Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għandu bejn wieħed u ieħor 11,555 metru kwadru ta’ spazju fuq il-bjut tal-binjiet li mhumhix proprjetà privata u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tieghu (jeskludu district offices u tool rooms żgħar). Preżentement minn dan l-ispazju hemm 168 metru kwadru ta’ pannelli ta’ fotovultaġġ, jew 24 kWp (jew kważi 2%). Fl-aħħar tliet snin żidna 90 metru kwadru jew 13 kWp ta’ pannelli ġewwa ċ-ċentri ta’ skart goff tal-WasteServ. Barra minn hekk, qed jiġu kkunsidrati spazji ġodda li jistgħu jiġu utilizzati għall-pannelli ta’ fotovultaġġ. Wieħed irid iżomm f’moħħu li biex jiġu nstallati l-pannelli ta’ fotovultaġġ fuq spazji speċifiċi, iridu jitqiesu numru ta’ fatturi li jinfluwenzaw ir-rendiment. Dan ifisser li mhux kull spazju huwa dejjem addattat l-istess biex jintuża għal dan il-għan sabiex tottjeni l-enerġija massima li tista’ tittieħed mill-pannelli. Eżempji elementari ta’ kunsiderazzjonijiet simili li jittieħdu qabel tittieħed deċiżjoni finali jinkludu l-inċidenza li jaqa’id-dell fuq il-bjut kif ukoll l-orjentazzjoni tal-bini nnifsu

Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern għandu 20,826.2 metri kwadri ta’ spazju fi bjut tal-binja fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu. 426.2 metri kwadri minn dan l-ispazju qed jiġi utilizzat għal photovoltaic cells li jsarrfu f’ 2.05 fil-mija tal-ispazju tal-bjut. Fl-2009 kienu nstallati photovoltaic cells fuq spazju ta’ 391.25 metri kwadri fuq il-binja tal-Qorti.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employer? Tista' tagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time u li tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employertimpjiega carer Malti u barrani separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali — persuni li mhux ċittadini tal-pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk barranin mhux ċittadini ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali x'benefiċċji soċjali għandhom? X'benefiċċji soċjali għandhom uliedhom, tfal li huma residenti Malta u dipendenti fuqhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ċittadini mhux ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jgħixu legalment f’Malta u li jkunu qed iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta jista’ jkollhom dritt għall-benefiċċji kontributorji kemm-il darba jissodisfaw il-kriterji li fuqhom jitħallsu dawn il-benefiċċji liema kriterji huma l-istess għal kulħadd. Il-benefiċċji kontributorji msemmija huma l-Benefiċċju tal-Qgħad, il-Benefiċċju tal-Mard, il-Benefiċċju tal-Korriment fuq ix-Xogħol, il-Pensjoni tal-Irtirar, il-Pensjoni tal-Invalidità u l-Pensjoni tar-Romol (din tal-aħħar titħallas lill-konjugi tal-persuna assigurata). Fil-każ tal- allowance tat-Tfal din tista’ titħallas għal tfal ta’ ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea jekk dawn tal-aħħar ikunu miżżewġa lill-Maltin, jew lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea li qed jgħixu u jaħdmu legalment u ordinarjament f’Malta, jew ikunu ilhom aktar minn 5 snin jgħixu Malta u jingħataw status ta’ long term resident.

Opportunitajiet lill-sportivi nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-iskema li permezz tagħha sportivi nazzjonali u promettenti jingħataw l-opportunità li jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u fl-20 siegħa l-oħra jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom kemm hemm min jibbenefika minnha fis-settur pubbliku u kemm applikaw issa li ġiet estiża għas-settur privat? Sportiv li ma jkunx parti minn tim nazzjonali iżda jipparteċipa uffiċjalment f'club reġistrat f'assoċjazzjonijiet nazzjonali hu intitolat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum, għall-istaġun 2011/2012, hemm 6 atleti li jaħdmu mas-settur pubbliku u 2 atleti li jaħdmu mas-settur privat li qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ 20/20 Sports Training Scheme. Hemm ukoll żewġ atleti oħra li jaħdmu mas-settur pubbliku li għandhom l-applikazzjoni qed tiġi evalwata. Atleta ieħor fis-settur pubbliku jibbenefika minn skema fejn jagħmel il-ħin tax-xogħol kollu taħriġ. L-iskema 20/20 Sport Training Scheme hija miftuħa biss għal atleti magħżula f’selezzjonijiet nazzjonali li jagħmlu taħriġ biex jirrappreżentaw lill-pajjiż f’kompetizzjonijiet internazzjonali.
Leg 11 PQ #28197 Sitting 395 2011-10-19 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq ninfurmah ukoll li huwa propost li Patrimonju Malta tinstalla sistema ta’ photovoltaic cells bħala parti mill-Proġett ta’ l-ERDF 032 – Archeological Heritage Conservation Project. L-istallazzjoni se ssir bħala parti miċ-ċentri ta’ viżitaturi proposti fil-Ġgantija Heritage Park u l-Katakombi ta’ San Pawl. Patrimonju Malta wkoll applikat mal-MEPA sabiex tinstalla sistema ta’ dan it-tip fuq il-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. Rigward l-Istamperija tal-Gvern wara li sar survey bejn l-Università ta’ Malta u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ġie kkonfermat li l-ammont ta’ 406 metru kwadru jistgħu jintużaw għal installazjoni ta’ photovoltaic cells .

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3521. Ma sar l-ebda tibdil minn dak iż-żmien.

Benefiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fost il-persuni li għandhom il-benefiċċju tal-Kartuna s-Safra bħalissa kemm minnhom għandhom 'il fuq minn 61 sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba għar-raġuni li l-età tal-pazjenti mhix inkluża fid-database ta’ Skeda Ħamsa.

Sptar Mater Dei — inpatients

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fost il-persuni li kienu inpatients l-Isptar Mater Dei matul Jannar-Awwissu 2011 kemm minnhom kellhom 'il fuq minn 61 sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont informazzjoni miġbura permezz tal-Admissions Discharges Transfers Module tal-Patient Administration System, bejn Jannar u Awwissu 2011 kien hemm total ta’ 14,560 Inpatient Admission ġewwa l-Isptar Mater Dei fejn il-pazjent/a kellu/ha 61 sena jew iktar. Ta’ min jinnota li din l-istatistika tiddeskrivi biss in-numru ta’inpatient admissions f’ dan il perjodu, li jinkludu inpatient admissions ippjanati, kif ukoll dawk li jsiru bħala emerġenza, u teskludi pazjenti li daħlu l-isptar bħala day case. L-istess persuna tista’ tidħol l-isptar bħala inpatient iktar minn darba fl-istess perjodu.

Sptar Mater Dei — new cases outpatients

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fost il-persuni li kienu new cases outpatients l-Isptar Mater Dei matul Jannar-Awwissu 2011 kemm minnhom kellhom 'il fuq minn 61 sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont informazzjoni miġbura permezz tal-outpatients module tal-Patient Administration System, bejn Jannar u Awwissu 2011 kien hemm total ta’ 119,078 attendenza new case fid-dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei. Minn dawn, 40,126 kellhom 61 sena jew iktar. Ta’ min jinnota li din l-istatistika tiddiskrivi n-numru ta’ attendenzi li saru, u mhux in-numru ta’ persuni li attendew l-outpatients bħala new case . L-istess persuna tista’ tattendi iktar minn klinika waħda fl-istess ġurnata, jew tattendi l-istess klinika għal iktar minn darba f’dan it-tul ta’ żmien.

Taxxa Proviżorja — tnaqqis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tax payer talab biex inaqqas it-Taxxa Proviżorja dovuta għal din is-sena bażi s'issa? Kemm kienu għas-snin bażi 2008, 2009 u 2010? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ taxpayers li talbu tnaqqis fit-taxxa proviżorja billi ssottomettew PT Reduction Form mill-2008 sa issa, sena b’sena u skont il-lokalità, huwa kif murifit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-ammont tat-taxxa proviżorja li tintalab kull sena tkun ibbażata fuq l- income dikjarat mit- taxpayer sentejn qabel. Għalhekk meta dak li jkun ikun jidhirlu li r-riżultati finali tas-sena li jkun fiha se jkunu aktar baxxi, ikun intitolat li jissottometti PT Reduction Form. Fil-każ tal-kumpaniji dawn ma ġewx kategorizzati fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra skont il-lokalità minħabba li l-indirizz tal-kumpanija kif inhu miżmum mid-dipartiment mhuwiex rappreżentattiv tal-lokalità propja fejn tinstab il-kumpanija imma tal-lokalità fejn hu l-uffiċċju tat- tax representative tagħha.

NSO — Real Median Househould Income

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħmilx surveys dwar real median household income? Meta saru mill-2000 'l hawn u kemm kien kull darba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-passat l-informazzjoni dwar id-dħul tal-familji kienet dejjem tinħareġ mill-Household Budgetary Survey (HBS), bl-ewwel riżultati li jagħtu stimi fuq bażi nazzjonali jinħarġu mill-istħarriġ tas-sena 2000. Mis-sena 2005 beda jintuża l-SILC (Statistics on Income and Living Conditions) bħala sors ewlieni tal-informazzjoni dwar dħul tal-familji f’Malta. Għalkemm jeżistu ċerti differenzi fid-definizzjonijiet bejn l-HBS u l-SILC, dawn iż-żewġ eżerċizzji kapaċi jagħtu stampa ċara tar-real meadian household income f’Malta.

tobba b'sistema teknoloġika imqabbda maċ-entri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tobba li ma jaħdmux fis-settur pubbliku hux se jkollhom ukoll sistema teknoloġika imqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet pubbliċi biex fost oħrajn ikun evitat duplikazzjoni ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa għaddej il-proġett my health record, u l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett issa jinsab fi stadju avanzat. L-iskop prinċipali ta’ dan il-proġett huwa li jagħmel rapporti u riżultati mediċi tal-isptar u ċ-Ċentri tas-Saħħa disponibbli għall-pażjenti u għat-tobba tal-fiduċja tagħhom. B’hekk ikun hemm titjib fil-komunikazzjoni bejn it-tobba u tiġi evitata duplikazzjoni ta’ xogħol. L-ewwel fażi tas-sistema mistennija li titneda pubblikament qabel l-aħħar tas-sena.