferi.

Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani — social assistants minn part-time għal full-time

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il part-time social assistant fid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani jaħdem aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minnhom urew ix-xewqa li jibdew jaħdmu full-time? Saru trattattivi mat-trade unions dwar dan? Fiex waslu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Marsa — Menqa - problemi fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi problemi hemm fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Menqa l-Marsa? Meta hu ppjanat li tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-problemi fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Menqa l-Marsa ġejjin mill-ammont kbir ta’ ilma tax-xita mqabbad illegalment mas-sistema tad-drenaġġ li allura ma tlaħħaqx ma' dan il-volum kollu. Din is-sitwazzjoni tiġi solvuta meta jsir ix-xogħol imsemmi fil-Master Plan tad-drenaġġ liema xogħol jsir meta jiġu allokati l-fondi finanzjarji.

għoti ta' blood glucose strips

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-għoti ta' blood glucose strips lil dijabetiċi ta' 'il fuq minn 35 sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ma saru l-ebda żviluppi ġodda dwar l-għoti ta' blood glucose strips lil dijabetiċi ta' 'l fuq minn 35 sena, madankollu fil-futur qarib meta sseħħ ir-riforma ta’ Schedule V il-limitu tal-età ħa jitneħħa għall-pazjenti dijabetiċi li jibdew jibbenefikaw permezz ta’ din l-iskeda.

Operazzjonjiet — Waiting list

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10705 dwar waiting lists għal operazzjonijet, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' stennija bħalissa għat-tliet tipi ta' operazzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu

Question

B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16469, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur x’seħħ mit-talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li kellu jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħu, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Prim Minisitru? Bħalissa kemm hemm każijiet pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan iċ-Child Development Assessment Unit?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — bini ta' housing units

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew housing units mill-Awtorità tad-Djar matul din il-leġislatura? Jekk kien hemm, fejn u kemm minnhom ġew allokati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sa Settembru ta’ din is-sena, l-Awtorità tad-Djar kienet responsabbli għat-tlestija ta’ diversi proġetti ta’ housing li jinkludu b’kollox 262 unit. Il-lokalitajiet kienu Bormla, Kalkara, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mrieħel, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Qawra, Siġġiewi, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. 89 units ġew allokati bil-bejgħ bi prezz issussidjat waqt li 83 unit ġew allokati bil-kera jew b’kiri. 90 unit ieħor qed jitkompla x-xogħol biex jiġu allokati.

Awtorità tad-Djar — proprjetà mixtrija mill-privat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtratx xi proprjetà mill-Awtorità tad-Djar mill-privat bil-għan li tiġi allokata matul din il-leġislatura? Kemm inxtrat, f’liema lokalitajiet u kemm ġew allokati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar tixtieq tinforma lill Onorevoli Interpellant illi ma nxtratx proprjetà mill-Awtorità tad-Djar mill-privat bil-għan li tiġi allokata matul din il-leġislatura.

Xagħra tal-Furjana — Arranġamenti tal-parking spaces

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20010, kont qed nirreferi għat-taraġ fl-ispectators' area tal-faċilitajiet sportivi. Jista' allura l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru rigward l-użu tal-parking spaces fl-inħawi madwar il-faċilitajiet sportivi fix-Xagħra tal-Furjana? Kif ibbenefika l-Floriana Football Club minn dawn l-arranġamenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi qed jiġi propost li parti minn din iż-żona tintuża għall-parking waqt li parti oħra tibqa' għall-użu preżenti. Iż-żona kollha hi proprjetà tal-gvern u m'għaddietx għand il-Floriana FC bħal ma ġara bil-grounds tal-football.

Furjana — Dar tal-Anżjani - waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward id-dar tal-anzjani tal-Furjana: a) kemm-il applikant huwa fuq il- waiting list u kemm ilu jistenna f'kull każ; b) kemm-il anzjan/a ma baqgħux jgħixu hemm fl-aħħar sena? Min ħa posthom f'kull każ? Kemm kienu ilhom fuq il-waiting list; u ċ) x'qed iżżom milli jitranġa l-lift prinċipali li ilu bil-ħsara għal tant żmien?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jaħdem bit-teleworking? Kemm-il siegħa qiegħda tingħata kull ġimgħa? F'każ li jkun hemm bżonn li ħaddiema jkollhom jikkomunikaw mat-teleworkers waqt il-ħin tax-xogħol, kif isir dan? X'timeframes jinżammu sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali hemm 52 teleworker fejn dawn jaħdmu 4 siegħat il-Head Office u l-kumplament jaħdmu mid-dar, persuna waħda taħdem 24 siegħa mill-uffiċċju u l-kumplament mid-dar, persuna waħda taħdem 31 siegħa mill-uffiċċju u l-kumplament mid-dar u persuna waħda taħdem 20 siegħa mill-uffiċċju u l-kumplament mid-dar. It-total ta’ Teleworkers hu ta’ 55. Dawn jistgħu jiġu kkuntatjati kemm bit-telefon kif ukoll bil-posta elettronika u l-informazzjoni trid tingħata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

supply ta' mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema mediċini qegħdin fl-urġent out of stock procurement list? Meta se tidħol l-ewwel supply u għal kemm-il pazjent u għal kemm xhur f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mature students — korsijiet ta' nursing

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il mature student applika għall-korsijiet ta' nursing fl-Università u li l-applikazzjoni ma ġietx aċċettata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Universita’ rċeviet 22 applikazzjonijiet bi kwalifiki lokali u 5 applikazzjonijiet bi kwalifiki barranin għaż-żewġ korsijiet tan-Nursing mingħand persuni li ma għandhomx il-kwalifiki kollha meħtieġa iżda li applikaw skont it-termini tal-“maturity clause”. Din is-sena l-postijiet disponibbli fil-korsijiet li jwasslu għall-Bachelor of Science (Honours) – Nursing u l- Preparatory Course għad- Diploma in Nursing żdiedu għal 175. Kienu aċċettati dawk l-applikanti li kellhom il-kwalifiki kollha meħtieġa.

Xagħra tal-Furjana — Arranġamenti tal-parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru rigward l-użu tal-parking spaces fl-inħawi madwar il-faċilitajiet sportivi fix-Xagħra tal-Furjana? Kif ibbenefika l-Floriana Football Club minn dawn l-arranġamenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku dwar liema spazji qed jirreferi għalihom.

Mediċini out of stock

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlmantari 17996 dwar mediċini out of stock, jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata din l-istess informazzjoni minn April sa Settembru 2010? Jista' jgħid kemm hu kkalkulat li kienu jiswew dawn il-mediċini li kieku ġew provduti lill-pazjent għal tant jiem skont il-perjodu out of stock għal kull medicina għal kulmin baqa' mingħajrha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Furjana — Triq Sant' Anna - xogħlijiet fuq subways

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex x-xogħlijiet fis-subways fi Triq Sant' Anna l-Furjana qed jieħdu daqshekk fit-tul? Kemm ġew ivvutati flus għal dan ix-xogħol? Kemm intnefqu? Jista' jagħti l-breakdown tagħhom? Meta hu maħsub li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq is-subways ta’ Triq Sant’Anna l-Furjana tlestew fil-ġimgħat li għaddew. B’kollox ġew ivvutati €55,460 u qed isiru snag lists sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-kontijiet finali tax-xogħol li sar.

allokazzjoni tal-appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jiġu allokatli l-appartamenti fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljun, Furjana? Liema kategorija ta' applikanti se jkunu kkunsidrati għall-kiri ta' dawn l-appartamenti? Fost l-applikanti għall-social housing li għażlu l-Furjana bħala l-ewwel waħda. kemm minnhom joqogħdu l-Furjana u f'liema kategorija jinsabu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-appartamenti fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljun Furjana qegħdin fi stat ta’ shell form u għalhekk iridu jiġu finished sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati. It-tender għall-finishings ta’ dan il-proġett ingħata u huwa previst li dawn jitqassmu fix-xhur li ġejjin. Dawn l-appartamenti ser jingħataw lill-applikanti fuq il-waiting list skond bżonnijiet soċjali tal-individwi. L-Awtorità tad-Djar għandha ħamsin applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li l-ewwel preferenza tagħhom hija l-lokalita tal-Furjana. Minn dawn, tletin minnhom jirrisjedu l-Furjana. Il-kategoriji ta’ dawn il-50 applikazzjoni huwa kif ġej: KATEGORIJA TOTAL Miżżewġa 10 Separati 7 Single 9 Single Parent 15 Romol 9