Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22929 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pietà — Triq Joe Gasan - arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22605 u ċioe: Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga/Blata l-Bajda żdiedet sew il-kriminalità, anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanzi, jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitwaħħal arblu tad-dawl fejn il-bandli tal-Pietà, fuq in-naħa ta' Triq Joe Gasan, Ħamrun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali konċernat biex l-inħawi ndikati mill-Onor.Interpellant jiddawwlu kif meħtieġ.

Tfal li jbatu minn Cerebral Palsy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22611 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba peress li fid-dawl ta' leġislazzjoni pendenti dwar l-IVF, din l-informazzjoni hi kruċjali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

B'referenza għar-risposta li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 22049, minn dawn in-new cases ta’ cerebral palsy fil-perjodu minn 1995 sa Ottubru 2010, jirriżulta li kien hemm żewġ każijiet separati fejn it-tarbija kienet waħda minn tewmin.

Influwenza AH1N1 — mediċina Tamiflu b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22610 u ċioe: Rigward il-mediċina Tamiflu, jista' l-Ministru jgħid minn meta m'għadhiex tingħata b'xejn meta tkun preskritta minn tabib? Japprezza l-fatt li filwaqt li s-sena li għaddiet kienet qed tingħata b'xejn b'mod universali, issa lanqas qed tingħata b'xejn lil min għandu l-karta r-roża u dan fi żmien meta hemm tant admissions l-isptar b'kumplikazzjonijiet tal-Influwenza AH1N1?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-għoti tal-medicini Oseltamivir u Zanamivir b’xejn kienu parti mill-pjan ta’ rispons tad-Diviżjoni għall-Pandemija. In fakkar lill-Onorevoli interpellant li fil-preżent għaddejjin mill-fażi akuta tal-influwenza staġjonali u bl-ebda mod me aħna fi stat ta’ Pandemija. Għaldaqstant il-miżuri kollha li kienu ittieħdu is-sena l-oħra waqt li konna f’pandemija ma japplikawx għal din is-sena.

working group rakkmandat mill-Ombudsman — rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22241 u jgħid tlestix ir-rapport finali tal-working group li kien ġie rakkmandat mill-Ombudsman f'Jannar 2009 dwar policy nazzjonali dwar l-immaniġjar tal-listi ta stennija għall-operazzjonijiet fl-isptarijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Belt — Triq il-Merkanti - allokazzjoni tal-appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu previst li ssir l-allokazzjoni tal-appartamenti fi Triq il-Merkanti l-Belt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għaddejja bil-proċess ta’ analizzar ta’ applikanti eliġibbli għal dan il-blokk fi Triq Merkanti l-Belt. Hekk kif dan il-blokk jitlesta mix-xogħol refurbishing u ta’ xogħlijiet oħra, l-appartamenti jkunu lesti sabiex jiġu allokati skont il-kriterji stabbiliti.
Leg 11 PQ #22945 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardamanga — dawl f'Telgħet Gwardamanga

Question

Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga żdiedet sew il-kriminalità anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanza, jista' l-Prim Ministru jara li jiddawwal aħjar Telgħet Gwardamanga fl-inħawi tal-kamra mortwali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Pieta qed jikkunsidra s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant.

persuni u households bil-karta r-roża

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22173, tista' l-Ministru tgħid x'qed jistenna d-dipartiment konċernat biex jiġbor l-informazzjoni dwar il-persuni li għandhom il-karta r-roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bħalissa il-Karta r-Roża issir manwalment. Qed isiru diskussjonjiet kemm interni kif ukoll mad-Dipartiment tas-Saħħa biex il-ħruġ ta din il-Karta r-Roża jiġi awtomiżżat. Meta jsir dan ikun possibli li tingħata l-informazzjoni meħtieġa.

WSC — Ilma ġieri fil-basement

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12508, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tipprovax ssolvi l-każ tal-ilma ġieri fil-basement tal-familja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, każ li ilu għaddej tant snin u li baqa' mhux solvut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-investigazzjonijiet li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, ma jidhirx li dan l-ilma ġej mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet il-każ lid-dipartiment tas-Saħħa biex isiru iktar investigazzjonijiet minn fejn ġej dan l-ilma.
Leg 11 PQ #22605 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pietà — Triq Joe Gasan - arblu tad-dawl

Question

Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga/Blata l-Bajda żdiedet sew il-kriminalità, anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanzi, jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitwaħħal arblu tad-dawl fejn il-bandli tal-Pietà, fuq in-naħa ta' Triq Joe Gasan, Ħamrun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

persuni u households bil-karta r-roża

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22173 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni/households b'karta roża bħalissa? Kontemporanjament kemm minnhom mhumiex intitolati għal Għajnuna Supplimentari? Jista' din l-informazzjoni tingħata lokalità b'lokalità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fit-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22173 din il-Mistoqsija ma ġietx riferuta lill-Ministeru tieghi, nitolbu jerġa’ jaħmel l-istess Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Influwenza AH1N1 — mediċina Tamiflu b'xejn

Question

Rigward il-mediċina Tamiflu, jista' l-Ministru jgħid minn meta m'għadhiex tingħata b'xejn meta tkun preskritta minn tabib? Japprezza l-fatt li filwaqt li s-sena li għaddiet kienet qed tingħata b'xejn b'mod universali, issa lanqas qed tingħata b'xejn lil min għandu l-karta r-roża u dan fi żmien meta hemm tant admissions l-isptar b'kumplikazzjonijiet tal-Influwenza AH1N1?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tfal li jbatu minn Cerebral Palsy

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba peress li fid-dawl ta' leġislazzjoni pendenti dwar l-IVF, din l-informazzjoni hi kruċjali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Benefiċċju tal-wens

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu intitolat għall-benefiċċju tal-wens minħabba familjari b'mard serju u restrittiv: a) kif irrid ikun jiġi mill-persuna marida; b) x'inhu d-dħul finanzjarju li jirrendi l-applikant mhux eliġibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna mhux miżżewwġa jew persuna armla li tkun qed tieħu ħsieb, waħedha, fuq bazi full time u regolarment tal-ġenitur tagħha jew ħuha, oħtha, nannitha, zijuha, zijitha, missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett tista’ tapplika għall-Pensjoni tal-Wens. Din il-persuna trid tkun tgħix fl-istess dar ta’ abitazzjoni u l-pazjent irid ikun kostrett li jgħaddi ħajtu f’sodda jew wheelchair. Barra mill-kundizzjonijiet msemmija, il-persuna li tapplika għal din il-pensjoni trid tissodisfa test tal-mezzi. B’mod ġenerali biex persuna tikkwalifika ma jridx ikollha iktar minn €14,000 Kapital (propjeta’ jew flus il-bank), u d-dħul tagħha fil-ġimgħa minn imgħaxijiet, kirjiet, renti u kull dħul ieħor ma jridx jeċċedi € 94.81. Peress illi hemm xi kapital u/jew dħul li ma jiġix ikkunsidrat fit-test tal-mezzi, huwa dejjem importanti li persuna tfittex l-għajnuna ta’ l-Uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għal gwida dwar id-dritt tagħhom għal din il-pensjoni.

working group rakkmandat mill-Ombudsman — rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jgħid tlestix ir-rapport finali tal-working group li kien ġie rakkmandat mill-Ombudsman f'Jannar 2009 dwar policy nazzjonali dwar l-immaniġjar tal-listi ta stennija għall-operazzjonijiet fl-isptarijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Technical officer — xogħol amministrativ

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax tiġi indirizzata d-diffikultà li sabu rwieħhom fiha erba' technical officers ta' diretturi li jridu jagħmlu x-xogħol amministrattiv tagħhom minn ġo kamra żgħira ta' 18-il pied b'12-il pied, mingħajr ventilazzjoni u mingħajr faċilitajiet ta' kommunikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dan kien biss arranġament temporanju ta’ ftit ġimgħat u s-sitwazzjoni diġà ġiet indirizzata.

Furjana — allokazzjoni ta' appartamenti

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22047, kemm-il siegħa xogħol hu kkalkulat li fadal isir fuq Binja A, B u C, fi proġett li kien fuq id-drawing board aktar minn 20 sena ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif indikat fit-twegiba 22047 huwa previst li Binja A ser tkun lesta fil-bidu tal-2012, Binja B tkun lesta Mejju 2011 u Binja C fl-aħħar ta’ Frar 2011. Mhux possibbli li jkun ikkalkulat kemm fadal sigħat xogħol biex jitlesta kollox.

tfal li jbatu minn Celebral Palsy

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22049, u fid-dawl ta' leġizlazzjoni pendenti dwar l-IVF, permezz ta' numri ta' ID Card tistax issir ricerka u jingħad ta' lanqas kemm fost dawn il-166 każ ta' Celebral Palsy kellhom siblings li twieldu ħajjin fl-istess ħlas u għexu biżżejjed biex jingħatalhom numru ta' ID Card?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li biex wieħed jkun jista’ jagħti l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba, hemm bżonn li ssir riċerka fuq kull każ individwalment u għalhekk tirrikjedi il-ħin u r-riżorsi neċessarji. Jekk din l-informazzjoni hija kkonsidrata bħala kruċjali tkun inkluża fil-pjan tax-xogħol tad-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa u Riċerka għas-sena 2011.

Sptar Mater Dei — abortion

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu nawgurat l-Isptar Mater Dei sena b'sena, kemm daħlu nisa: a) b' threatened abortion ; b) kemm minn dawn ġew discharged b' inevitable abortion ; ċ) kemm minn dawn kellhom tqala ta' aktar minn 22 ġimgħa; u d) kemm minn dawn kellhom tqala multipla?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni u households bil-karta r-roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni/households b'karta roża bħalissa? Kontemporanjament kemm minnhom mhumiex intitolati għal Għajnuna Supplimentari? Tista' din l-informazzjoni tingħata lokalità b'lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li għandu d-Dipartiment hija dik biss ta’ min qed jitlob għal Karta r-Roza u mhux min għandu Karta r-Roza valida f’idejh.

fiżjoterapisti — fl-on call duty roster

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb 22045 u jgħid kemm hemm fiżjoterapisti b'post permanenti full-time fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom ikunu fl-on call duty roster? Minn dawk li mhumiex, x'inhi r-raġuni f'kull każ? Hemm il-ħsieb li dawn tal-aħħar fejn hu possibbli jibdew ukoll ikunu fl-on call duty roster?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa hemm 170 fiżjoterapista b’post permanenti full-time. Minnhom hemm 28 fiżjoterapista li jagħmlu l-on call duty roster. Fiżjoterapisti li huma tqal, dawk li qegħdin bir-reduced hours, jew fuq probation period m’humiex fil-lista ta’ l-on call duty roster. Bħalissa hemm 36 fiżjoterapista li qed jiġu mħarrġa biex ikunu fuq l-on call duty roster.