Legislature:
Category:
Reset
Active:

atleti li huma f'riskju ta' korriment

Question

Peress li atleti li jipparteċipaw f'sport organizzat fi klabb ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali huma f'riskju ta' korriment li jista' jirrikjedi kura kirurgika ta' natura urġenti u li fis-settur privat jirrikjedi spejjeż kbar, tista' l-Ministru tgħid jekk jistax: a) isir reġistru ta' dawn l-atleti li bih ikunu intitolati benefiċċju bħal injury on duty; u b) ikun hemm speċjalisti fl-Isptar Mater Dei li jieħdu ħsieb lil dawn l-atleti biex jonqos il-piż finanzjarju fuq l-għaqdiet/klabb sportivi u min imexxihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsijsiet lill-Ministri konċernati.

koppji li marru għall-medjazzjoni

Question

Permezz tal-Att 2004 dwar il-Medjazzjoni, jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il koppja miżżewġa: a) fetħet kawża ta' separazzjoni; b) marret għall-medjazzjoni; ċ) issospendiet kawża ta' separazzjoni biex marret għall-medjazzjoni; u d) waqfet kawża ta' separazzjoni wara li marret għall-medjazzjoni? Kemm hemm medjaturi maħtura miċ-Ċentru tal-Medjazzjoni? X'inhu l-istatus professjonali tagħhom? Kemm-il każ bdew u kkonkludew sena b'sena, u kemm minnhom kienu jitrattaw tilwim familjari? Tfal mhux addolexxenti b'liema mod jiġu involuti fil-proċess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward id-domandi a, b, ċ u d ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kawżi ta’ separazzjoni jaqgħu taħt il-provvedimenti tal-Liġi Sussidjarja 12.20. Ninsab infurmat illi hemm 51 medjatur maħtur miċ-Ċentru tal-Medjazzjoni u l-istatus professjonali tagħhom huwa kif jidher hawn taħt: Professjoni Numru Avukati 16 Social Workers 8 Prokuraturi Legali 4 Nutara 2 Periti 2 Lecturers 3 HR Managers 4 Teachers 3 Marketing/Director/Manager 2 Trade Unjonisti 2 Impjegati Civili 2 Psikoterapisti 1 Psikologi 1 School Counsellor 1

Carers Maltin u Barranin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 29349 u 29350 tista' l-Ministru tgħid kemm hemm carersMaltin u kemm hemm carers barranin impjegati minn persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-informazzjoni li tiġbor il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ minn għand min iħaddem (employer) fl-aħħar ta’ Ġunju 2011, in-numru totali ta’ persuni li jaħdmu bħala carers kien ta’ 2,210 persuni. Minnhom kien hemm 1,923 Malti filwaqt li 287 kienu barranin. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma jkolliex informazzjoni jekk il- carers humiex jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità jew ma’ persuni oħra.
Leg 11 PQ #29956 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Arts Fund — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-Malta Arts Fund ? Kif tqassmu l-fondi matul din il-Leġislatura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-process tal-evaluazzjoni tal-Malta Arts Fund isir minn hames membri bhala ‘evaluaturi’. Tlieta minnhom li huma impjegati tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti huma esperti fil-qasam tal-arti vizuali, arti performattiva u letteratura u t-tnejn l-ohra huma esperti fl-arti minn barra. Barra minn hekk hemm ukoll zewg osservaturi wiehed mahtur mill-Ministeru tal-Kultura u l-iehor mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal--fondi minn meta gie mniedi il-Arts Fund u dawn jinsabu fuq il website tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti http://maltaculture.com.
Leg 11 PQ #29959 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — Triq Sant' Anna - emissjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28178, jista' l-Prim Ministru jgħid liema riżultati li bihom wieħed jista' jqabbel emissjonijiet f'Triq Sant' Anna l-Furjana f'Lulju 2011 max-xhur ta' qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-unika riżultati li jistgħu jintużaw biex isir dan il-paragun huma dawk tal-passive diffusive tube. Pero għandu jingħad ukoll li dan il-metodu ma jkejjilx il-PM10, kif ukoll li data miġbura fuq ftit xhur ma titqiesx bħala reliable biżżejjed sabiex wieħed ikun jista joħroġ konluzjonijiet validi.
Leg 11 PQ #29963 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transport Malta — deadline tal-pjanti għall-faċilitajiet sportivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29667, peress li l-applikant huwa Transport Malta meta hu d-deadline biex jiġu sottomessi l-pjanti? Jirrealizza l-Prim Ministru li l-faċilitajiet sportivi qed jinżammu milli jiġu żviluppati proprju minħabba dan id-dewmien esaġerat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-pjanti mitluba ġew sottomessi mill-Perit. Jiġi rilevat però li l-applikazzjoni ma tirrigwardax faċilità sportiva iżda fi żvilupp ta’ parkeġġ fi spazju li bħalissa huwa okkupat minn taraġ tal-konkos. L-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tkompla u beda jitħejja r-rapport fuq l-applikazzjoni. Dan mistenni ikun konkluż fi żmien ħmistax.
Leg 11 PQ #29964 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dar Suret il-Bniedem — rati ogħla fi Ħdud, Festi Pubbliċi u sigħat ta' overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29776, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Dar Suret il-Bniedem għandhiex il-faċilità li ma tħallasx il-ħaddiema tagħha b'rati ogħla fi Ħdud, festi pubbliċi jew meta jaħdmu sigħat ta' overtime?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nisab infurmat li dan il-każ ser jiġi nvestigat biex jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet attwali tal-ħaddiema konċernati.
Leg 11 PQ #29774 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjattaforma tal-GIO — Att dwar ix-Xandir

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fuq il-pjattaforma tal-GIO ġewx inklużi stazzjonijiet klassifikati bħala niche tv kif inhuwa kontemplat fl-Att dwar ix-Xandir? Liema huma dawn l-istazzjonijiet? Jekk le, jista' jagħti assigurazzjoni li dawn it-tipi ta' stazzjonijiet se jkollhom il-faċilità li jxandru minn fuq il-pjattaforma GIO?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-pjattaforma tal-GIO immexxija mill-PBS twaqqfet biex Malta tkun tista tesegwixxi l-qalba diġitali u b’hekk il-pubbliku Malti jkun jista jibqa jsegwi numru ta stazzjonijiet Maltin mingħajr hlas bi kwalita’ aħjar milli kellu s’issa. Fil-fatt, dan il-proċess tmexxa mill-MCA flimkien mal-Awtorita tax-Xandir. Iż-żewg entitajiet kienu jiffurmaw parti minn kumitat apposta li flimkien ma stakeholders oħra kellu d-dmir li jwettaq din il-bidla diġitali. Skont it-tibdil leġislattiv li sar dan l-aħħar fl-Att Dwar ix-xandir, ġew elenkati l-prinċipji ta kif kellha taħdem din il-pjattaforma diġitali. Iż-żewg stazzjonijiet televiżivi imexxija mill-istat u cioe TVM u E22 kienu meqjusa bħal de facto GIo u għalhekk sabu posthom b’mod awtomatiku fuq il-pjattaforma. L-Awtorita’ tax-Xandir ħarget sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew l-erba slots l-oħra li kienu vakanti u dan skont l-Avviż Legali 350.32 –Regolamenti dwar Kriterji ta’ Għażla ta’ Servizzi tat-Televizjoni b’Oġġettivi ta’ Interess Ġenerali. L-istazzjonijiet li kkwalifikaw b’dawn il-kriterji kienu Favourite Channel, NET, ONE u Smash. B’hekk il-pjattaforma laħqet il-massimu ta’ stazzjonijiet li tista ġġorr. Bħalissa m’hemmx aktar spazju fuq din il-pjattaforma għal aktar stazzjonijiet”.

Informazzjoni dwar persuni li jingħataw mediċina b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28149 u jgħid kemm-il persuna tingħata mediċina b'xejn bil-kartuna s-safra (Skeda V), kull kundizzjoni għaliha, lokalità, b'lokalità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29776 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet mhux Governattivi — rati ogħla fi Ħdud, Festi Pubbliċi u sigħat ta' overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29547 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk għaqdiet volontarji mhux governattivi għandhomx il-faċilità li ma jħallsux il-ħaddiema tagħhom b'rati ogħla fi Ħdud, festi pubbliċi jew meta jaħdmu sigħat ta' overtime?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull impjegat ghandu d-dritt li jgawdi festi publiċi bi ħlas. Rati ta’ ħlas għal overtime jew għal xogħol fil-Ħdud ivarjaw skont is-settur industrijali kif provdut minn Wage Regulation Order li tista' tkun applikabli. M’hemmx waħda speċifika għall-NGOs iżda mhux eskluż li NGO partikolari taqa' taħt xi Wage Regulation Order. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal xi NGO partikolari, tkun tista' tingħata risposta speċifika jekk din tiġi indikata.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — spazji tal-bjut tal-binjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28203 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #29667 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — Xagħra - żvilupp fuq taraġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'pjanijiet għandu l-gvern quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiżviluppa t-taraġ tax-Xagħra, il-Furjana fuq in-naħa tat-triq? Fiex waslu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni PA01969/10, li tikkonċerna ż-żona tat-tarag imsemmi. PA 01969/10 qed tipproponi li ż-żona tat-taraġ tiġi skavata biex tiġi iffurmata parking area li għandha tkun konnessa mal-parking area eżistenti. Fil-proċess ta' din l-applikazzjoni, l-applikant u l-perit intalbu iżjed informazzjoni. Id-Direttorat tal-Ippjanar għadu qed jistenna sottomissjoni ta' pjanti kif mitluba.

għajnuna lill-foster carers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li qed jgħixu f'foster care? Kemm għandhom żmien it-tfal f'kull każ? X'għajnuna jgawdu foster carers mill-Agenzija Appoġġ, mill-Awtorità tad-Djar, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jittaffew problemi fl-oqsma konċernati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Att dwar it-Tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi abbozzat Att dwar it-Tfal (Children's Act)? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju wasal u x'timeframes hemm biex jitressaq fil-Parlament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dan il-waqt, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ma ħoss il-bżonn li jabbozza Att speċifiku dwar it-Tfal, minħabba l-fatt li l-iskopijiet u l-għanjiet ta’ Att dwar it-Tfal huma rifletti f’diversi liġijiet oħra Maltin, bħal- Kodiċi Ċivili (Kap 16), il-Kodiċi Kriminali (Kap 9), l- Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Kap 285), l-Att dwar Foster Care (Kap 491) Att dwar il-Kummissarju tat-tfal u l-Att dwar il-Qorti tal-Minorenni (Kap 287). Barra minn hekk is-sena li għaddiet Malta għamlet l-emendi legali neċessarji biex rratifikajna il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tat-tfal mill-isfruttament sesswali u abbuż, kif ukoll il-Protokoll b’Għazla tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-Bejgħ tat-Tfal, Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal. Permezz ta’ dawn l-emendi legali li saru wara konsultazzjoni mal-ufficju tal-Avukat Ġenerali u ġew approvati mill-Kabinet qabel ma rratifikajni dawn iż-żewġ istrumenti legali internazzjonali, Malta kompliet issaħħaħ l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f’pajjiżna. Barra minn hekk, tajjeb ukoll li nsemmi l-Abboz tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal, li ħa joħroġ għall-konsultazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2011, iħares lejn id-drittijiet u l-ħarsien tat-tfal minn perspettiva wiesgħa. F’dan l-abbozz il-Working Group li twaqqaf taħt dan il-Ministeru għamel ukoll rakkomandazzjonijiet ghal xi tibdiliet fil-ligi Maltija li jitrattaw it-tfal; għalhekk b’dan il-mod l-istess protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal li jista’ joffri Att dwar it-Tfal, li jista’ joħloq xi konfużjoni fit- traddizjoni tas-sistema legali Maltija, qed jiġi salvagwardjat permezz ta’ tisħiħ ta’ struttura legali li diġa teżiżti.
Leg 11 PQ #29673 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Empowering people for more jobs & a better quality of life — għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema għaqdiet mhux governattivi bbenefikaw mill-programm 'Empowering people for more jobs & a better quality of life'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ għaqdiet mhux governattivi li bbenefikaw mill–Programm 'Empowering people for more jobs & a better quality of life' hekk kif mitlub.

Sptar Mater Dei — Konsulenti u Kirurgi

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm għandna tobba konsulenti li qegħdin fuq Contract A, B jew C fl-Isptar Mater Dei u huma residenti f'Għawdex; b) min huma u kemm minnhom huma kirurgi bir-responsabbiltà ta' on call fl-Isptar Mater Dei; ċ) għal dawn hemm xi mezz ta' għajnuna biex jaslu fil-ħin fl-Isptar Mater Dei sabiex jaqdu dmirhom sew lejn il-pazjent, speċjalment f'każ ta' emerġenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm konsulent wieħed li hu residenti f’Għawdex u dan qiegħed fuq Contract B. Dan il-konsulent għandu l-kariga ta’ Consultant (Ophthalmology) u joffri s-servizz ta’ oncall ġimgħa sħiħa kull erba’ ġimgħat. Fil-preżent ma hemm ebda arranġament speċjali ta’ trasport għall-ħinijiet normali tax-xogħol. F’każ li jiġi mgħajjat f’każ ta’ emerġenza, hemm il-faċilita’ li juża t-trasport provdut mid-dipartiment.

Għaqdiet mhux Governattivi — rati ogħla fi Ħdud, Festi Pubbliċi u sigħat ta' overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għaqdiet volontarji mhux governattivi għandhomx il-faċilità li ma jħallsux il-ħaddiema tagħhom b'rati ogħla fi Ħdud, festi pubbliċi jew meta jaħdmu sigħat ta' overtime?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għoti ta' hearing aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-rigward tal-għoti ta' hearing aids dawn ma jingħatawx b'settings li jrenduhom aktar personalizzati għall-persuni individwali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-hearing aids jingħataw mid-Dipartiment tal-Awdjoloġija lil dawk il-persuni adulti li għandhom il-karta rosa (means tested). L -aids huma kollha analogue u kull pazjent huwa ntitolat għal waħda, anke jekk fil-prattika għandu bżonn tnejn għax dik hija il- policy . L- aids jkunu issettjati għal bżonn tal-pazjent skont in-nuqqas tas-smigħ ( pure tone audiogram ). Hija prattika tad-Dipartiment li jagħti hearing aids ta’ wara il-widna ( behind-the-ear hearing aids ). Biex ikunu personaliżżati, il- hearing aids iridu jkunu digital . S’issa, d-Dipartiment diġa’ qiegħed jagħti ‘ digital aids’ lit-tfal kollha ta’ taħt is-16-il sena, iżda lill-adulti qed jingħatalhom analogue . Fis-suq jeżistu wkoll custom made hearing aids iżda l-użu tagħhom għad irid jiġi studjat għaliex dawn mhumiex adekwati għal kulħadd.

Sptar Mater Dei — nies li jmutu fl-emerġenza - jewelry

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jmut pazjent li jkun iddaħħal fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u fuqu jkollu xi jewellery, għaliex din tingħata lura lill-familjari biss wara rikors nutarili? Ma jidhirlux li dan idaħħal lill-familjari fi spejjeż li jistgħu jiġu evitati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħwejjeġ personali ta' nies li jmutu l-isptar jingħataw biss lil dawk l-individwi illi jkunu legalment intitolati għalihom. Li jkun meħtieġ huwa l-aħħar testment tal-mejjet u meta jkun hemm ħafna eredi identifikati ġeneralment dawn jippreżentaw prokura favur individwu wieħed sabiex jiġbor l-affarijiet f'isimhom.