Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija on duty fl-inħawi ta' Paceville fil-lejl 20/21 ta' Lulju 2011? Peress li għal snin twal fix-xhur tas-sajf, minbarra fil-weekend ikun hemm numru kbir ta' żgħażagħ jiddevertu f'kull lejl iżda b'mod partikolari nhar ta' Erbgħa, tista' tingħata l-informazzjoni dwar kif jitqassmu l-pulizija kollha on duty(nation wide) fl-iljieli sajfin ta' matul il-ġimgħa? X'arranġamenti għal patrols tal-Pulizija u preżenza in ġenerali tal-inħawi ta' Paceville jeżistu in vista ta' rapporti ripetuti li jaslu mingħand ġenituri u anke fuq il-media, ta' inċidenti ta' aġġressjoni spissi?"
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija, barra dawk li hemm stazzjonati fid-Depot, huma mqassma fis-76 Għassa madwar Malta u Għawdex. Dawn ikunu maqsuma f’erba xifts. Matul is-sajf il-commitments jiżdiedu ħafna minħabba li tiżdied il-popolazzjoni bl-influss tat-turisti li jżuru pajjiżna, bil-festi li jkollna ta’ kuljum f’kull belt u raħal, attivitajiet oħra soċjali, politiċi u sportivi, kuf ukoll bix-xtajtiet iffullati bin-nies.
Infurmat ukoll illi f’postijiet turistiċi u ta’ veleġġatura, bħal ma huma Wied il-Għajn, Xgħajra, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Sliema, San Ġiljan, Buġibba u l-Qawra, l-Għadira, Għajn Tuffieħa u l-Armier, tiżdied il-preżenza ta’ Pulizija għal bon ordni u s-sigurtà kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.
Jista' l-Ministru jgħid jekk japprovax li s-servizz tal-cabs fil-Belt diffiċilment jista' jiġi sostitwit bis-servizz tal-Arriva, partikolarmant fit-toroq dojoq fin-naħa ta' fuq, fil-parti tal-Belt li fiha l-aktar jgħixu anzjani bi problemi ta' mobilità? Jista' jgħid jekk hux se jingħata kuntratt ġdid għas-servizz ta' cabs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta skedata tat-trasport pubbliku li ġiet introdotta għall-ewwel darba ġewwa l-Belt Valletta qatt ma kienet intenzjonata li tissostitwixxi s-servizz tal-electric minicabs, li huwa servizz mhux skedat u li jinkera fuq talba speċifika ta’ min jagħżel li jagħmel użu minnu; iżda tifforma parti minn network sħiħ ta’ servizzi ta’ transport pubbliku essenzjali li jaqdu l-ħtiġijiet ta’ kull min għandu bżonn, b’mod regolari u aċċessibbli, anki f’żoni fejn qabel ma kienux milħuqa.
Rigward hux ser jerġa’ jingħata kuntratt ġdid għas-servizz ta’
electric minicabs
, ninsab infurmat li dan mhux se jsir minħabba li llum il-ġurnata dan is-servizz huwa liberalizzat u jista’ jiġi operat minn kull min tinħariġlu Liċenzja ta’ Operatur skont ir-rekwiżiti li jinsabu fir-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (Avviż Legali 369 tal-2010).
Ninsab infurmat ukoll li l-operatur li kien iħaddem is-servizz ta'
electric minicabs
fil-Belt Valletta biegħ il-vetturi tiegħu l operatur ġdid, li issa qed joffri l-istess servizz ġewwa l-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk japprovax li bil-mod li bih ġie ristrett it-traffiku fin-naħa ta' Hastings, servizzi meħtieġa għal residenti anzjani b'diżabilità bħal Meals on Wheels mhux qed jaslu għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku fiż-żona ta' Hastings ġew introdotti f'Mejju li għadda bħala parti mill-arranġamenti għall-proġett ta' Bieb il-Belt. Aċċess għal Hastings għal karozzi żgħar sa daqs ta' minibuses u minivans ġie provdut mingħajr restrizzjonijiet ta' ħin minn Triq Melita u Triq Nofsinhar. Vetturi ta' daqs ikbar li jridu jipprovdu servizz f'din iż-żona jistgħu jaslu sa Kastilja u jgħaddu miż-żoni pedonali li huma aċċessibli f'ħinijiet speċifiċi tal-ġurnata.
Fir-rigward tal-iskema li biha applikazzjonijiet intlaqgħu fl-2008 sabiex jiġu rranġati/mibdula galleriji f'urban conservation areas bħall-Belt, ġaladarba l-permess tad-DCC ikun ħareġ fl-2010, jista' l-Prim Ministru jgħid humiex se jiġu mogħtija l-flus dovuti lill-applikanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li iva, meta l-applikant/applikanta li tkun kwalifikat biex tieħu għajnuna mill-iskema ta' Galleriji, ikollha applikazzjoni mal-Mepa li l-permess ikun ħareg fl-2010, dan l-applikant/applikanta jiġi mogħti l-flus dovuti.
Belt — Triq Zekka - parkeġġ riżervat għall-ħaddiema tas-settur pubbliku
Question
Konformi mal-fatt li l-Belt hi sew amministrattiva kif ukoll residenzjali, jista' l-Ministru jara li l-pjazzetta 'l fuq nett fi Triq Żekka li fiha l-ipparkjar ta' vetturi hu riservat għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, waqt li dawn jaħdmu bil-ħin tas-sajf, tibda tinfetaħ għall-vetturi tar-residenti mis-2.00pm sas-7.00am?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parkeġġ fiż-żona msemmija qiegħed jiġi rivedut u għaldaqstant għaddejt dan is-suġġeriment lil Transport Malta
Enemalta — studju fuq stallazzjoni ta' solar water heaters
Question
Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern mikrija, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-istallazzjoni ta' solar water heaters b'xejn biex itaffi mill-impatt taż-żieda fit-tariffi tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhijiex il-kompetenza tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħmel tali studju.
Awtorità tad-Djar — studju fuq stallazzjoni ta' solar water heaters
Question
Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern mikrija, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx studju mill-Awtorità tad-Djar fir-rigward tal-istallazzjoni ta' solar water heaters b'xejn biex itaffi mill-impatt taż-żieda fit-tariffi tad-dawl?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’Mejju 2011, l-Awtorità tad-Djar flimkien mal-Università ta’ Malta bdiet tippjana programm ta’ riċerka fuq l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija fil-binjiet tal-Gvern. L-Awtorità tad-Djar tittama li tkun tista’ tibda din ir-riċerka iktar tard din is-sena stess u li tkun tista’ tagħmel użu minn fondi Ewropej għal dan l-iskop.
Awtorità tad-Djar — proċedura ta' stallazzjoni ta' cameras
Question
Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern mikrija, tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura tal-Awtorità tad-Djar fir-rigward tal-istallazzjoni ta' cameras fil-partijiet komuni? Il-proċedura eżistenti kif tirrelata mal-Liġi tal-Condeminium kif ukoll dik dwar il-protezzjoni tal-privatezza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar preżentament m’għandha l-ebda
policy
fir-rigward ta’ installazzjoni ta’
cameras
f’partijiet komuni ta’ binjiet mikrija mill-Gvern. Il-postijiet tal-Gvern ma jaqawx taħt il-Liġi tal-Condominium
Dipartiment tal-Artijiet — proċedura ta' stallazzjoni ta' cameras
Question
Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern li kienu mikrija iżda li minoranza minnom ikunu nxtraw mill-inkwilini, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura tad-Dipartiment tal-Artijiet fir-rigward tal-istallazzjoni ta' cameras fil-partijiet komuni? Il-proċedura tagħti każ il-Liġi tal-Condeminium kif ukoll dik dwar il-protezzjoni tal-privatezza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti tal-Kirjiet u Bejgħ tal-appartamenti tal-Gvern isiru mill-Awtorità tad-Djar, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Numru ta' persuni ddikjarati li joqogħdu f'household
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru ta' persuni f'household jiddeterminax ir-rata ta' ħlas ta' units sew fil-każ tad-dawl kif ukoll fil-każ tal-ilma? F'kazijiet fejn in-numru ta' persuni f'household kien żbaljat (anqas minn numru ta' persuni li realment joqogħdu fir-residenza) għal numru ta' snin, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jistax jiġi ikkreditat lilhom f'kont sussegwenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati tal-ħlas ta’ units li jiġu applikati fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, huma skond dawk li huma inklużi fl-avviż legali.
In-numru ta’ persuni f’
household
iżda, jiddetermina l-ammont ta’ eko-riduzzjoni. F’każ li ma jkun hemm l-ebda persuna reġistrata, l-avviz legali teżiġi li t-tariffa tkun waħda Domestika flok Residenzjali
F’dawk il-każijiet fejn l-ARMS tkun irċeviet id-dokumentazzjoni meħtieġa dwar in-numru ta’ persuni u tivverifika li jkun sar xi żball amministrattiv, jista’ jingħata kreditu lura f’kont sussegwenti, wara li jkunu saru r-reviżżjonijiet neċessarji.
Nefqa rikorrenti tal-gvern — beneffiċji tas-sigurtà soċjali
Question
Fid-dawl tal-istqarrija tan-National Statistics Office dwar il-finanzi tal-gvern fuq in-nefqa rikorrenti Jannar - Mejju 2011, meta mqabbla mal-istess perjodu 2010 fir-rigward tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li naqsu b'€13.6 miljun, jista' l-Ministru jagħti breakdown benefiċċju benefiċċju, kemm naqset jew żdiedet in-nefqa u kemm naqsu jew żdiedu l-benefiċjarji f'kull każ? Kemm-il benefiċċju twaqqaf minħabba li rriżulta li kien hemm xi forma ta' abbuż u x'passi dixxiplinarji ttieħdu każ b'każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli fejn qed jiġu mqabbla n-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali matul l-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 u l-2011 kif talab l-Onor Membru.
Tajjeb li niċċara li n-nefqa fl-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 hija ogħla minn dik ta’ l-2011 għar-raġuni li f’Jannar 2010 sar pagament doppju fir-rigward tal-Pensjonijiet għall-irtirar u l-Għajnuna Soċjali. Il-pagament
extra
mdaħħal f’Jannar ta’ l-2010 kien ikopri l-14 il-pagament tal-Pensjonijiet u l-Għajnuna Soċjali li kien sar lejn l-aħħar jiem tas-sena 2009.
Meta jitnaqqas il-pagament imsemmi jidher ċar li l-ispiża fuq benefiċċji soċjali żdiedet u mhux naqset.
Matul l-2010 twaqqfu 271 każ ta’ benefiċċju minħabba abbuz, filwaqt li fl-2011 twaqqfu 99.
Kull każ jkun ittrattat fuq il-merti ta’ l-investigazzjonijiet u l-provi li jkollu f’idejh id-Dipartiment. Apparti li jitwaqqaf il-benefiċċu kkonċernat, fejn applikabbli jista’ ukoll jintalab lura kull ħlas żejjed li jkun sar skont l-evidenza li jkollu f’idejh id-Dipartiment.
Mindu qed isir il-Breast Screening Programme għal nisa bejn il-50 u 60 sena, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri fil-każ ta' screening meħtieġ f'nisa bi storja fil-familja? Għadhom jistgħu jiġu riferuti għas-Surgical Outpatients anke meta ma jkunx hemm sinjali li jissuġġerixxu dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tabib tal-familja jista’ jibqa’ jirreferi nisa’ bi storja ta’ kanċer fis-sider fil-familja lis-Surgical Outpatients fl-Isptar Mater Dei jekk iħoss li qegħdin f’xi riskju partikulari, anke jekk ma jkunx hemm sinjali ovvji fihom. Dan bħalma sar dejjem.
inċidenti tat-traffiku li fihom kienet involuta xarabank
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inċident tat-traffiku li fih kienet involuta xarabank sar rapport dwaru xahar b'xahar din is-sena sal-aħħar ta' Ġunju 2011? Kif jikkomparaw dawn il-figuri meta mqabbla mas-snin l-imgħoddija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, kien hemm 38 inċident tat-traffiku investigat mill-Pulizija li kien jinvolvi xarabank, filwaqt li matul l-istess perijodu tat-tlett snin ta’ qabel kienu s-segwenti:-
Xahar
Sena 2008
Sena 2009
Sena 2010
Sena 2011
Jannar
5
4
5
3
Frar
2
1
3
5
Marzu
3
0
4
7
April
9
4
3
10
Mejju
4
4
1
4
Gunju
4
0
8
9
Total
27
13
24
38
Fir-rigward tal-meals on wheels, jista' l-Ministru jgħid kull meta jiġi eżaminat l-ikel sabiex tiġi garantita l-kwalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-post fejn jiġi ppreparat l-ikel jiġi spezzjonat mill-Uffiċċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali skont il-programm tar-Risk Assessment. Kemm il-preparazzjoni, kif ukoll it-tqassim tal-ikel tal-Meals on Wheels isir taħt is-superviżjoni tal-catering manager tal-kċina tar-Residenza San Vinċenz De Paule.
Peress li x-xogħol fuq il-binjiet li għadhom se jitlestew f'Balzunetta, il-Furjana ilu għaddej mas-seba' snin, tista' l-Ministru tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex b'rispett lejn il-familji li joqogħdu fl-inħawi u li tant batew inkonvenjenza minħabba ċ-ċirkostanzi:
a) jibda jintuża
mechanical sweeper
kuljum sakemm jiġu asfaltati t-toroq Argotti u Iljun;
b) tiġi kontrollata l-infestazzjoni ta' qtates u ġrieden fl-inħawi; u
ċ) jiġi mogħti lilhom right for first refusal fil-bejgħ tal-garaxxijiet il-ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar ser tiffinanzja flimkien mal-kunsilli lokali l-asfaltar mill-ġdid tat-triq u l-bini ta’ bankini, kif ukoll tisbiħ tal-post.
L-Awtorita’ tad-Djar se tikkonsidra l-proposta (Ċ) li familji li joqogħdu fl-inħawi jingħataw ‘right of first refusal’ fil-bejgħ ta’ garaxxijiet ġodda.
Fid-dawl tal-istqarrija tal-National Statistics Office dwar il-finanzi tan-nefqa rikorrenti tal-gvern Jannar - Mejju 2011, meta mqabbla mal-istess perjodu 2010, fir-rigward tal-mediċini u l-materjal kirurġiku li n-nefqa tagħhom żdiedet b'€3.4 miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu jew naqsu n-nefqiet għal:
a) materjali kirurġiċi;
b) mediċini użati fl-isptarijiet bħala inpatients;
ċ) mediċini maħruġa mill-isptarijiet bħala outpatients;
d) mediċini maħruġa mill-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa fin-nofsinhar ta' Malta; u
e) mediċini maħruġa permezz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fit-Tramuntana ta' Malta u f'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. F’dan il-mument nista’ nagħti din l-informazjoni li tirrigwardja n-nefqa fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fit-tramuntana ta’ Malta u Għawdex:
Perjodu
Nefqa
Nru ta’ spiżeriji
Jannar – Mejju 2010
€2,182,243
68
Jannar – Mejju 2011
€4,304,556
114
Żieda fin-nefqa/numru ta’ spiżeriji
+ €2,122,312
+ 46
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mediċini li jintużaw tant bħal Nuelin 250mg u Enalapril 20mg qegħdin out of stock bħalissa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Theophyline (Nuelin) 250mgs tinstab in stock kemm fid-Dipartiment tal-Procurement kif ukoll fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei u fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. L-aħħar stock tal-mediċina Enalapril 20mg ħareġ mid-Dipartiment tal-Procurement fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju. Madankollu din il-mediċina tinstab in stock fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei u mistennija tasal konsenja oħra aktar tard dan ix-xahar.
Ta' Qali — parking area prinċipali tal-Stadium Nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrku vetturi fl-inħawi ta' Ta' Qali, Attard il-Ħadd 22 ta' Mejju 2011 wara nofsinhar? Fid-dawl tal-fatt li ttellgħet tinda fil-parking area prinċipali tal-iStadium Nazzjonali, jidhrilha l-pulizija li ma kellhiex għalfejn tħarrek tant vetturi meta kien ovvju li ma kienx hemm postijiet ta' parkeġġ għall-attendenza ta' madwar 9000 spettatur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2011, il-Pulizija ħarġet 66 ċitazzjoni minnħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku. Naħseb wieħed irid jifhem u japprezza illi fejn ikun hemm attivitajiet tal-massa, huwa ferm aktar importanti li r-regolamenti tat-traffiku jkunu osservati. Dan sabiex it-traffiku jkun jista' jiċċirkola aħjar mingħajr ingombru, kemm għall-pubbliku in ġenerali, kif ukoll f’każ li jkunu meħtieġa vetturi tas-servizzi tal-emerġenza.
Peress li l-mediċini Isoptin (verapamil), Stelazine u Repininole ma jinstabux fl-ispiżeriji privati, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jkun responsabbli biex ma jinqabadx mingħajr ebda provista? Fil-fatt kemm-il pazjent jinstab fuq dawn il-mediċini fl-Iskeda V każ b'każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Verapamil 240mg retard u Trifluperazine 5mgs jinstabu in stock. Il-pilloli Trifluperazine 1mg mhumiex in stock għaliex il-Medicines Authority waqqfet id-distribuzzjoni tagħhom. Il-pilloli Ropinirole 5mgs jinstabu in stock fl-Stores tal-medicini tad-Dipartiment tas-Saħħa. Iż-żewg dozi l-oħra (0.25mgs u 1mgs) ma jinstabux in stock peress li l-kuntrattur issa qiegħed tard fuq id-‘delivery’. Id-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) issa qiegħed jixtri ‘on his account’.
Il-mediċini msemmija kollha jingħataw skont il-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318). Bħalissa 145 pazjenti li għandom il-kundizzjoni
Incapacitating Parkinson’s Disease
qegħdin jieħdu l-mediċina
Ropinirole
. Il-pazjenti li għandom il-kundizzjoni
Ischaemic Heart Disease
u ntitolati għal
Verapamil 240mg MR
huma 213. L-mediċina
Stelazine (Trifluoperazine)
tingħata ukoll skont Skeda II fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) u billi ma hemmx bżonn permess għaliha, d-Dipartiment ma għandux informazzjoni ta’ kemm pazjenti jieħdu din il-mediċina partikolari.