Fond Soċjali Ewropew — Sharing work life responsibilities
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema programmi mix-Sharing Work Life Responsibilities tal-Fond Soċjali Ewropew huma diġa' fis-seħħ u min qed jibbenefika minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja preżentament għaddejja kampanja bl-isem “NISTA’: the benefits of sharing life’s responsibilities campaign” liema kampanja li qed tiġi implimentata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hija ffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013. L-iskop ta’ din il-kampanja li ġiet allokata €1,306,850 huwa:
(a) li jħajjar lil dawk in-nisa li llum mhux qed jaħdmu biex dawn jidħlu jew jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk mhux biss tiżdied ir-rata ta’ nisa li jaħdmu bi qliegħ iżda tikber ukoll l-indipendenza finanzjarja tal-mara;
(b) jkabbar l-għarfien dwar il-bżonn li r-responsabiltajiet tal-familja jinqasmu bejn ir-raġel u l-mara;
(c) jiżdied id-dhul finanzjarju tal-familja u għaldaqstant din ikollha livell ta’ għixien aħjar
(d) juri lil min iħaddem il-vantaggi li jeżistu kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiem meta jiġu offruti kundizzjonijiet flessibli ta’ xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali qed jesiġu li bankini jkollhom drop kerbs biex jiffaċilitaw l-użu ta' siġġijiet tar-roti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kiseb mingħand il-Kunsilli Lokali nfushom jirriżulta li l-Kunsilli Lokali kollha ħlief għal tlieta jeżiġu li l-bankini li jsiru jkollhom drop kerbs biex jiffaċilitaw l-użu ta’ siġġijiet tar-roti. Il-Kunsilli Lokali li kienu qed jonqsu milli jagħmlu dan huma dawk tal-Fontana, tal-Għasri u tal-Qala. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni ta’ dawn il-kunsilli lokali sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.
Fost il-ħaddiema fis-Settur Pubbliku kemm-il:
a) talba saret għall-
maternity leave
u ttiħhdux l-14-il ġimgħa f'kull każ;
b) minn dawk f'(a) kemm wara talbu ukoll għal unpaid leave u lil kemm ingħata u għal kemm żmien;
ċ) talba saret għal parental leave u lil kemm nisa u rġiel ingħata u għal kemm żmien;
d) minn dawk f'(ċ) kemm wara talbu ukoll għal unpaid leave u lil kemm ingħata u għal kemm żmien?
Tista' tingħata din l-informazzjoni minn Jannar 2010 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi skont stħarriġ li jagħmel kull sena l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika, fl-2010 kien hemm 581 impjegata fis-Servizz Pubbliku li bbenifikaw mill-maternity leave. Fl-istess sena, kien hemm 461 mara u 9 irġiel li bbenefikaw minn parental leave.
Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, 340 mara bbenifikaw mill-
maternity leave
u fl-istess perjodu, 304 nisa u 4 irġiel ibbenefikaw minn
parental leave.
Rigward informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Onor. Interpellant, jeħtieġ ammont kbir ta’ riżorsi biex tingħata risposta sħiħa, u għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida, ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi tal-Gvern jintużaw għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iżżewġu koppji f'pajjiżna sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'kienet l-età medja tal-irġiel u tan-nisa sena b'sena? Kemm ġew reġistrati twelid ta' trabi sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minnhom, kemm hemm reġistrati li l-missier mhux magħruf?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid fost il-kirjiet kollha li saru mill-Awtorità tad-Djar fl-2010 f'kemm minnhom l-inkwilini huma single parents u f'kemm minnhom huma miżżewġin? Kemm kienet il-kera fis-sena bħala medja għaż-żewġ kategoriji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tmienja u disgħin (98) allokazzjoni li saru fis-sena 2010 ġew allokati lil dawn il-persuni
Annullati jew Divorzjati
3
Miżżewġin
2 3
Separati
28
Single
16
Single Parents
21
Armel/Armla
7
Il-kera li dawn l-inkwilini ħallsu kienet ta’ €185 li tirrapreżenta parti mill-kera ssussidjata fuq il-postijiet li ġew allokati. Din il-kera bdiet b’effett minn meta ġie ffirmat il-kuntratt ta’ ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jgħoddu s-sigħat pendenti qabel ma jiskattaw multi mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Marsa Power Station?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-multi li jisgħu jiġu imposti mill-Unjoni Ewropea ma humiex awtomatiċi, imma wara proċess li trid tiftaħ l-Kummissjoni Ewropea u li jkun irrid wassal għal deċizjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Fix-xandir lokali sew permezz tal-operaturi diġitali Melita u Go kif ukoll permezz ta' frekwenzi UHF/VHF, jista' l-Ministru jgħid x'opportunitajiet qed jingħataw lil stazzjonijiet tat-TV niche meta mqabbel ma' dawk b'general interest objective?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-qafas leġislattiv li għadu kemm daħal fis-seħħ joffri opportunitajiet ndaqs sew għal stazzjonijiet general interest kif ukoll dawk kummerċjali jew 'niche'. Ix-xandir televiżiv jista’ jsir biss fuq it-tlett pjattaformi li jeżistu u cioe dak mħaddem mill-PBS li ġġorr il-massimu ta’ sitt stazzjonijiet kif ukoll dawk mħaddma mill-Melita u l-GO. Mhuwiex se jibqa jsir xandir indipendenti bis-sistema analogue fuq il-UHF/VHF.
Tista' l-Ministru tgħid jekk min kellu applikazzjoni pendenti meta twaqqfet ħesrem l-iskema fl-2008 hux ser jerġa' jiġi offrut xi appartament tal-Gvern bħala parti mill-iskema tal-Awtorita' tad-Djar? Meta se terga' tiġi estiza din l-iskema mal-bliet u l-irħula kollha ta' Malta? Dawn il-persuni jistgħu jingħataw prijorità mingħajr il-ħtiega li jerġgħu jidħlu fi spejjeż ta' applikazzjoni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti jindika għal-liema skema ta’ tal-2008 qed jirreferi minħabba li kien hemm diversi skemi.
F'każ li għall-finijiet ta' riskju jkun irid jiġi verifikat id-djanjożi ta' membru tal-familja li miet, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalab dokument notarili meta ċertifikat tat-twelid hu biżżejjed biex jikkonferma l-parentela?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Jekk l-Onor. Interpellant jista’ jgħaddi aktar dettalji dwar il-każ, il-Ministeru jkun jista’ jinvestiga aktar fid-dettal.
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arriva tieħu ħsieb li residenti fil-Belt Valletta jkollhom servizz ta' trasport lejn u miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, kif ukoll lejn u mill-Isptar Karen Grech f'Tal-Pietà?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti tal-Belt jistgħu jirkbu r-rotta ċirkulari tal-Belt Valletta bin-numru 122, liema rotta tmur fejn l-isptar Karen Grech f’Tal-Pieta`. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ 30 minuta.
Infurmat ukoll li dawk il-passiġġieri li jkunu jridu jmorru ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana jistgħu jirkbu rotta numru 130 li teħodhom fejn iċ-ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, liema rotta għandha frekwenza ta’ 30 minuta waqt
peak hours
u 60 minuta waqt
off-peak hours
.
Intant infurmat ukoll li qed jitħejjew aġġustamenti għal dawn ir-rotot li se jkunu ntrodotti f'Novembru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il xarabank mill-flotta tal-kumpanija Arriva f'pajjizna:
i) huma second-hand
ii)kellhom mechanical failure fl-aħħar gimgħat mindu nbeda s-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-flotta tal-kumpanija Arriva hemm 78 vettura second hand li minnhom hemm 50 xarabank articulated u 28 xarabank li kienu jintużaw qabel fis-servizz tat-trasport pubbliku. Minħabba l-fatt li dawn it-28vettura tal-flotta l-antika għadhom m’humiex kollha fis-servizz sabiex jiġu mtejba skont kif mitlub mill-istess ftehim, ġew temporanjament mibdulin ma’ vetturi oħra mpurtati mill-Ingilterra.
Minn mindu beda s-servizz sal-5 ta’ Settembru 2011, l-ammont ta’ ħsarat li fallew fl-operazzjoni tas-servizz kien jammonta għal 144.
Peress li sabiex jingħataw visa permanenti, barranin li jaħdmu hawn jeħtieġu ukoll taħriġ biex jiżviluppaw aktar ħiliet, tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ milli taċċetta applikanti barranin milli jipparteċipaw fid-diversi korsijiet li torganizza l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toffri diversi programmi ta’ taħriġ għal dawk li jixtiequ jtejbu il-ħiliet tagħhom, sew jekk jaħdmu kif ukoll jekk qed jfittxu impjieg. Dan it-taħriġ huwa parzjalment ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant jistgħu jattendu ċittadini Maltin, dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk li huma eliġibbli li jaħdmu ġewwa Malta mingħajr il-bżonn ta permess tax-xogħol. Dan it-taħriġ jingħata kollu b’xejn.
Il-Korporazzjoni toffri ukoll taħriġ speċifiku lill-barranin li japplikaw għal-
long term residence permit
hekk kif stipulat fil-Legal Notice
370 ta’ 2010. Dan it-taħriġ li huwa bi ħlas huwa maqsum f’żewġ partijiet – l-ewwel parti, li hija obbligatorja hija dwar ħajja u xogħol f’Malta u tikkonsisti f’mitt siegħa ta’ taħriġ. It-tieni parti tagħti taħriġ f’lingwa jew fil-Malti jew l-Ingliż.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti nżammu jaħdmu ħaddiema wara li għalqu l-61-il sena matul l-ewwel 6 xhur ta' din is-sena? X'kienet il-kariga f'kull kaz u x'kien l-ammont f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant , liema informazzjoni tkopri l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena għal persuni li jgħalqu l-61 sena fl-istess perjodu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ekwu li anzjani li jiddaħħlu mill-Gvern fi djar privati ikollhom iħallsu minn buthom għal servizz ta' fizjoterapisti, kif ukoll għal ħarġiet? Meta se titranġa din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinħarġu tenders għax-xiri u għat-tiswija ta' hearing aids?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm tender miftuħ u validu s’Ottubru 2013, għal xiri ta’ hearing aids għal każijiet ta’ nuqqas ta’ smiegħ minn moderate għal severe. Dan it-tender ma jinkludix it-tiswijiet. Hemm ukoll tender ieħor li għadu qed jiġi evalwat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema għases tal-pulizija ġiet introdotta l-arja kkundizzjonata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm 11-il Għassa tal-Pulizija li fihom hemm installat apparat tal-arja kondizzjonata li huma s-segwenti:-
Valletta Pinto Qormi Cospicua Żejtun
B’Bugia Sliema B’Kara Qawra Victoria (Għawdex)
M.I.A.
Residenza San Vinċenż de Paule — persuni fi stat veġitattiv jew f'koma
Question
Jista' l-Ministru jgħid fir-Residenza San Vinċenż de Paule, kemm-il persuna tinsab fi stat veġitattiv u f'koma separatament? Fiż-żewġ kundizzjonijiet kemm-il jum ilu dokumentat kull każ? Kemm jirriżultalu li mietu anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena li kien dokumentat li kienu f'kull waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonjiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm 3 pazjenti li huma li stat veġetattiv. Dawn kienu mdaħħla fit-18 ta’ Lulju 2007, fis-16 ta’ Mejju 2009, u fis-26 ta’ Novembru 2009 rispettivament. L-ebda resident ma jinsab f’koma. Ma kienx hemm residenti li kienu dokumentat li kienu f’xi waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li mietu matul il-perjodu indikat.
kors tal-M.Ed fix-xjneza — kwestjoni dwar numerus klausus
Question
Fid-dawl ta' surveys bħal TIMMS li juru kemm pajjiżna għadu nieqes minn riżorsi umani b'ħiliet fil-qasam tax-xjenza, tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors universitarju M.Ed fix-xjenza, wara li ma fetaħx f'Ottubru 2011, issa jirriżulta li minkejja domanda qawwija, se jkollu restrizzjoni b'numerus klausus ta' 16-il student biss fil-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ postijiet għall-kors tal-M.Ed. Science Education huwa limitat primarjament minħabba l-għadd ta’ staff akkademiku li jkunu jistgħu jipprovdu superviżjoni għad-dissertazzjonijiet.
Meta jitqiesu n-numru ta’ membri tal-istaff bil-kwalifiki meħtieġa li ser ikunu qed jgħallmu l-kontenut tal-kors (inkluż is-superviżjoni tad-dissertazzjonijiet), kif ukoll id-dmirijiet tagħhom fil-korsijiet l-oħra li toffri l-Fakulta’, il-Bord tal-Fakulta’ u s-Senat ħadu d-deċiżjoni li jkunu aċċettati 16-il student f’dan il-kors.
Sal-lum, daħlu 9 applikazzjonijiet għall-kors tal-M.Ed. Science Education.
persuni b'diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid fost il-persuni b'diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità kemm hemm persuni:
a) anqas minn 16-il sena;
b) bejn 16 u 23 sena;
ċ) bejn 23 u 60 sena;
d) bejn 60 u 65 sena; u
e) 'il fuq minn 65 sena?
Minn dawn il-gruppi kemm skont l-età (a) huma ta' sess maskili u femminili? Kemm skont l-età (b) huma miżżewġin, separati u single? Kemm skont l-età (c) jgħixu fi djarhom jew f'istituzzjoni u jekk humiex istituzzjonjet governattivi, privati u tal-Knisja rispettivament? Skont l-età (d) kemm minnhom għandhom diżabilità permanenti jew temporanja? Skont l-età (e) kemm minnhom għandhom diżabilità gravi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.