Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà ġiet allokata għall-proġetti ta' housing speċjalizzat u kemm hu l-investiment allokat għal dawn il-proġetti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ġew allokati 6 proprjetajiet għal proġetti ta’ Housing Speċjalizzat b’investiment ta’ € 1,040,000.

Benefiċċju tal-Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li gawdew mill-benefiċċju tal-kera fis-sena 2020 u kemm kien l-investiment allokat għal dan il-benefiċċju?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 3,437 familja gawdew mill-benefiċċju tal-kera fis-sena 2020 b’nefqa ta’ €5,925,136.

Skema ta' depożitu fuq xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw nies għall-iskema tal-10% depożitu fuq xiri ta’ proprjetà u kemm kien l-ammont ta’ garanzija li ngħata mill-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema kienet suċċess minnufiħ tant li minn meta ġiet varata l-iskema f’Ġunju 2020 sa issa, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 336 applikazzjoni. L-applikazzjonijiet sottomessi qed jiġu pproċessati f’qasir żmien fejn sal-aħħar tas-sena 2020 diġà kien hemm 121 benefiċjarju li ffirmaw konvenju b’investiment ta’ €1,944,110.

Skema Equity Sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw mill-iskema Equity Sharing u x’kienet l-età medja tal-benefiċċjarji?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa bbenefikaw 214 familja mill-iskema tal-Equity Sharing. Hemm 91 familja li diġà ffirmaw il-kuntratt, 44 familja li ffirmaw konvenju filwaqt li 79 applikazzjoni oħra ġew approvati u l-applikanti qed ifittxu proprjeta.

Skema ta' Social Loans

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ persuni li saru sidien ta’ darhom permezz tal-iskema tas-Social Loans?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa bbenefikaw 213 familja mill-iskema tas-Social Loans. Minn dawn 131 familja ffirmaw il-kuntratt, 28 familja ffirmaw il-konvenju filwaqt li 54 familja ffirmaw ftehim mal-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema.

Skema għall-Irranġar u tkomplija tal-ewwel residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-għotja medja li ngħatat lill-benefiċċjarji tal-iskema għall-irranġar u tkomplija tal-ewwel residenza fl-2020? Kemm ibbenefikaw nies mill-iskema ġenerali ta’ titjib u rranġar fid-djar fl-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għotja medja li ngħatat lill-benefiċċjarji tal-iskema għall-irranġar u tkomplija tal-ewwel residenza fl-2020 kienet tammonta għall-€2,900. Fl-2020 kien hemm 188 persuna li lestew ix-xogħol fir-residenza tagħhom wara li bbenefikaw mill-iskema ta’ sussidju fuq xogħlijiet ta’ rranġar u titjib u b’hekk ibbenefikaw minn għotjiet li fit-total jammontaw għal €464,096.46.

Skejjel – Adrenaline Auto Injectors

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li kull skola jkollha konsenja adrenaline auto injector (bħalma hi l-Epi-pen Jr) u dan biex nissalvagwardjaw l-interess ta’ saħħet l-ulied waqt li niffrankaw spejjeż żejda lill-ġenituri li jkollhom jixtru ammont ta’ injectors kull perjodu li eventwalment jiskadu f’qasir żmien jekk ma jkunux użati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-injections qed jiġu kkunsidrati.
Leg 13 PQ #22231 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: JEAN CLAUDE MICALLEF To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel – Adrenaline Auto Injectors

Question

Tista’ l-Ministru tikkunsidra li kull skola jkollha konsenja adrenaline auto injector (bħalma hi l-Epi-pen Jr) u dan biex nissalvagwardjaw l-interess ta’saħħet l-ulied waqt li niffrankaw spejjeż żejda lill-ġenituri li jkollhom jixtru ammont ta’ injectors kull perjodu li eventwalment jiskadu f’qasir żmien jekk ma jkunux użati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22230.

Marsaskala – ħatra ta’ sottokumitat mingħajr approvazzjoni tal-kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li f'Marsaskala nħatar sottokumitat bla Termini & Referenza mingħajr approvazzjoni tal-kunsilliera bit-titlu ta' "Sotto Kumitat għal Riġenerazzjoni ta' Marsaskala" u li l-membri tiegħu qed jagħmlu laqgħat ma' entitajiet bl-iskop aħħari jkun li jifformulaw direzzjonijiet tat-traffiku ġodda? Nitlob konferma jekk f'dan l-istess sottokumitat kienx jew hux kompost fost oħrajn minn: 1. Uffiċjali f'dekasteri ministerjali 2. Kandidati politiċi 3. Żviluppaturi b'applikazzjonijiet f'Marsaskala 4. Residenti Skalin 5. NGOs 6. Operaturi ta' negozji f'Marsaskala

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Marsaskala – Triq il-Latmija — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament fuq ix-xogħlijiet fi Triq il-Latmija f'Marsaskala? Tista’ tingħata data/perjodu meta t-triq tista’ terġa’ tkun miftuħa għall-pubbliku u għall-vetturi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc lestiet ix-xogħlijiet tagħha fi Triq il-Latmija f’Marsaskala. Minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ix-xogħlijiet għaddejin skond il-pjan fejn qed isir titjib fin-network tal-ilma tax-xorb u kif ukoll installar ta’ servizzi ġodda kemm tan-New Water u kif ukoll sistemi ġodda ta’ drenaġġ. Għalkemm ix-xogħlijiet mistennija jittlestew matul din is-sena, qed jingħata aċċess temporanju kemm lill-bdiewa u kif ukoll lir-residenti tal-inħawi.

Ħal Għaxaq – għaqdiet volontarji – faċilitajiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-possibbilità ta' faċilitajiet finanzjarji li għaqdiet volontarji bħal Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq u Għaqda Mużikali Santa Marija Ħal Għaxaq AD 1873 huma intitolati u jistgħu jigwadanjaw minnhom fl-2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20469.

Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun – persuni li huma computer literate/ħadu edukazzjoni post-sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata ta’ dawk meqjusa computer literate fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun, u kemm jammontaw ir-residenti f’perċentwali li ħadu edukazzjoni post-sekondarja fl-istess inħawi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-NSO qed jipprovdi informazzjoni fuq livell ta’ distrett skont il-klassifikazzjoni Local Administrative Unit (LAU). Informazzjoni dwar il-lokalitajiet m’hijiex disponnibli. Il-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u z-Zejtun jagħmlu parti mis-South Eastern district, li jinkludi wkoll il-lokalitajiet ta’ Birzebbuġia, il-Gudja, Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi, Ħal Safi u z-Zurrieq. Skont l-istħarriġ tal-Uzu ta' l-ICT fost il-familji, madwar 85% tal-individwi li għandhom bejn is-16 u l-74 sena u jgħixu fi djar privati fis-South Eastern district għamlu uzu mill-internet fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2020. Dan il-persentaġġ qed jiġi meqjus li huwa proxy għal computer literacy. Skont l-istħarrig fuq is-Suq tax-Xoghol għas-sena 2020, hu stmat li 51% tal-popolazzjoni li għandha bejn is-16 u l-74 sena u li tgħix fi djar privati fis-South Eastern district għandhom livell ta’ edukazzjoni post-sekondarju jew aktar.

Marsaskala — sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika li turi: a. kemm saru reati f’Marsaskala u liema kienu l-iktar tip ta’ reati li twettqu bejn l-2017 sal-lum; u b. kemm hemm pulizija assenjati fl-għassa ta’ Marsaskala?

Response (CAMILLERI, BYRON)

In-numru ta’ reati li seħħew f’Marsaskala u li ġew reġistrati fis-sistema tal-Pulizija mill-ewwel ta’ Jannar 2017 sa l-aħħar ta’ Frar 2021, jammontaw għal elf ħames mija u tnejn u ħamsin (1552). L-iktar tip ta’ reati li twettqu kienu reati ta’ serq, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Fl-għassa ta’ Marsaskala hemm assenjati ħmistax (15) il-uffiċjal tal-Pulizja u dawn jiġu assistiti min pulizija oħra mid-Distretti ta’ Haż-Żabbar jew Bormla, skont il-bżonn. Tip ta’ reat 2017 2018 2019 2020 2021* Total Hruq 1 2 4 2 0 9 Attentat ta’ offizi 8 6 24 10 1 49 Feriti fuq persuna 19 21 15 18 2 75 Uzu ħazin ta’ computer 5 5 6 12 0 28 Reati kontra sigurta pubblika 1 0 0 0 0 1 Hsarat 92 80 98 92 14 376 Vjolenza domestika 38 66 77 76 9 266 Drogi 8 3 2 9 13 35 Falsifikazzjoni 0 1 0 1 0 2 Frodi 15 26 20 22 3 86 Immigrazzjoni 0 0 0 1 0 1 Infanticidju/abbandun ta’ tfal 0 1 0 0 0 1 Hasil ta’ flus 1 0 0 0 0 1 Pornografija 0 0 1 0 0 1 E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 2 5 9 7 1 24 Prostituzzjoni 0 0 0 0 1 1 Offizi sesswali 4 2 6 2 1 15 Serq 119 112 156 119 21 527 Theddid u vjolenza 7 10 8 11 1 37 Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku 3 1 5 8 0 17 Total 323 341 431 390 67 1552 *sa l-aħħar ta’ Frar
Leg 13 PQ #20254 Sitting 446 2021-04-12 Oral · Final From: JEAN CLAUDE MICALLEF To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun – persuni meqjusa computer & IT literate

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi r-rata ta’ dawk meqjusa computer & IT literate fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun u kemm jammontaw ir-residenti f’perċentwali li ħadu edukazzjoni post-sekondarja fl-istess inħawi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi m'għandux it-tagħrif mitlub. Peress li qed tintalab statistika li tikkonċerna residenti, nissuġġerixxi lill-Onor. interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Sajjieda u baħħara reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna sajjieda reġistrati f’pajjiżna b’kollox, minn liema lokalitajiet ġejjin u x’inhi l-età tagħhom waqt li kemm huma l-baħħara reġistrati fuq xogħol relatat mas-sajd u ta’ liema nazzjonalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġa tennejt f’risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċendenti, fid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwalkultura ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati. Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati fil-kategoriji professjonali huwa ta’ 380 bastiment full-time (MFA); u 459 bastiment part-time (MFB), rispettivament. L-eta’ tas-sidien tvarja minn 19 sa 78 sena fil-kategorija MFA u minn 18 sa 88 fl-MFB. Dawn is-sidien ġejjin minn diversi lokalijiet kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzoniji ta’ xogħol ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru, ninsab infurmat li hemm 40 bastiment tas-sajd professjonali li għandhom kaptan addizzjonali barrani rreġistrat fuqhom; 38 ta’ nazzjonalita’ terza u 2 ta’ nazzjonalita’ Ewropea.

Kunsilli Lokali – skemi ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu skemi ambjentali li kienu eliġibbli għalihom il-kunsilli lokali u kemm applikaw biex jibbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali ta' Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun bejn l-2019 u l-2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ta’ kull sena, Ambjent Malta tidħol fi ftehim ma’ diversi Kunsilli Lokali sabiex dawn jimplimentaw proġetti ta’ tħaddir urban fil-lokalità tagħhom. Il-Kunsilli taż-Żejtun u Marsaskala daħlu għal ftehim bħal dan fl-2019, filwaqt li ftehim simili sar mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk fl-2020. Il-valur ta’ kull ftehim kien ta’ tletin elf ewro (EUR 30K).

Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il triq saret mill-ġdid jew sar titjib fiha fil-lokalitajiet ta' Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun mill-2017 sal-lum? Liema toroq fl-istess lokalitajiet huma proġettati għal titjib infrastrutturali sa tmiem l-2023?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom. Fis-sentjen li għaddew, għamlet ukoll xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra. Fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Santa Marija, Triq il-Gudja, Triq iż-Żejtun, Triq Ġammari Dalli, Triq Valletta, Dawret Ħal Għaxaq, Għaxaq ByPass, Triq ġdida fi Triq Barklor, Triq Ġuċeppi D'Arena, Triq bla isem fl-inħawi t’Għar Dalam, Triq bla isem ħdejn Triq l-Avjazzjoni, Triq tal-Andar, Triq Kalamija, Sqaq tal-Ġebel, Sqaq Wilġa u Triq il-Fortizza ta' Karag. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq l-Ewwel ta’ Jannar 1626, Triq il-Merill u Trejqet Santu Kristu, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq Tal-Ġewwinija, Triq Dun Mattew Schriha, Triq il-Labour, Triq Gebelin, Triq tal-Qattus, Triq Dun V Scicluna Hernandez, Triq Dun Marcell Mallia u Triq Tgeżwira. Fil-lokalità ta’ Marsaxlokk diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Axtart, Triq iż-Żejtun, Triq Il-Kavallerizza, Triq il-Patrijiet Tereżjani, Triq ġdida fi Triq Tas-Silġ (fil-viċinanzi ta’ Triq l-Avukat Carmelo Caruana), Triq Duncan, Triq ġdida fi Triq Tas-Silġ (fil-viċinanzi ta’ Triq Abdosir), Triq l-Għoljiet Ta’ Guno, Triq it-Torri, Triq bla isem ħdejn Triq it-Torri u Sqaq Umbrella. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq Xrobb l-Għaġin, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq Għajn Osiris u Triq 8 ta’ Mejju. Fil-lokalità ta’ Masrskala diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Frans Grech, Triq il-Qrempuċ, Triq Thomas Ashby, Triq Patri Wistin Born, Triq il-Lampuka, Triq il-Buttar, Triq ġdida fi Triq il-Buttar, Triq il-Vjola, Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Triq il-Wiesgha, Triq Btieti, Triq La Sengle u Triq Rumi. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq il-Qaliet, Triq Gardiel, Triq San Ġwakkin, Triq ir-Ridott u Triq il-Bajja ta' San Tumas, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq l-Iskal, Triq Giuseppe Zammit, Triq ¯onqor, Triq Naspli, Ta’ Monita u Triq il-Magħluq. Fil-lokalità taż-Żejtun diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Ħabb il-Qamb, Triq Alfred Cachia Zammit, Triq Bormla (Taċ-Ċawsli), Sqaq Numru 1 fi Triq Ħaż-Żabbar, Triq E Attard Bezzina, Triq Taltas, Triq il-Labour, Triq Toni Zahra, Triq Dwiemes, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq id-Daħla ta' San Tumas, Triq il-Kbira, Vjal il-25 ta' Novembru, Sqaq Numru 5 fi Triq Xrobb l-Għaġin, Triq bla isem ħdejn Triq il-Barrani, Sqaq Numru 2 tal-Barrani u Sqaq numru 2 fi Triq il-President Anton Buttigieg. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-President Anton Buttigieg, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq il-Profs Anthony Zammit u Ħal Tmiem. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Ħut ikkunsmat f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-aktar 3 tipi ta' ħut l-iktar ikkunsmat f'pajjiżna u dawk l-aktar maqbuda mis-sajjieda artiġjanali Maltin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartment tas-Sajd u Akkwakultura ma jżommx statistika tal-konsum ta’ ħut f'pajjiżna, peress li din ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru. L-aktar tlett speċi ta' ħut maqbuda mis-sajjieda artiġjanali Maltin huma Kavall, Lampuki u Pixxispad.

Marsaskala – Bajja bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta’ San Tumas – taraġ tal-injam

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13675, li għamilt fl-interess tal-poplu skalin li nirrappreżenta u dawk li jagħmlu użu mill-bajja li tinsab bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta’ San Tumas (wara Sala Sant’Anna), jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara r-risposta li ngħatat mill-predeċessur tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għaż-Żoni turistiċi għandha ftehim mal-Kunsill Lokali sabiex ikun hemm intervent qabel is-sajf li ġej.

Home Deposit Schemes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk li bbenefikaw mill-Home Deposit Scheme u jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema tiġi imġedda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi sal-lum il-ġurnata diġa bbenefikaw minn din l-iskema 200 persuna. Ta' minn jgħid illi din l-iskema għadha miftuħa u nħeġġeġ aktar individwi biex jesploraw din l-iskema sabiex isiru sidien ta' darhom għall-ewwel darba.