Legislature:
Category:
Reset
Active:

żjajjar fid-djar minn tobba fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġu aċċettati żjajjar fid-djar minn tobba fiċ-ċentri tas-saħħa? Kemm saru żjajjar, ċentru b'ċentru, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm hemm tobba f'kull shift f'kull ċentru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28178 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — Triq Sant'Anna - livelli ta' air pollutants

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' livelli ta' air pollutants li tkejlu xahar b'xahar din is-sena fi Triq Sant' Anna, il-Furjana? L-esperti huma sodisfatti bl-effett ta' anqas emissjonijiet mit-trasport pubbliku fl-aħħar xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fi Triq Sant Anna jitkejjlu l-livelli ta' dijossidu tal-kubrit (SO2), dijossidu tal-Azotu (NO2), benzene u ozonu (O3). Il-parametri imsemmija hawn fuq jitkejjlu bil-metodu tal-passiv diffusion tubes li jfisser li dawn it-tubi jridu jintbagħtu f’laboratorju fir-Renju Unit għall-analizi. Ir-riżultati tal-analizi jieħdu tliet xhur sabiex jitlestew mill-laboratorju Ingliżi u jintbagħtu lill-MEPA. Ir-riżultati minn Lulju sa issa għalhekk għadhom pendenti. Għaldaqstant irid jgħaddi ftit taż-żmien ieħor sabiex inkun nista ngħaddi l-informazzjoini rikjesta u jkollna f'idejna riżultati li jistgħu jitqabblu max-xhur ta' qabel u dawk ta' wara r-riforma tat-trasport pubbliku għall-ewwel disa’ xhur tas-sena. Idealment ikollna r-riżultati kollha f'idejna tas-sena 2011 sabiex inkunu nistgħu nikkumparaw b'mod tajjeb.

Ħaddiema b'paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqilgħu paga minima (taħt il-€€160 (Gross) fil-ġimgħa) mix-xogħol full-time jew part-time tagħhom fis-settur pubbliku u fis-settur privat? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — ħaddiema b'paga minima

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem li jaqla' paga minima mix-xogħol full-time jew part-time ibbenefika mill-opportunità biex jirċievi ħlas ta' €25 fil-ġimgħa talli jattendi taħriġ organizzat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ ħaddiema li bbenefikaw mill-opportunità biex jirċievu ħlas ta' €25 fil-ġimgħa talli jattendu taħriġ hu ta’ ħamsa (5). Dan in-numru se jiżdied għaliex hemm oħrajn li bħalissa qed jattendu għal taħriġ u għadhom ma applikawx għaliex għadhom ma lestewx il-programm.

tqassim ta' pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitqassmu l-pazjenti ta' konsulenti li rtiraw lil konsulenti oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fid-Dipartiment tal-Mediċina il-pazjenti ta’ konsulenti li rtiraw ġew trasferiti lil konsulenti oħra li jaqgħu taħt l-istess speċjalita’. Fi Dipartiment tal-Kirurġija irtiraw żewġ konsulenti f’din l-aħħar sena. Fil-każ tal-ewwel konsulent, il-pazjenti tal-out-patient ġew assimilati mil-konsulenti l-oħra. Il-pazjenti li kienu fuq il-waiting list ta’ l-operazjonijiet ġew kollha operati u minn tal-firm tiegħu spiċċa kollox. Fil-kaz tat-tieni konsulent, il-pazjenti li kienu għal operazjoni ġew moqdijin. Il-pazjenti li kellu għal ‘Endoscopy’ ġew moqdijin u l-lista ta’ din il-‘waiting list’ ġiet eżawrita fl-aħħar ta’ Settembru. In-new cases ġew imwaqqfin malli spiċċa it-‘term’ tiegħu u il-follow-ups ingħataw istruzzjonijiet biex jiġu imqassmin bejn il-konsulenti kollha.

Furjana — appartamenti allokati f'Balzunetta

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu allokati l-appartamenti f'Balzunetta, il-Furjana? Lil-liema kategorija ta' applikanti se jiġi allokat kull appartament, wieħed, wieħed? Peress li n-numru ta' punti li jingħataw ivarja tant minn kategorija għal oħra, jistgħu l-ewwel 100 numru ta' referenza tal-waiting list jitpoġġew skont il-kategorija u skewed skont il-potenzjal ta' punti massimi li jista' jkollu applikant f'kategoriji diversi? Tista' titpoġġa lista aġġornata llum għat-tweġiba li kienet ingħatat f'Marzu għall-mistoqsija parlamentari 24310?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-appartamenti ġewwa l-Furjana ser jiġu allokati fix-xhur li ġejjin. Lista aġġornata ta’ numru tal-applikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Awtorità tad-Djar ser tqassam dawn l-appartamenti skont il-prinċipji soċjali u l-vulnerabilta tal-applikanti.

Belt — Triq Merkanti - allokazzjoni ta' appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu allokati l-appartamenti fi Triq Merkanti, il-Belt? Peress li dawn huma ristretti biss għall-anzjani, tista' titpoġġa lista aġġornata llum tal-ewwel 10 numri ta' referenza tal-waiting list fil-kategorija ta' anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-appartamenti fi Triq il-Merkanti, il-Belt se jiġu allokati fix-xhur li ġejjin. Minħabba d-data protection l-Awtorità tad-Djar tħoss li mhux opportun li tgħaddi din l-informazzjoni. L-Awtorità tad-Djar se tagħmel l-almu tagħha sabiex dawn l-appartamenti jitqassmu skont il-prinċipju soċjali u l-vulnerabiltà tal-applikanti.

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6246, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list bħalissa f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Waiting List Management System tal-Isptar Mater Dei, jirriżulta li f’Ottubri 2011 kien hemm 4,474-il persuna fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti u 1,978-il persuna fuq il-waiting list għall-Arthroscopy tal-irkoppa. Minn eżerċizzju li sar f’Awwissu tal-2011, irriżulta li kien hemm 180-il persuna li kienet qeda fuq waiting list għal Laparoscopic Cholecystectomy fl-Isptar Mater Dei.

bereġ b'sistmeta teknoloġika mqabbda maċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-bereġ hux se jkollhom ukoll sistema teknoloġika imqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet biex fost oħrajn ikun faċilitat ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li beda x-xoġħol neċċessarju ġħall-ħolqien ta’ infrastruttura u l-akkwist ta’ apparat neċessarju sabiex is-sistemi li jużaw l-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa jkunu disponibbli għall-użu mill-bereġ.

Anzjani iħallsu minn buthom għal fizjoterapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ekwu li anzjani li jiddaħħlu mill-Gvern fi djar privati ikollhom iħallsu minn buthom għal servizz ta' fizjoterapisti, kif ukoll għal ħarġiet? Meta se titranġa din is-sitwazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-servizz ta’ fiżjoterapija jiġi offrut mid-Dipartiment tal-Anzani u Kura fil-Komunità lil dawk l-anzjani li qegħdin fuq l-iskema tal-public private partnership meta dawn jiġu riferuti mit-tabib kuranti tagħhom. Il-ħarġiet li jiġu orgainizzati minn djar privati m’humiex obligatorji. Hija d-deskrizzjoni tal-qraba li jiddeċiedu jekk iħallsux għal dan il-ħruġ.

Familji fuq children's allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid fost il-familji fuq children's allowance, kemm hi r-rata bħala medja għal single parents u għal dawk miżżewġin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata medja ta’ children’s allowance li titħallas lil single parents hija ta’ €24.81 fil-ġimgħa, filwaqt li r-rata medja għal miżżewġin hija ta' €15.80 fil-ġimgħa.

Assistenza soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-persuni li jinsabu fuq l-assistenza soċjali huma single parents u kemm huma miżżewġin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ single parents li jinsabu fuq l-assistenza soċjali hu ta’ 5686 filwaqt li n-numru ta’ miżżewġin hu ta’ 2113.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u Income tax — single parents

Question

Fost il-persuni li qed iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u Income Tax din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single parentsu kemm minnhom jaħdmu part-time?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-popolazzjoni ta’ persuni rreġistrati mad-dipartiment tat-Taxxi Interni hemm · 3,513 indikati bħala single parents , u · 24,033 li ddikjaraw dħul part-time taħt ir-regoli tat-taxxa. Dawn il-figuri huma bbażati fuq informazzjoni li għandu d-dipartiment għas-sena bażi 2010.

Furjana — Pjazza Robert Sammut - ċentru tas-saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid iċ-Ċentru tas-Saħħa Mentali fi Pjazza Robert Sammut, il-Furjana x'servizzi joffri u b'liema staff? Huwa biss servizz primarju jew ukoll sekondarju billi jikkumplimenta servizzi ta' out patients lill-pazjenti li jkunu ġew rikorverati fl-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dan iċ-Ċentru tas-Saħħa Mentali li beda jopera f`Settembru 2010 joffri servizzi ta’ kura Primarja, Sekondarja kif ukoll ta’ day centre għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. L-istaff li jattendu dan iċ-ċentru jinkludu psikjatri, tobba, infermiera, social workers, psikologu, trainee psychologist, occupational therapist u care workers.

Selmun Palace Hotel — vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid sakemm tinbiegħ is-Selmun Palace Hotel jistax il-bini jiġi protett minn vandaliżmu li ħakem siti oħra simili fil-passat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24649.

Tfal li għamlu l-eżami tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel/tifla f'kull belt u raħal għamel eżami tas-SEC Livell Ordinarju fil-Malti, Ingliż u Matematika f'April/Mejju 2011 u kemm m'għaddewx f'kull belt u raħal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — xiri ta' appartamenti tal-gvern minn inkwilini

Question

Tista' l-Ministru tgħid ix-xiri ta' appartamenti tal-gvern minn inkwilini li reġa' ġie offrut bħala skema mill-Awtorità tad-Djar, meta se jerga' jiġi estiż mal-bliet u rħula kollha? Tista' tingħata priorità mingħajr il-ħtieġa li jerġa' jidħol fi spejjeż ta' applikazzjoni min kellu applikazzjoni pendenti meta twaqqfet ħesrem din l-iskema fl-2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Iskema fejn inkwilini jakkwistaw ir-residenza mikrija mill-gvern se tiġi estiża għall-lokalitajiet ta’ Malta kollha fix-xhur li ġejjin. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Awtorità tad-Djar għadha qed tiddiskuti il-kundizzjonijiet ta’ din l-iskema u deċiżjoni dwar applikazzjonijiet pendenti għadha ma ttieħditx.

San Vincenz de Paule u djar tal-anzjani — Zieda fis-sodod

Question

Waqt li fl-aħħar ħames snin ġie rapportat li s-sodod fid-djar tal-anzjani u f'San Vincenz de Paule żdiedu b'243, skont studji kummissjonati, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet meħtiega żieda fl-istess sodod minħabba xejriet demografiċi magħrufa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn analiżi li saret mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie identifikat li hemm bżonn żieda ta’ madwar 170 sodda (long term care) għall-anzjani kull sena.