Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-kumpanija GO takkomoda spazju fuq l-iskeda tat-TV tagħha lil xi stazzjon lokali li għamel upgrade tas-servizzi tiegħu, bħal fil-każ tal-UTV, issa li l-istazzjon Calypso Music mar GIO?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37121 u 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36563.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37120 u 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar is-sena l-oħra għamlet mapep strateġici minn dawk it-toroq li jeċċedu s-6,000,000 passaġġi f'sena. Triq Reġjonali, Santa Venera ukoll ġiet inkluża f'dan l-eżerċizzju. Dawn il-mapep saru b'muddellar 3D (bil-kompjuter), iġifieri b'kalkulazzjoni u mhux b'kejl. L-Awtorita' għamlet ukoll il-pjan t'azzjoni dwar l-istorbju mit-toroq maġġuri li ġew identifikati mill-istess mapep. Dan il-pjan jidentifika l-proċess għall-pjan t'azzjoni li jista' jittieħed meta jkun hemm xi toroq li jeċċedu livelli ta' ħsejjes stabbiliti. Infurmat illi t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant tagħmel parti minn dan il-pjan.
Dan il-pjan t'azzjoni nħareġ għall-konsultazzjoni pubblika u qiegħed jiġi ffinalizzat. Ġa la darba dan jiġi ffinalizzat, ippublikat u jibda x-xogħol fuq dan il-pjan t'azzjoni, il-MEPA tkun f'posizzjoni li tagħmel rakkomandazzjonijiet lil Transport Malta bħala l-Awtorita’ Kompetenti, sabiex isiru miżuri biex jitnaqqsu ħsejjes ambjentali f'toroq li jkunu ġew identifikati bħala problematiċi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37481 (a) u (b), jista' l-Ministru jgħid jekk tali xogħlijeit meħtieġa fl-appartament stess isirux ukoll mill-awtorità stess? Fil-każ tat-tweġiba għal punt (ċ), meta hu maħsub li dawn it-toroq jiġu inklużi fl-iskemi ta' xiri ta' appartamenti tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-21 t’Awwissu, 2012 ingħalqet l-iSkema SM sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tagħmel it-tiswijiet ta’ strutturi perikolużi ġewwa l-appartamenti ukoll. Qabel dan seta’ jsir biss jekk issir applikazzjoni għall-iskema imsemmija mill-inkwilin.
F’dawn il-ġimgħat l-Awtorità qed toħroġ diversi tenders maqsumin f’diversi reġjuni ta’ Malta u Għawdex sabiex titħaffef l-effiċjenza li biha jsiru t-tiswijiet meħtieġa.
Fil-każ tal-faċċati, l-Awtorità tad-Djar bdiet programm estensiv ta’ manutenzjoni ta’ housing estates fejn flok tissewwa l-ħsara fuq talba tal-inkwilin, uffiċjali tal-Awtorità qegħdin jispezzjonaw fid-dettal kull binja sabiex jiġu identifikati bżonnijiet ta’ tiswija kollha, inkluż fil-faċċati.
L-ewwel tender li ħarġet kienet tkopri Block A u F, Binja Skorba, Mġarr. Fil-ġimgħat li ġejjin ħerġin t-tenders għal Blk 5A u 5B, Triq is-Sur, L-Isla, u Okella Agius, Ħamrun.
Il-medja tal-valur tax-xogħlijiet ta’ kull tender huwa ta’ madwar €250,000.
Meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet, il-binjiet ser jiddaħħlu fi programm ta’ manutenzjoni preventiva li tara illi l-ħsarat jiġu evitati.
Il-proprjetajiet fit-toroq imsemmija għad ma jistgħux joħorġu għal bejgħ minħabba illi dawn inbnew fuq art taħt
Possession & Use
u s-sidien oriġinali għadhom qed jiġu identifikati mid-Dipartimenti tal-Artijiet sabiex jingħatalhom kumpens xiereq. Qabel ma jsir dan, l-Awtorità tad-Djar ma jkollha l-ebda titolu illi toħroġhom għal bejgħ.
Studenti li għandhom Diploma in Nursing — infermiera u carers
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37482. jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni gradwati f'Diploma in Nursing li għadhom jaħdmu f'grad ta' carer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37477, jista' l-Ministru jara li l-avukat jew prokuratur legali li jkun imissu jassisti persuna fil-Qrati Ċivili u tal-Familja jirreferi lill-klijent intitolat għall-għajnuna legali biex dan imur għand avukati oħra fil-privat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura skont il-liġi hija dik kif imfissra fir-risposta preċedenti. Jekk l-Onor Membru qed jirreferi jistax ikun il-każ li l-avukat u l-prokuratur legali hekk nominati mill-elenku, huma stess jirreferu lil klijent għand avukat jew prokuratur legali ieħor kemm minn dawk li huma fuq l-elenku u kemm jekk ma jkunx, il-liġi ma tipprovdix għal dan.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm każijiet ta' twelid ta' triplets? Kemm minn dawn it-trabi jirriżulta li:
a) mietu; u
b) twieldu b'cerebral palsy?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin (2007-2011), kien hemm 21 każ ta' twelid ta' triplets li minnhom twieldu 63 tarbija.
Min dawn il-63 tarbija, waħda kienet
still-birth
u 4 mietu fl-ewwel xahar tal-ħajja. Erbgħa minn dawn it-
triplets
huma ikkonfermati li għandhom
cerebral palsy
.
Jista' l-Ministru jgħid hux leġittimu li persuna li tersaq għal Legal Aid, tintbgħat għand avukat/avukati privatament?
Response (SAID, CHRIS)
Direttorat tal-Qrati Civili u t-Tribunali
B’referenza ghall-interpellanza tal-Onor. Membru biex persuna tkun assistita minn avukat tal-ghajnuna legali din ghandha tmur fl-ufficju tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali gewwa l-Qorti, u jekk l-avukat jara li din tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Ligi jaghmel talba lil Qorti biex tkun ammessa ghal beneficcju tal-ghajnuna legali u wara l-hrug tas-soliti bandi, l-Qorti tghaddi biex tinnomina avukat u prokuratur legali li lilhom ikun imiss it-turn biex jassistu lil din il-persuna.
Direttorat tal-Qrati Kriminali u t-Tribunali
Quddiem il-Qrati ta’ Gurisdizzjoni kriminali, kull persuna li tidher quddiem il-Qorti u tiddikjara li m’ghandhiex avukat u titlob lil Qorti li tahtrilha avukat sabiex jassistieha, il-Qorti hija fid-dmir li tinnomina avukat tal-Ghajnuna legali sabiex jassisti tali persuna, irrispettivament jekk din il-persuna ghandhiex mezzi jew le.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet minn bejjiegħa tal-monti sabiex il-permess tagħhom jiġi trasferit/irtirat? Kemm iħallas il-gvern filkaż li l-permess jiġi irtirat fil-Belt Valletta?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li m'hemmx talbiet minn bejjiegħa tal-Monti sabiex il-permess tagħhom jiġi trasferit/rtirat. Fil-preżent ma teżisti l-ebda skema biex permess tal-bejjiegħa tal-Monti jiġi rtirat fil-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-Awtorità fil-ħruġ tad-direttorji tat-telefown?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-entità li hi maħtura biex tippubblika id-direttorju tat-telefon f'forma stampata għadha ma pubblikatux, il-gvern iddeċieda jagħmel dan hu stess.
Biex jintlahaq dan l-għan il-MITA nnotifikat l-Awtorità ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni, biex bħala fornitur tad-direttorju (Publicly available telephone directories and directory enquiry services) hi tippublika dan id-direttorju f'forma stampata.
Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn il-MITA qegħda tiġbor l-informazzjoni tal-abbonati mingħand l-operaturi kollha tat-telefonija liema operaturi għandhom l-obbligu li jipprovdu tali nformazzjoni għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' binja tal-gvern, l-Awtorità tad-Djar ħarġitx skema għal:
a) tikħil;
b) tiswija ta' soqfa;
ċ) stallar ta' lifts filkaż ta' persuni b'diżabilità; u
d) xiri ta' proprjetà fi Triq il-Kavalier u Triq il-Punent fil-Belt Valletta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi:
a) L-Awtorità tad-Djar hija responsabbli mit-tikħil tal-faċċati tal-proprjetà tal-Gvern ghalhekk ma tezisti l-ebda skema. Tali xogħlijiet isiru mill-istess Awtorità tad-Djar
b) L-Awtorità tad-Djar hija responsabbli mill-istrutturi tal-proprjetà tal-Gvern għalhekk ma teżisti l-ebda skema. Tali xogħlijiet isiru mill-istess Awtorità tad-Djar
c) L-Awtorità tad-Djar ghandha skema “Istallazzjoni ta’ Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjetà tal-Gvern”, fejn fost kundizzjonijiet oħra jkun:
i. wiehed mill-applikanti jkollu diżabilità relatata ma’ mobbiltà jew problemi ta’ mobbiltà; u
ii. ghall-inqas wiehed mill-applikanti jkun inwilin rikonoxxut mill-Gvern; u
iii. ikun fizikament possibbli li l-lift jiġi stallat; u
iv. il-blokk irid ikun ta’ tliet sulari jew akar mil-livell tat-triq; u
d) Sal-lum residenzi ġewwa Triq il-Kavalier u Triq il-Punent Valletta mhux qed jiġu offruti għall-bejgħ.
Studenti li għandhom Diploma in Nursing — infermiera u carers
Question
Jista' l-Ministru jgħid fost is-70 gradwat/gradwata f'Diploma in Nursing li kienu bdew il-kors fl-2009, kemm minnhom huma impjegati bħala infermiera? Kemm minnhom għandhom impjieg fi grad ta' carer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ingaġġ tal-infermiera jsir abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u li l-persuni ma jiġux ingaġġati abbażi tas-sena partikolari li fiha jkunu ggradwaw. Infurmat li l-identita’ tal-gradwati li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, hija informazzjoni li tinsab għand l-Università ta’ Malta u għaldaqstant l-istatistika ma tinsabx għand dan il-Ministeru.
Jista' l-Minstru jgħid jekk tapprezzax l-Awtorità tad-Djar li binja kkundannata li d-dettalji dwarha qed jitnagħtu separatament, fejn għadhom jgħixu 4 familji diġà kellha ħsarat konsiderevoli f'soqfa fil-maltemp fil-bidu ta' Settembru? Peress li s-sidien mhumiex jamministraw din il-binja u f'kwalunkwe każ il-ħsarat jiswew wisq biex jissewwew, jistgħu jiġu evakwati dawn il-familji mill-aktar fis possibbli biex tiġi evitata diżgrazzja f'din il-kerrejja?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha biss applikazzjoni waħda minn dan l-indirizz. Għaldaqstant il-familji l-oħra huma mitluba biex jirrikorru ġewwa t-taqsima tal-Customer Care fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex jew japplikaw għall-akkommodazzjoni alternattiva jew jaraw x’iskemi toffri l-Awtorita’ tad-Djar. Il-binja li hija tal-privat u li kienet derekwizzizjonata fid-19 ta’ Diċembru, 2007 u għalhekk m’għadiex aktar amministrata mill-Gvern, hija mikrija mis-settur privat u l-Awtorità tad-Djar m’għamlet l-ebda spezzjoni. Iżda skont rapport ta’ perit privat il-maġġorparti tal-ħsarat jinsabu fil-partijiet komuni minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37019 u jgħid jekk hux possibli jsir public convenience għall-pubbliku fit-terminus tal-karozzi tal-linja f'Bieb il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tar-riġenerazzjoni tat-Terminus tal-Belt jinkludi fih li jsir public convenience fl-istess aona.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 36647 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn liema tip t'għajnuna jistgħu jibbenefikaw bands mużikali lokali sabiex ikollhom l-opportunità ta' esperjenza barra minn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, fi Frar tal- 2012 nieda fond ġdid għad-Diplomazija Kulturali bil-għan li jippromwovi il-kultura u l-identita' Maltija l-barra minn xutna. L-allokazzjoni għal din l-ewwel sena kienet ta' €75,000 Ewro.
Il-Proċess li jwassal għall-għoti tal-għajnuna huwa kif ġej. Tinħareġ sejħa interna lill-Ambaxxati ta' Malta biex jibgħatu il-proposti kulturali tagħhom għall-konsiderazzjoni minn kumitat ta' Koordinazzjoni maħtur apposta għal dan il-għan. Din is-sejħa inħarġet fil-bidu ta' din is-sena. Ir-rappreżentanti f'dan il-kumitat huma mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent u l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Peress li n-natura ta' dan il-Fond hija differenti minn dik tal-Arts Fund li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, is-sejħa għal proposti kulturali ssir direttament lill-Ambaxxati li minn naħa tagħhom huma mistennija li jressqu proġetti li fil-fehma tagħhom jistgħu jagħtu viżibilita' wiesa tal prodott kulturali Malti fil-pajjiż minn fejn joperaw. Dan kollu jsir fi sforz sabiex Malta tkun dejjem rappreżentata bi proġetti kulturali ta' kwalita' għolja li twassal fost l-oħrajn għal promozzjoni xierqa ta' pajjiżna kif ukoll tagħti opportunita' lil artisti Maltin biex jiżvillupaw kuntatti ma' artisti barranin.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk Transport Malta tistax tirrakmanda li jsir bus stop shelter fi Triq Sarria l-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lli l-bus stops fl-imsemmija triq jintużaw prinċipalment sabiex passiġġieri jtemmu l-vjaġġ tagħhom fuq dawn il-bus stops u mhux biex jibdew il-vjaġġ. Għaldaqstant, l-awtorità ma tarax il-bżonn illi jsiru bus shelters fuq dawn il-bus stops.