Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4532 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1075 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.
Leg 13 PQ #4514 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Third Country Nationals — permess ta' residenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 750 u 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat minn Identity Malta li persuna ġejja minn pajjiż terz, u li ilha taħdem f’Malta minn talanqas ħames snin tista’ tagħżel li tapplika għall-istatus ta’ resident fit-tul skont il-kundizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05. Dawn il-persuni jinħarġilhom permess ta’ residenza validu għal ħames snin. Persuni li għandhom dan l-istatus, għandhom dritt awtomatiku li jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-permess ta’ residenza jiġġedded kull ħames snin sakemm l-applikant ma jkunx kiser waħda mill-kundizzjonijiet f’artiklu 9 tal-liġi msemmija aktar ‘il fuq. Identity Malta rċiviet 66 talba ta’ persuni minn pajjiżi terzi għal status ta’ residenza fit-tul fl-aħħar sentejn. 32 kienu approvati. Kien hemm 3 talbiet rrifjutati minn Identity Malta li iżda ġew milqugħa mill-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni. 3 talbiet ġew miċħuda waqt li 27 għadhom pendenti. Il-pajjiżi li minnhom kienu ġejjin il-persuni kollha li applikaw huma: l-Amerika, il-Ġappun, il-Pakistan, l-Azerbaijan, ir-Russja, is-Serbja, il-Gordan, il-Filippini, il-Maċedonja, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja, il-Libja, l-Albanija, il-Bosnja, l-Iran, il-Bangladesh
Leg 13 PQ #4515 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 751 u 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistqosijiet Parlamentari numri 1997, 2334, 4380, 4590, 4627, 4628, 7454, 11539, 12058, 17496, 17739, 21783, 25618, 25621, 25624 tal-Leġiżlatura 12 u 516, 1115, 3845, 4301 u 5265 tal-Leġiżlatura 13.
Leg 13 PQ #4524 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, wara li f’Jum ir-Repubblika tal-2014, il-Gvern għoġbu jonora lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kumpann Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta, x’għamel għal ġid ta’ Malta l-imsemmi individwu minn dakinhar lil hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 4100.
Leg 13 PQ #4525 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid daħal jaħdem taħt kwalsiasi titolu jew kuntratt, mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fl-2016 u fl-2017, xahar b’xahar? F’liema grad daħlu dawn l-impjegati u f’liema lokalità jirrisjedu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fl-2016 daħlu jaħdmu 33 persuna u fl-2017 daħlu jaħdmu 20 persuna. Dawn jgħixu fi 30 lokalita differenti f’Malta. Il-gradi li daħlu jaħdmu dawn l-persuni huma dawn: Head of HR Accounts Officer Administrative Assistant - Facilities Administrator - Authorisations Anti- Money Laundering Officer Authorisations - Administrator Business Manager Chief Officer - Finance Chief Officer - Internal Audit Chief Officer Business and Program Development Compliance & Systems Auditor Compliance Administrator Corporate Affairs Manager Corporate Affairs Officer CRM Developer Database Specialist Due Diligence Administrator Game Specialist Analyst Gaming Inspector HR Administrator HR Officer ICT Executive IT Administrator Junior Auditor Junior Systems Auditor Licensing Officer Management Accountant Manager Enforcement Office Attendant/Cleaner Officer Supervisory Regulatory Supervision Manager Senior Executive Senior Executive - Internal Audit Senior Executive Quality Assurance Senior Legal Advisor
Leg 13 PQ #4526 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – kwalifiki ta’ individwu li jmexxi unit kontra l-ħasil ta’ flus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li jmexxi l-Unit kontra l-ħasil tal-flus fl-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li d-dipartiment responsabli mis-supervizjoni fuq ħasil ta’ flus fis-settur tal-logħob fi hdan l-Awtorita Maltija tal-Logħob jaqa’ taħt ir-responsabilta’ taċ-Chief Officer Enforcement, li huwa kwalifikat b’ Bachelors of Arts in Criminology, u Doctor of Laws u Magister Juris in EU and Comparative Law mill-Universita ta’ Malta.
Leg 13 PQ #4527 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – studji dwar il-kwalità tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru għall-Ambjent.

MIP – direct order mogħtija lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabilx li l-Malta Industrial Parks (MIP) (kif ġie rrapportat fit-Times of Malta tas-Sibt 24 ta’ Frar 2018) tagħti direct order lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti? Jaqbilx li b’dawn id-deċiżjonijiet arbitrarji nġieb fix-xejn il-proċess ta’ tender pubbliku? Jista’ jgħid jekk hu kienx infurmat mill-MIP qabel ma’ taw dan id-direct order imsemmi fl-artikolu msemmi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-offerta CT2226 / 2016, il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti aċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni ta' Malta Industrial Parks Ltd biex jikkanċella l-offerta fuq il-bażi li ma kienx hemm offerti siewja kwalitattivament jew finanzjarjament riċevuti. Id-deċiżjoni ġejja mill-fatt li l-Bid Bond sottomess minn Med Design Associates Ltd kien indirizzat lil Malta Industrial Parks Ltd minflok lid-Direttur Ġenerali u b'hekk wettaq l-offerta amministrattivament mhux konformi. Fid-dawl tal-iskadenzi stretti ħafna tal-proġett u minħabba li l-offerta ta' Med Design Associates Ltd kienet issodisfat l-aspetti l-oħra kollha tal-ħtiġijiet tekniċi tal-offerta msemmija, Malta Industrial Parks Ltd ipproċediet biex titlob approvazzjoni biex tagħti l-offerta lil-Med Design Associates Ltd billi tadotta Proċedura Negozjata skont ir-Regolament 154 (1) (a) ta' LN352 / 2016 peress li l-ammont involut qabeż il-limitu stabbilit għall-Ordnijiet Diretti. It-talba ġiet approvata mis-Segretarju Permanenti u aktar tard approvata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.

Inkjesti dwar nirien li ħakmu l-Impjant ta’ Sant’Antnin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti, ta’ kwalsiasi xorta, wara nirien li ħakmu lill-Impjant ta’ Sant’Antnin f’iktar minn okkażjoni waħda wara l-2013? Jekk iva, min għamel tali inkjesta u x’kien ir-riżultat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsijiet Parlamentari 988 u 3415.

WSC — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati u f’liema grad, ġew impjegati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) mill-1 ta’ Ġunju 2017 sal-1 ta’ Diċembru 2017, xahar b’xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2017 ħarġu żewġ sejħiet għal applikazzjoni ta’ Draughstperson u Managing Professional u dawn ġew mimlija.

Wasteserve – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid assumiet il-Wasteserve (anke tramite sub contracting) taħt kwalsiasi titlu, terminu jew grad, full-time u part-time, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-1 ta’ Jannar 2018, xahar b’xahar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 2617 li tagħti rendikont ta’ impjegati ġodda sat-30 ta’ Novembru 2017. Għal fini ta’ korrettezza, il-Wasteserve (anke tramite sub contracting) assumiet żewġ impjegati ġodda mit-30 ta’ Novembru 2017 sal-1 ta’ Jannar 2018.

ERA – State of the Environment Report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ppubblikat State of the Environment Report? Meta jmiss joħroġ rapport ieħor?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (CAP 549) dan ir-rapport irid jiġi ppublikat kull erba’ snin. L- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li ġiet imwaqqfa fl-2016, ser tippublika l-ewwel State of the Environment Report din is-sena.

Entitajiet – impjegati ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 739 u jgħid kemm-il impjegat ġdid, full-time jew part-time, ġew impjegati minn kull entità li għaliha huwa responsabbli, bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017 ġew impjegati 78 ħaddiem full-time u 5 ħaddiema part-time fid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. Fl-isptar Boffa, fl- Entitlement Unit , fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, fin- National Blood Transfusion Centre , fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fis-CPSU u l-isptar Karen Grech ġie impjegat persuna waħda, fl-isptar Mater Dei 27, fl-isptar Monte Carmeli 6 persuni, fl- Information Management Unit u l-POYC 2, 31 mal- Foundation for Medical Services , fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija u fid-Dipartiment tal-Kura Primarja 4. Dawn l-impjegati jinkludu fost l-oħrajn nurses , tobba u dentisti, qwiebel, spiżjara, allied health professionals u speċjalisti fl-IT.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — konsulenti - għaqdiet ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta’ konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti/ftehim li l-Ministeru jidħol għalihom ma’ għaqdiet ambjentali ma jirrigwardjawx konsulenza iżda, b’mod ġenerali, kuntratti/ftehim li jipprovdu għat-tmexxija ta’ siti protetti jew għall-iffinanzjar ta’ proġetti ambjentali.

Ministeru għat-Trasport, Infrasturtturali u Proġetti Kapitali — konsulenti - għaqdiet ambjentali u għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta' żviluppaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta’ konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali u mill-għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta’ żviluppaturi? X’inhu l-ħlas rispettiv?

Response (BORG, IAN)

Ninsab Infurmat li l-uniku konsulent fi ħdan is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà li għandu kuntratt huwa Sur Sandro Chetcuti mill-Assocjazzjoni tal-Iżviluppatturi (u dan minħabba l-fatt li hu magħruf mill-mezzi ta’ komunikazzjoni), b’remunerazzjoni kif ġej: • Salarju ekwivalenti ta’ Skala 3 pro-rata għal 20 siegħa fil-ġimgħa, • Expertise Allowance ta’ €10,000 fis-sena, • Expense Allowance ta’ €1,000 fis-sena, • Car Allowance ta’ €2,320 fis-sena u • Mobile u ADSL sa €815 fis-sena. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux rekwiżit li konsulent jagħti nformazzjoni f’liema għaqda hu/hi membru.
Leg 13 PQ #4472 Sitting 153 2018-10-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta’ kull żjara?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – studji dwar il-kwalità tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi ilha tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja f’diversi lokalitajiet, inkluż il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u dan il-monitoraġġ ilu għaddej mill-2014.