Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spezzjonijiet fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet mill-uffiċjali tas-sanità fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar sitt xhur?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret spezzjoni nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2018 mill-uffiċjali tas-sanità fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ mobile phone f’Diviżjoni 5
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jispjega x'passi ttieħdu wara s-sejba ta' mobile phone fid-Diviżjoni 5 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin il-ġimgħa li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li proċeduri ta’ dixxiplina u siġurtà jiġu applikati f’każ ta’ sejba ta’ oġġetti projbiti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Identity Malta — Ċittadinanza b’investiment – aġenziji akkreditati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-aġenziji akkreditati minn Identity Malta biex ibigħu l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment (IIP)? Jista’ jgħid kemm applikazzjonijiet issottomettew kull waħda minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
L-informazzjoni marbuta man-numru ta’ applikazzjonijiet li ssottomettew kull waħda minnhom ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ privatezza u protezzjoni tad-data.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 186 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Avukati jew ditti ta’ Avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi lill-AirMalta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati jew ditti ta' avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi oħra lil AirMalta wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas li sar rispettivament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Avukati jew ditti ta’ Avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi lill-ARMS Ltd
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati li pprovdew servizzi ta' konsulenza jew servizzi oħra lil ARMS Ltd wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas rispettivament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati (inkluż project managers, periti, project design officers u procurement officers) tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada impjegati wara Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull wieħed u d-data meta kull wieħed ġie impjegat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persons of trusts
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 168, jista' issa l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persons of trust fi ħdan l-Ministeru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjat, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Kunsill Malti tal-Arti, il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta, il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, iċ-Ċentru Malti għall-Arti Kontemporanja Internazzjonali, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Heritage Malta, il-Fondazzjoni Centru Kreattivita’ u l-Qrati tal-Ġustizzja.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 169, tista’ l-Ministru issa telenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tagħha, qiegħed jokkupa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi tal-Persons of Trust jinsabu fis-Segretarjat Privat tal-Ministru, fid-Direttorat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u fid-Direttorat għas-Servizzi tal-Konsumatur fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Università ta’ Malta – tfittxijiet arkeoloġici fl-ibħra Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm tfittxijiet arkeoloġiċi fl-ibħra Maltin hemm għaddejjin jew maħsuba għal futur qarib, mill-Università ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Università ta' Malta f’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, għandha programm ta' survey tal-ibħra territorjali Maltin kollha.
Dan is-survey ilu għaddej għal dawn l-aħħar erba' snin u ser jibqa’ għaddej fix-xhur u fis-snin li ġejjin.
L-isfidi loġistiċi marittimi kif ukoll l-elementi imprevedibbli, jikkundizzjonaw meta u kemm-il darba jkun jista' jsir xogħol ta' survey marittimu. L-għan tas-survey hu li l-informazzjoni li tinġabar titpoġġa fl-inventarju.
S’issa sar survey ta' madwar 800km kwadru f’25 sezzjoni (survey blocks).
Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus – implimentazzjoni tal-Liġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata fil-liġi tagħna l-aħħar Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus (the 4th EU Anti-money Laundering Directive) li kellha tkun implimentata sas-26 ta’ Ġunju 2017? X’inhi r-raġuni għal tali dewmien?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att XXVII tal-2017 Prevention of Money Laundering ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-1 ta' Diċembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa msejjaħ MONEYVAL (li fost oħrajn jara l-qagħda leġiżlattiva fil-pajjiżi tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu) jżur Malta s-sena d-dieħla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Moneyval mistenni jiġi Malta matul l-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Trade Malta għandha konsulent wieħed. Dan jitħallas €3,500 fis-sena. Huwa kien ġie ngaġġat qabel it-3 ta’ Ġunju 2017. Ma ġewx ingaġġati konsulenti ma din l-entita’ wara it-3 ta’ Ġunju 2017.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Tista’ l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hi responsabbli, għandha? Tista' tgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-entitajiet illi jaqgħu taħt ir-responsabilta` tiegħi ma jimpjegawx konsulenti magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol kollu li sar s’issa fuq il-Crafts Village f’Ta’ Qali skont kif kien ħabbar il-Gvern fl-aħħar Leġiżlatura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ żvilupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali issa qiegħed fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħolijiet infrastrutturali relatati ma’ dan il-proġett bdew fil-bidu ta’ din is-sena u huma ippjanati li jkunu sostanzjalment lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Fost dawn ix-xogħolijiet hemm it-tibdil ta’ sistemi ta’ l-ilma u drenaġġ u jinbena sistema ġdida għal maniġjar ta’ l-ilma tax-xita. Il- provvista tal-elettriku qegħda tiġi msaħha bit-tibdil tal-cables ‘high tension’ kollha u s-sistemi ta’ provista tad-dawl u telekommunikazzjoni għal-kull unit u d-dawl tat-toroq sejrin ikunu kollha mgħoddija minn ‘service culverts’ taħt l-art. Fuq dan ix-xogħol kollu jerġaw jinbnew it-toroq tal-‘villaġġ’ u jsir pavimentazzjoni ġdid tal-bankini kif ukoll tat-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju li għandu l-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tal-Fondazzjoni Skejjel t’Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju hu kif ġej:
· Paga bażika: €39,100
·
Car Allowance
: €4,658 fis-sena
·
Communication Allowance
: €1,600 fis-sena
·
Disturbance Allowance
: €5,745 fis-sena
·
Market Corrector
: €2,500 fis-sena
·
Fuel Allowance
: 150 Litru
fuel
fix-xahar wara l-preżentazzjoni tal-irċevuti
·
Performance Bonus
: Sa massimu ta' 15% tal-paga bażika