Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, żar Dubai mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u r-raġuni għal kull żjara? Kemm kienet l-ispiża kollha għal kull żjara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija separatament minnu, mill-2013 sal lum attenda konferenza (Arab Health 2018 Exhibition) f’Dubai f’Jannar ta’ din is-sena u kien akkumpanjat mic-Chief Biomedical Engineer. In-nefqa kienet ta’ €2,467.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investment u Negozji Żgħar — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni huma preżentament ingaġġati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi:
· Steve McCarthy - Commercial and General Consultant, Projects Malta
· Dr Salvino Grixti - Advisor Healthcare and Life Sciences PPPs, Projects Malta
· Mario Attard - Policy Consultant, Malta Tourism Authority.
Ministeru għas-Saħħa – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 275 konsulenti klinici li jagħtu servizzi mediċi fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa u li huma Professuri u Speċjalisti mpjegati mal-Ministeru għas-Saħħa. Minn Marzu ta’ din is-sena sal lum, fi ftit xhur, kien hemm żieda ta’ 17 il-konsulent. Tajjeb li nfakkru li fl-2013 kien hemm 207 konsulenti mpjegati mad-Dipartiment għas-Saħħa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità li taqa taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m’għandiex konsulenti ingaġġati magħha.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella u ż-żewġ annessi 'A' u 'B' li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ismijiet qed jingħataw lill-Onor interpellant separatament.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jingaġġaw ebda konsulenti. Irid jingħad però li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tuża s-servizzi ta' 21 persuna b'konnessjoni mal-Assigurazzjoni ta' Kwalità. Is-servizz li jagħtu dawn l-individwi huwa ta’ natura ‘short term’ marbut ma’ dmirijiet ta’ Quality Assurance u National Occupational Standards b’medja ta’ total massimu ta’ bejn tlett u ħamest ijiem konsulenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi ż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi toħroġ permessi għal żbir ta’ siġar protetti skont LS 549.123, din tirrikjedi li dan iż-żbir isir skont prattiċi tajba, fosthom illi jsir fiż-żmien idoneu għaż-żbir u bl-inqas impatt fuq is-siġar inkwistjoni. Sabiex aktar issaħħaħ dawn il-prattiċi, l-Awtorità qiegħda fil-proċess illi toħroġ linji gwida ta’ kif għandhom isiru interventi fuq is-siġar (inkluż iż-żbir). Dan l-abbozz tqiegħed għal konsultazzjoni pubblika li għalqet fis-27 ta’ Settembru 2018 https://era.org.mt/en/Pages/Second-Public-Consultation---Guidelines-on-Works-involving-Trees.aspx u l-Awtoritá ser tippubblika dawn il-linji gwida u ddaħħalhom fis-seħħ f’qasir żmien. L-Awtorità organizzat ukoll laqgħat għal pubbliku f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex sabiex tispjega aħjar kemm ir-regolamenti ġodda kif ukoll il-linji gwida. Dawn il-laqgħat ser jiġu organizzati ukoll għal Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux inkwetat bir-rapport li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru li s-sena li għaddiet l-ispiża tal-Gvern fuq l-Ambjent naqset b’€86 miljun, biex ġiet inqas minn dik tal-2012?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument li qed jikkwota minnu, jiġifieri l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) nhar it-30 ta’ Jannar 2018, jindika b’mod ċar li meta wieħed jikkumpara n-nefqa ġenerali tal-Gvern fl-2016 ma’ dik tal-2015 jirriżulta tnaqqis li kien dovut primarjament għall-fatt li fl-2015 ingħalaq il-Programming Period (2007-2013) tal-Fondi Ewropej. Għaldaqstant fl-2015 u fis-snin ta’ qabilha kienu qed jingħalqu proġetti maġġuri ta’ natura kapitali li riedu jitlestew u jitħallsu sal-2015. Minkejja li l-ħidma tal-Gvern baqgħet għaddeja b’ritmu mgħaġġel anke fl-2016, matul din is-sena ma kinitx teżisti r-realtà ta’ daqstant proġetti maġġuri li mmaturaw f’daqqa. Irrid ngħid li taħt in-nefqa ambjentali kif ikkwotata mill-NSO hemm inklużi proġetti kbar bħall-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar u proġetti oħra bħall-Mechanical and Biological Treatment Plants. F’dan il-kuntest wieħed jifhem li, iktar minn tnaqqis fl-2016, matul il-perjodu li jsemmi r-rapport kien hemm spejjeż straordinarji matul is-snin ta’ qabel, liema spejjeż ma setgħux jiġu replikati fl-2016.
Żona tat--Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ – sit ta’ Natura 2000
Question
Jista’ l-Ministru jara li jinbeda l-proċess biex iż-żona tat-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ f’Għawdex tkun iddikjarata sit ta’ Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li dan il-proċess fil-fatt diġa nbeda u l-ERA qed tagħmel il-kunsiderazzjonijiet teknici sabiex tkun tista’ tinbeda il-konsultazzjoni pubblika meħtiega fil-futur mhux il-bod.