Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom. Fis-sentjen li għaddew, għamlet ukoll xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra.
Fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Santa Marija, Triq il-Gudja, Triq iż-Żejtun, Triq Ġammari Dalli, Triq Valletta, Dawret Ħal Għaxaq, Għaxaq ByPass, Triq ġdida fi Triq Barklor, Triq Ġuċeppi D'Arena, Triq bla isem fl-inħawi t’Għar Dalam, Triq bla isem ħdejn Triq l-Avjazzjoni, Triq tal-Andar, Triq Kalamija, Sqaq tal-Ġebel, Sqaq Wilġa u Triq il-Fortizza ta' Karag. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq l-Ewwel ta’ Jannar 1626, Triq il-Merill u Trejqet Santu Kristu, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq Tal-Ġewwinija, Triq Dun Mattew Schriha, Triq il-Labour, Triq Gebelin, Triq tal-Qattus, Triq Dun V Scicluna Hernandez, Triq Dun Marcell Mallia u Triq Tgeżwira.
Fil-lokalità ta’ Marsaxlokk diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Axtart, Triq iż-Żejtun, Triq Il-Kavallerizza, Triq il-Patrijiet Tereżjani, Triq ġdida fi Triq Tas-Silġ (fil-viċinanzi ta’ Triq l-Avukat Carmelo Caruana), Triq Duncan, Triq ġdida fi Triq Tas-Silġ (fil-viċinanzi ta’ Triq Abdosir), Triq l-Għoljiet Ta’ Guno, Triq it-Torri, Triq bla isem ħdejn Triq it-Torri u Sqaq Umbrella. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq Xrobb l-Għaġin, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq Għajn Osiris u Triq 8 ta’ Mejju.
Fil-lokalità ta’ Masrskala diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Frans Grech, Triq il-Qrempuċ, Triq Thomas Ashby, Triq Patri Wistin Born, Triq il-Lampuka, Triq il-Buttar, Triq ġdida fi Triq il-Buttar, Triq il-Vjola, Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Triq il-Wiesgha, Triq Btieti, Triq La Sengle u Triq Rumi. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq il-Qaliet, Triq Gardiel, Triq San Ġwakkin, Triq ir-Ridott u Triq il-Bajja ta' San Tumas, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq l-Iskal, Triq Giuseppe Zammit, Triq ¯onqor, Triq Naspli, Ta’ Monita u Triq il-Magħluq.
Fil-lokalità taż-Żejtun diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Ħabb il-Qamb, Triq Alfred Cachia Zammit, Triq Bormla (Taċ-Ċawsli), Sqaq Numru 1 fi Triq Ħaż-Żabbar, Triq E Attard Bezzina, Triq Taltas, Triq il-Labour, Triq Toni Zahra, Triq Dwiemes, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq id-Daħla ta' San Tumas, Triq il-Kbira, Vjal il-25 ta' Novembru, Sqaq Numru 5 fi Triq Xrobb l-Għaġin, Triq bla isem ħdejn Triq il-Barrani, Sqaq Numru 2 tal-Barrani u Sqaq numru 2 fi Triq il-President Anton Buttigieg. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-President Anton Buttigieg, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq il-Profs Anthony Zammit u Ħal Tmiem.
Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.