Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2575 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proċeduri Dixxiplinari fuq individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta’ proċeduri dixxiplinari kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien kiteb kliem dispreġjativ kontra s-Sinj. Daphne Caruana Galizia ftit wara li din inqatlet fis-16 t’Ottubru 2017, u liema kliem kien ġie rrapurtat anke mill-media barranija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Proċeduri Dixxiplinari fuq individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta’ proċeduri dixxiplinari kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien kiteb kliem dispreġjativ kontra s-Sinj. Daphne Caruana Galizia ftit wara li din inqatlet fis-16 t’Ottubru 2017, u liema kliem kien ġie rrapurtat anke mill-media barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6186 li saret mill-Onorevoli Karol Aquilina.

Il-Fgura – Triq il-Karmelitani – xogħlijiet fuq bankina

Question

Peress li waslu diversi lmenti li l-bankina fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura tinsab fi stat perikoluż ferm u ilha hekk ix-xhur, jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet biex ikun indirizzat dan il-periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fi Triq il-Karmelitani hemm sit kbir ta’ kostruzzjoni u li ta’ spiss il-bankina qed tiġi użata minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqha. Ninsab infurmat wkoll li minkejja li l-Kunsill għamel ta’ spiss manutenzjoni meħtieġa, ukoll, għamel kuntatt mal-iżviluppatur biex appenna jitlesta dan il-proġett jassigura li din il-bankina tiġi rrnanġata skont ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà.

Il-Fgura – Triq il-Karmelitani – xogħlijiet fuq bankina

Question

Peress li waslu diversi lmenti li l-bankina fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura tinsab fi stat perikoluż ferm u ilha hekk ix-xhur, jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet biex ikun indirizzat dan il-periklu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabilità tal-kunsill lokali ta’ din il-lokalità. Madankollu, Transport Malta infurmat lill-kunsill lokali konċernat sabiex jieħu l-azzjoni meħtieġa mill-aktar fis. Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta. Permezz ta’ din l-aġenzija, ser inwettqu l-pjan ta’ dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż. B’mod gradwali, din l-aġenzija ser tkun qed tikkollabora mal-kunsilli lokali ħalli jinbnew mill-ġdid ukoll it-toroq residenzjali u toroq oħra li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess kunsilli lokali. Sfortunatament, fil-passat, dawn il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabilità tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew mgħejjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b’mod sħiħ. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis. Permezz ta’ Infrastruttura Malta, pajjiżna ser ikollu ferm aktar riżorsi, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, prattiċi ġodda ta’ xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta’ sostenibilità u sigurtà, sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.

Malta Philharmonic Orchestra -kunċert

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Philharmonic Orchestra hijiex ser tkun qed tilqa' sejħiet biex iżżomm kunċerti li fihom iddoqq il-mużika favorita ta' kulmin iwieġeb tali sejħiet, kif ser tagħmel fi Frar li ġej, bil-mużika favorita tal-Prim Ministru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għandha tim artistiku li jiddeċiedi fuq il-programm ta’ kunċerti li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ser tkun involuta fihom. Dan it t-tim artistiku jevalwa u jiddiskuti kull proposta li tiġi quddiemu u jiddeċiedi fl-aħjar interess ta l – Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Malta Philharmonic Orchestra – organizzazzjoni ta’ kunċert

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej li minnhom iddakret il-Malta Philharmonic Orchestra li fl-aħħar 50 sena l-orkestri nazzjonali rispettivi tagħhom organizzaw kunċerti li fihom tindaqq il-mużika favorita tal-Prim Ministru ta' dak il-pajjiż, u jagħti wkoll is-sena li fihom dak il-pajjiż ikun organizza dak l-avveniment?

Response (BONNICI, OWEN)

Huwa xogħol l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li tkun innovattiva u l-mistoqsija tikkonferma dan.
Leg 13 PQ #2430 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU — on-site examination ta’ nutara pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ħaddiema u/jew uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li personalment wettqu xi on-site examination lil Nutar/a Pubbliċi matul l-2016 u kemm minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum impjegati mal-istess entità jew b’xi mod ieħor jiżvolġu xogħol għall-istess entità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2016 kien hemm 11-il uffiċjal tal-FIAU li wettqu eżaminazzjoni fuq il-post fuq nutara pubbliċi. Sal-lum il-ġurnata, tmienja (8) minnhom għadhom impjegati mal-FIAU.
Leg 13 PQ #2445 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – sejħa ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema kienet is-sejħa ta’ applikazzjoni li permezz tagħha, l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Malta Gaming Authority? Jista’ jgħid meta ġie impjegat u x’inhu xogħlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjoni kienet ETC Vacancy No. 275919. Il-Persuna imsemmija ġiet ingaġġata fil-25 ta’ Awwissu 2014 fil-pożizzjoni ta’ Projects Administrator.

SportsMalta – riżenji ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat irriżenja minn SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm-il impjegat ġie impjegat ma' SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull każ jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa ta' applikazzjoni (u jagħti d-data rispettiva) jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mit-3 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Mejju 2018 kien hemm ħames (5) riżenji minn SportMalta. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm l-ingaġġ ta’: 102 Part-Time Coaches - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017 50 Part-Time Helpers - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017 1 Chief Executive Officer - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 29/01/2018
Leg 13 PQ #2569 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ min akkwista ċ-ċittadinanza Maltija inkluż bl-IIP

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika d-data u l-post fejn ġiet ippubblikata l-lista ta’ dawk kollha li akkwistaw ċittadinanza Maltija, inkluż bl-Individual Investor Programme (IIP) għas-snin 2016 u 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-lista’ ta’ dawk li akkwistaw ċittadinanza Maltija fl-2016 ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta’ Diċembru 2017. Dik tal-2017 tiġi ppublikata aktar tard din-sena.
Leg 13 PQ #2571 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali u Identity Malta – kontroversja legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx solvuta l-kontroversja legali bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali peress li din tal-aħħar ma kenitx qed tirċievi l-informazzjoni u d-dettalji kollha li skont hi għandha tirċievi minn Identity Malta skont il-Liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda azzjoni legali bejn il-partijiet ikkonċernati.
Leg 13 PQ #2574 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali u Identity Malta — sitwazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali wara l-artikolu li kien deher f’The Malta Independent fit-2 ta’ Jannar 2017 bit-titlu "Ministry rejects Times story on failed meeting between Electoral Commission, Identity Malta"(li link qed jingħata separatament), fejn kien intqal li t-taħditiet li qed imexxi l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kien fi “stadju avvanzat”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li Identity Malta għandha rapport kordjali u tajjeb ħafna mal-Uffiċċju Elettorali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 intefqu €25 fuq Facebook u €538.20 fuq Youtube. Fl-2014 intefqu €20.34 fuq Facebook u fl-2017 intefqu €218.30 fuq il-website tal-Ministeru. Inżid ngħid li fiż-żewġ ċirkustanzi li ntefqu flus fuq Facebook saru minn Ambaxxata fuq CDF Project. Bejn April 2010 sa Settembru 2012 għal Social Media advertising intefqet is-somma ta` €2,725.80.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba mi-21 ta’Ottubru 2017 sal-31 ta’ Mejju 2018 hija kif murija fit-tabella sussegwenti:- Nixtieq nghid wkoll li dettalji minn Marzu 2013 sa 20 ta' Ottubru 2017 - diġa ingħataw fuq PQ 252 f'Seduta 42. Dipartiment / Entita' / Agenzija: 21 ta' Ottubru 2017 - Dicembru 2017 * € Jannar - April 2018* € social media advertising Transport Malta 4311.85 0 Google 8739.83 940.33 FB Planning Authority 0.00 4410.00 FB MTIP 0.00 472.00 FB 06/06/2018 *Minn Marzu 2013 sa 20 ta' Ottubru 2017 - il-figuri/nefqa diġa ingħatat fuq PQ 252 f'Seduta 42
Leg 13 PQ #2418 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – social media advertising — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #2428 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul is-sena 2016, maqsuma xahar b’xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorveoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2429 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU — on-site examination ta’ nutara pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fost in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul l-2016, kemm intgħażlu permezz ta’ metodu ibbażat fuq riskju u kemm intgħażlu b’metodu każwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2016, disa’ (9) nutara intagħżlu skont ir-riskju, u sitt (6) nutara intagħżlu fuq metodu każwali (‘random’).
Leg 13 PQ #2410 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2411 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn intefqu medja ta’ ftit aktar minn €293,000 (mitejn, tlieta u disgħin elf Ewro) fis-sena f’social media advertising.