Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward tad-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea COM 2008/414 dwar Patient Rights in Cross Border Health Care?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ewwel abbozz tad-Direttiva proposta nħarġet mill-Kummissjoni f’Ġunju tal-2008. Saru bosta diskussjonijiet fuq livell ta’ kunsill taħt il-Presidenza Franċiża, Ċeka, Svediża u Spanjola. Il-Kunsilll inkarigat mill-Impjiegi, Politka Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumaturi laħaq ftehim politiku fuq l-abbozz tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa trans-konfinali, abbażi ta’ kompromess ta’ proposta mill-Presidenza Spanjola fis-sessjoni ta’ Ġunju 2010.
Minn Ġunju ‘l hawn, l-abbozz addottat ġie sottopost għal analiżi mill-Parlament Ewropew. Tlesta l-ewwel qari u bħalissa għaddejjin negozzjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Presidenza (trijalogi).
Fl-eżami tal-Junior Lyceum għat-tfal fi Prep 6 fi skejjel privati, tista' l-Ministru tassigura li tibqa' tingħata l-faċilità ta' readers għal tfal bi bżonnijiet speċjali (learning difficulties)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-eżami tal-Junior Lyceum, li kien eżami selettiv, mhux se jibqa’ jsir aktar. Minfloku se jidħol eżami imsejjaħ End of Primary Examination li l-għan prinċipali tiegħu hu li jservi bħala benchmark. Il-karti ser ikunu mfassla b’mod differenti u ser ikunu aktar adattati għat tfal bi bżonnijiet u ħiliet differenti. Għaldaqstant is-servizz ta’ access arrangements li kien qed jiġi pprovdut għal tfal bi bżonnijiet speċjali qed jiġi diskuss ma’ persuni speċjalizzati, bil-għan li l-kandidati jieħdu l-għajnuna meħtieġa meta jkollhom bżonnha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ripetutament pazjenti li jkollhom jirritornaw għal sessjoni oħra ta' fiżjoterapija fl-Isptar Karen Grech, isibu li ma jkunx ġie organizzat trasport għal dan il-għan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għal kull pazjent li jikwalifika għat-trasport tal-isptar biex jattendi għal sessjoni ta fiżjoterapija, jsiru arranġamenti mill-fiżjoterapisti rispettivi mat-Transport Section tal-isptar, sabiex jiġi provdut trasport lejn l-isptar u lura lejn id-dar.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi d-dettalji tal-każ, biex dan ikun jista’ jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana kellhom gastro enteritis fl-aħħar jiem? Kemm minnhom kellhom bżonn jintbagħtu l-isptar? Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-istaff? Saru testijiet fuq kampjuni tal-ikel provdut? Kien hemm staff li kellhom ukoll din l-infezzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta' residenti fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana li kellhom gastro enteritis kienu erbgħa (4). Ħadd minnhom ma kellu bżonn jintbgħat\tintbgħat l-isptar. Il-prekawzzjonijiet li ttieħdu mill-istaff huma dawn:
(i) l-istess erba’ anzjani nżammu fil-kamra tagħhom biex jiġi evitat
cross infection
; (ii) l-istess erbgħa anzjani ġew imġiegħela li jaħslu jdejhom wara kull darba li jużaw il-
bathroom
kif ukoll qabel kull darba li jieklu xi ħaġa; (iii) l-istess erba’ anzjani nżammu fuq
very light diet
u
dairy free diet
; u (iv) l-erba’ anzjani ġew ipprovduti bil-kura neċessarja mit-tobba u l-professjonisti l-oħra tas-saħħa.
Ma saru ebda testijiet fuq kampjuni tal-ikel provdut minħabba li t-tabib tal-Floriana
Health Centre
ikkonferma li din kienet
viral infection
u mhux
food poisoning
. Ma kienx hemm staff li kellhom ukoll din l-infezzjoni ta`
gastro enteritis
pero’ kien hemm biss żewġ impjegati li kellhom
gastric flu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fiżjoterapisti b'post permanenti full-time fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom ikunu fl-on call duty roster? Minn dawk li mhumiex, x'inhi r-raġuni f'kull każ? Hemm il-ħsieb li dawn tal-aħħar fejn hu possibbli jibdew ukoll ikunu fl-on call duty roster?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ġnien tal-Argotti l-Furjana, kemm intnefqu flus u kemm sar xogħol f'sigħat f'restawr tal-monumenti, ħwat tal-ilma, ħitan u pavimentar fl-aħħar sentejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru tiegħi kien involut fix-xoghol tal-bini mill-ġdid tal-ħajt li jagħti għat-triq. Ix-xogħol fuq dan il-proġett ġie jiswa €157,140.25. Infakkar li parti mill-istess ġnien hija amministrata mill-Università.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jiġu allokati l-appartamenti fi Triq l-Argotti u Triq l-Iljun, il-Furjana?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Preżentament hemm 3 binjiet – A,B u C. Bħalissa qed isir xogħol fuq il-finishing ta’ binja C. Din il-binja tkun lesta fl-aħħar ta’ Frar 2011. Binja B tkun lesta għall-aħħar ta’ Mejju 2011, waqt li binja A tkun lesta fil-bidu tal-2012. Meta x-xogħol jitlesta’, l-Awtorita’ tkun tista’ talloka r-residenti skont il-waiting list tagħha.
Klinika St. James Żabbar — rapporti dwar mebrijuni mejta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il embrijun mejjet sar rapport dwaru mill-Klinika St. James Żabbar sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet li jinżamm mid-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa u Riċerka jiġbor informazzjoni miċ-ċertifikati tal-mewt. Ċertifikat tal-mewt jinħareg biss għal feti 'l fuq minn 500g u/jew dawk li jaqbzu it-22 ġimgħa ta’ tqala. It-terminoloġija embrijun tirreferi għall-perjodu bikri tat-tqala mill-konċepiment sat-tmiem it-tmien ġimgħa. Għaldaqstant m’hemm l-ebda obbligu biex informazzjoni dwar dawn l-embrijuni tintbagħat lid-Dipartiment imsemmi hawn fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel/tifla nstabu li jbatu b'Celebral Palsy bħala new case sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena? F'kemm-il każ jirriżulta li t-twelid kien multiplu? Fejn hu rapportat li twieldu każ b'każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li statistiċi nazzjonali dwar pazjenti bis-Cerebral Palsy ma jinżammux fl-Isptar Mater Dei. Id-dijanjożi ta’ Cerebral Palsy ġeneralment ma ssirx mat-twelid, iżda aktar tard, meta d-diżabbilitajiet isiru aktar ċari u ovvji. Għalhekk, in-numru ta’ każi osservati fl-NPICU ma jurux l-istampa kollha.
Wieħed jista’ jieħu ndikazzjoni min-numru ta’ referti ġodda lis-CDAU b’dijanjożi ta’
Cerebral Palsy
kull sena. Fil-perjodu minn 1995 sa Ottubru 2010, kien hemm bejn każ wieħed sa 37 pazjent li ġew riferuti kull sena, b’medja ta’ 10 każi kull sena. B’kollox, kien hemm 166
new case
f’dan il-perjodu, li kienu mqassma hekk:
· 1995 sa 1999: 111 każ
· 2000 sa 2005: 42 każ
· 2006 sa 2010: 13 każ
Dawn l-istatistiċi jirriflettu n-numru inqas ta’ trabi li qed jitwieldu, kif ukoll it-titjib fil-kura qabel, waqt u wara t-twelid.
Statistiċi ta’ kemm il-każ kien minn twelid multiplu ma jinżammux mis-CDAU.
Meta jsir rapport lill-Pulizija dwar periklu minħabba li jkun waqa' xi ġebel u materjal ieħor minn bini abbandunat li sidu hu l-gvern, tista' l-Ministru tgħid x'passi jittieħdu u minn liema entità/dipartiment?
Kemm-il talba simili kien hemm waqt ix-xahar ta' Ottubru? X'ġara mill-każ li ġie rapportat fl-1 ta' Novembru 2010 minn residenti fl-inħawi tar-residenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bini li sidu hu l-Gvern jaqa’ taħt ir-reponsabilità tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern. Rapporti ta’ periklu fi propjetajiet residenzjali okkupati minn inkwilini jiġu riferuti lill-Awtorità tad-Djar biex jittieħdu l-passi neċessarji skont il-policies applikabbli. Matul ix-xahar t’Ottubru kien hemm talba waħda ta’ dan it-tip. Din waslet għand l-Awtorità tad-Djar fl-1 ta’ Novembru 2010 pero’ s’issa għadu ma wasal l-ebda rapport dwar ir-residenza li dwarha ingħataw id-dettalji f’din il-mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il applikant pendenti fost is-27 għaż-żewġ korsijiet ta' nursing fl-Università baqgħu ma ntgħażlux skont it-termini tal-maturity clause?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul ix-xahar t’Ottubru 18-il applikant li kienu applikaw għall-kors ta’
nursing
bil-
maturity clause
issejħu għall-
interview
.
Minn dawn, 6 ntgħażlu biex jibdew il-kors għall-Baċċellerat u 4 ntgħażlu biex jibdew il-kors preparatorju għad-
Diploma in Health Science Nursing
.
3 applikanti ma ġewx rakkomandati għad-dħul fl-ebda kors filwaqt li l-5 l-oħra ma attendewx għall-
interviews
.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 17672 u 18370, fost il-200 applikazzjoni għal adozzjoni mill-2007 'l hawn li m'għadhomx pendenti, tista' l-Ministru tgħid:
i) Kemm minnhom kellhom eżitu pożittiv?
ii) Minn dawk b'eżitu pożittiv:
a) x'kienet l-età tat-tfal;
b) x'kienet in-nazzjonalità tat-tfal;
c) x'kienet in-nazzjonalità tal-applikanti; u
d) x'kien il-perjodu ta' stennija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
għajnuna għall-għoli tad-dawl u tal-ilma li ċerti households ma rċevewx
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il household ilmentat li ma rċevietx il-pagament (allowance) bħala għajnuna one-off għall-għoli fit-tariffi tad-dawl u tal-ilma? Kif inhuma reġistrati li saru l-ilmenti jekk hux b'ittra, b'telefonata, jew bi żjara fl-uffiċċju tal-Arms Ltd jew f'xi entità governattiva oħra? X'inhi r-raġuni li ngħatat f'kull każ? X'inhi l-lokalità tal-households li ilmentaw? X'inhu t-total dovut lil dawn il-familji li jirriżulta li jkun sar żball mill-Arms Ltd fil-konfront tagħhom? Meta hu maħsub li l-households jingħataw dak li hu dovut lilhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20831.
Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani — social assistants minn part-time għal full-time
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il part-time social assistant fid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani jaħdem aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minnhom urew ix-xewqa li jibdew jaħdmu full-time? Saru trattattivi mat-trade unions dwar dan? Fiex waslu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda Part-Time Social Assistant fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jaħdem iktar minn ħamsa u tletin siegħa fil-ġimgħa.
Sitt mija u tletin (630)
Part-Time Social Assistants
li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani applikaw sabiex jaħdmu bħala
Social Assistants
full-time
.
Wara diversi laqgħat u trattattivi mat-
trade unions
, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ kien ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal
Social Assistants
fi Frar ta’ din is-sena. Bħal issa il-Bord ta’ l-Għażla għaddej bil-proċess li jevalwa l-applikazzjonijiet biex jibdew isiru l-
interviews
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20072 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlmantari 17996 dwar mediċini out of stock, jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata din l-istess informazzjoni minn April sa Settembru 2010? Jista' jgħid kemm hu kkalkulat li kienu jiswew dawn il-mediċini li kieku ġew provduti lill-pazjent għal tant jiem skont il-perjodu out of stock għal kull medicina għal kulmin baqa' mingħajrha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna fuq għajnuna soċjali twaqqfilha dan il-benefiċċju fl-aħħar sentejn u nofs? Tista' tagħti din l-informazzjoni:
a) xahar b'xahar;
b) lokalità b'lokalità;
ċ) skont l-age group; u
d) skont in-natura tal-marda kronika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dwar n-natura tal-marda kronika ma tinżamx.
Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il lokalità bdiet titħaddem is-sistema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? F'liema xahar ta' liema sena nbeda s-servizz f'kull lokalità? Kemm-il spiżerija rrinunzjat li tagħti dan is-servizz u f'liema lokalità? Hemm min kien laħaq beda jagħti dan is-servizz u għażel li ma jkomplix jagħmel dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat diġà appuntament għall-Outpatients fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Karen Grech rispettivament, bħala new case matul id-diversi xhur fl-2011? F'liema dipartimenti xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il Skeda V (kartuna safra) inħarġet lokalità b'lokalità sena b'sena, ġdida jew imġedda, mill-2008 'il hawn? Kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' stennija biex applikant għal Skeda V jingħata appuntament biex iġeddidha f'kull ċentru tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20008 u jgħid kemm u liema mediċini qegħdin fl-urġent out of stock procurement list? Meta se tidħol l-ewwel supply u għal kemm-il pazjent u għal kemm xhur f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.