Financial Intelligence Analysis Unit – ċaqliq ta’ personnel
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 515, jista’ l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) (jiġifieri kull transfer lejn l-FIAU u mill-FIAU, u fi ħdan l-istess FIAU) mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ċaqliq ta' personnel la lejn l-FIAU u lanqas mill-FIAU.
Fi ħdan l-FIAU, seħħ ċaqliq volontarju f'Marzu, 2018, minn persuna waħda. Dan seħħ wara li kien hemm sejħa interna u l-persuna applikat għall-pożizzjoni f’sezzjoni oħra fl-FIAU.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516 fejn intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet fi ħdanu taw iktar minn €10 miljuni f’direct orders fl-2017, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal kull każ lil min ingħata kull direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta’ kull kumitat ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf li l-Bord ta’ Evalwazzjoni kien kompost minn persuni maħtura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija minn fost persuni b’esperjenza fil-qasam tal-proġetti pubbliċi u tas-saħħa, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir.
Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, u peress li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jirrispondi għad-deċiżjonijiet tagħhom, il-Gvern ma jħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta’ kull kumitat ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex se timpjega lill-individwu (a) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk huwiex se jkun impjegat mal-istess Transport Malta fil-kariga li kellu l-individwu (b) li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent la huwa impjegat tal-Awtorità u ma hemm ebda proċess sabiex jiġi mpjegat.
Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f’Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta’ għażla jdum mill-inqas disa’ xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea saret ai termini tal-Artikolu 253 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fejn Imħallef jista’ jarġa’ jinħatar. Minħabba l-fatt li l-kandidat Malti għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea cioe l-Imhallef Peter G Xuereb diġa għadda minn proċedura miftuħa tal-għażla u bħalissa qed iservi bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali, ma kienx meqjus neċessarju li tinħareġ sejħa pubblika oħra sabiex dan ta’ l-aħħar jinħatar bħala Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.
Meta ġie maħtur bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali dan ta’ l-aħħar intgħażel fuq bażi ta’ mertu, wara intervista minn Kumitat ta’ Għażla.
Fid-19 ta’ Marzu 2018, il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħareġ opinjoni pożittiva dwar l-idoneità tal-kandidat Malti sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Din il-kandidatura ġiet ikkonfermata mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-marġini tal-Kumitat tar-Rapreżentanti Permanenti tat-13 ta’ Ġunju tal-2018.
L-Imħallef magħżul għall-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jidħol fil-kariga l-ġdida tiegħu fis-6 t’Ottubru 2018.
Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f’Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta’ għażla jdum mill-inqas disa’ xhur?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex – inkjesta mill-Pulizija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Inkjesta tal-pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex ġietx konkluża u x’kienu l-konklużjonijiet u jikkonferma jekk il-persuni li kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex li ġew sospiża f’Lulju 2017 (inkluż id-Direttur, il-Perit u l-PA tad-Direttur) fuq diversi allegazzjonijiet li saru, reġgħux iddaħħlu lura jaħdmu mal-gvern f’dawn l-aħħar ġranet? Jista’ jgħid min ta l-ordni biex dawn il-persuni jerġgħu jiddaħħlu lura jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu, ma’ liema Ministeru qed jaħdmu kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, taħt liema titlu u f’liema grad iddaħħlu lura għax-xogħol, u minn liema Ministeru qed jitħallsu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Avukat Ġenerali – Artikolu 569 (6) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi jew każijiet fl-aħħar 20 sena fejn l-Avukat Ġenerali ma qabilx u mar kontra r-rakkomandazzjoni ta’ xi Maġistrat Inkwirenti għeluq inkjesta li kien irrakomanda li jittieħdu passi kriminali kontra individwu, skont l-art. 569(6) tal-Kodiċi Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli Membru huwa nformat illi l-poter tal-Avukat Ġenerali li joħrog nolle prosequi jew biex proċeduri kriminali ma jinbdewx jew biex ma jitkomplewx m’ huwiex poter li għalih isir rikors ta’ spiss.
Fil-fatt mis-sena 1989 sa llum inħarrġu b’ kollox madwar 19 il-nolle prosequi li ġeneralment ma kienux tat-tip imsemmi fid-domanda u ċioe taħt l-artikolu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali iżda nħarrġu wara li kienu nbdew proċeduri u nstab li ma kienx hemm bizzejjed provi biex wieħed jipproċedi.
Ma tinżammx statistika separata dwar it-tip ta’ ordni ta’ nolle prosequi msemmi fid-domanda iżda nista’ ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-indikazzjonijiet huma illi mill-2010 sa llum kien hemm każ wieħed biss fejn l-Avukat Ġenerali ħareg ordni ta’ dan it-tip.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħa ma’ individwi minn rappreżentanti jew uffiċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma’ rappreżentanti jew uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll meta u ma’ min iltaqgħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinvolvi fost oħrajn laqgħat regolari ma' numru kbir ta' nies minn sferi differenti. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiltaqa magħhom u dettalji ta’ kull laqgħa.
Proċeduri dixxiplinari kontra surġent tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar mill-proċeduri dixxiplinari kontra s-Surġent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli kien kiteb fuq Facebook li l-ġurnalista maqtula kienet ħadet li ħaqqha?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 454 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 126 priġunier li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Public Cleansing – tbagħbis fl-użu ta petrol u diesel
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fit-Taqsima tal-Public Cleansing li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, instabx li fl-aħħar ġimgħat kien qed jiġi mbagħbas l-użu tal-petrol/diesel? Tista' tgħid ukoll jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar dan, min għamel dan ir-rapport u meta sar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li sar xi tbagħbis fl-użu tal-petrol/diesel u għalhekk ma sarux rapporti lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 kemm saru lmenti lill-Police Board kif ukoll lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u kemm ittieħdu passi legali kontra l-uffiċjali msemmija u x'tip ta' proċeduri kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 saru sebgħa mija u tmienja u sittin (768) ilment lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Infurmat li ttieħdu proċeduri fuq mitejn u sitta u tletin (236)każ kontra l-uffiċjali kkonċernati, u minn dawn il-każi mija u erbgħa (104) kienu proċeduri kriminali u mija u tnejn u tletin (132) proċeduri dixxiplinari.
2013
2014
2015
2016
2017
Total
Ilmenti lill-Internal Affairs
99
126
292
168
83
768
Passi kriminali kontra Uffiċjali
9
19
26
29
21
104
Passi dixxiplinari kontra Uffiċjali
21
20
47
32
12
132
Fir-rigward tal-
Police Board
, tajjeb jingħad li l-Bord ġie xolt fit-12 ta’ Mejju 2017. Dakinhar inħatar bord ġdid bl-isem
Independent Police Complaints Board
u l-ilmenti li ġew preżentati quddiemu sal-31 ta’ Diċembru 2017 kienu erbgħa (4). Għaldaqstant, l-ilmenti kif preżentati quddiem il-
Police Board
huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Wara dawn l-ilmenti, ma ttieħdu ebda passi legali.
2013
2014
2015
2016
2017
Total
Police Board
12
12
9
16
4 (sat-12 ta’ Mejju)
49
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 538.
Tas-Sliema – Amery Street – tibdil tal-isem tat-triq għal ġurnalista maqtula
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkomandazzjoni biex Amery Street f’Tas-Sliema tissemma għal ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, it-triq li fiha trabbiet u għexet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Malta qed tirrifjuta, anke jekk b’mod diplomatiku, li l-periodical evaluation tal-GRECO (li tinkludi review tal-implementazzjoni tad-direttivi tal-UE kontra l-ħasil tal-flus) fuq Malta tinġieb ‘il quddiem mill-2019 għall-2018? Il-Gvern għandu xi diffikultà biex tali evaluation sseħħ fl-2018 flok fl-2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-GRECO talbet lill-Malta sabiex l-evalwazzjoni ssir din is-sena minflok fl-2019, u hemm il-ħsieb li din iż-żjara issir aktar tard din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il file tal-Government Property Department ġew digitised kompletament fuq sistema elettronika mill-2014 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentement, l-Awtorità tal-Artijiet nediet dan il-proġett ġdid fejn qed jiġu analizzati ‘l fuq minn 250,000 fajl eżistenti kif ukoll oħrajn ġodda. Għal dan il-għan, l-Awtorità daħlet fi ftehim ma' MaltaPost biex din tal-aħħar twettaq parti minn dan il-proċess. Il-bqija tal-fajls u tad-dokumenti qed jiġu scanned internament mill-impjegati tal-Awtorità.
Sa minn meta beda l-proċess tal-i
scanning
u diġitazzjoni f’Marzu 2018, ġew proċessati madwar 3,700 fajl.