Jista’ l-Ministru jgħid f’idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G’Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà? Jista’ jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa’ jkollhom aċċess bħalma kellhom s’issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-car park imsemmi huwa amministrat mill-kunsill lokali u nitolbu jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1087 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba.
Name of Entity
Name of Consultant
Nomenclature
Pay package
Malta Competition and Consumer Affairs Authority
Daniel Gravino
CMP - Konsulent tal-Ekonomija
€20/hr, total amount of € 7,080 from year 2015 until 30th September 2018
Medicines Authority
Prof Everaldo Attard
Herbal Expert
€25 per hr (exc. VAT)
Valletta 2018 Foundation
Jean Pierre Magro
Consultant of Strategy & Communications to
the Chairman and Executive Director
€ 35000 Excluding VAT for the duration
of the contract
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1086 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba.
Name of Entity
Name of Consultant
Nomenclature
Pay package
Local Systems Enforcement Agency
Charles Curmi
Enforcement Systm Advisor
€13per hr excl.vat
Dr. Noel Bartolo
Legal Advisor
€50per hr excl.vat
Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – ksur ta’ drittijiet mil-liġijiet tal-kera — danni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta’ ewro f’danni ġie kkundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’sentenzi ta’ kundanna ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru, flimkien ma’ dak responsabbli mill-Ambjent, qiegħed jiffinalliza pjan ta’ strateġija dwar l-immaniġġar tal-iskart f’pajjiżna, u li fih qed ikunu studjati metodi li jinkludu l-ġbir ta’ skart fuq bażi reġjonali, fejn il-Kunsilli Lokali jibqgħu parti ntegrali mir-responsabilità li għandhom bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prinċipju li l-Ministeru jixtieq jadotta huwa li l-iskart jiġi miġbur fuq skala ġeografika akbar biex ikun hemm iżjed economies of scale. Dan il-prinċipju huwa rifless fil-pjan li ħdimna mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Ngħarrfu wkoll li l-Kunsilli Lokali qatt ma jistgħu jinqatgħu l’ barra mill-organizazzjoni tal-ġbir tal-iskart għall-ġid taċ-ċittadini fil-lokalitajiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed inħallsu lill-Bulgarija tali qed neċċedu l-emission target?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li kif diġà irreferejt fid-diskors tiegħi tal-budget nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru li t-targets tal-emissjonijiet ta’ pajjiżna għas-snin 2009 sal-2020 kienu ġew innegozjati minn Gvern Nazzjonalista fis-sena 2007. Dawn it-targets il-Gvern Nazzjonalista kien diġà jaf li m’humiex fattibbli u kellu indikazzjoni ċara diġà li kien ser ikollu jixtri emission allowances minn membri stati oħra propju minħabba f’hekk. Inżid ngħid ukoll li propju minħabba dan in-nuqqas tal-Gvern Nazzjonalista li dan il-Gvern kien serjament preġudikat meta ġejna għat-targets post 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għal meta fis-sena 2020 jiskadi l-ftehim li huwa għamel mal-Bulgarija li permezz tiegħu qed inħallsu 70c għal kull tunnellata ta’ CO2 li qed neċċedu l-limiti ta’ emissjonijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4564.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ li bih Malta marret ‘l hinn mil-limiti tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet fl-arja fl-2015, fl-2016, u fl-2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emissjonijiet u tniġġiż tal-arja huma regolati mill-Unjoni Ewropeja f’żewġ aspetti. Hemm regolamenti li jitrattaw il-livelli tal-kwalità tal-arja b’mod ġenerali u regolati mid-Direttiva 2008/50/KE. Wara li jsir eżerċizzju biex titnaqqas il-kontribuzzjoni ta’ sorsi ta’ tniġġiż naturali fit-trab fin (trab tas-Sahara), jirriżulta li l-livelli stipulati mid-Direttiva ma nqabżux. Dan l-eżerċizzju jsir għal valuri li jiġu rreġistrati fl-istazzjon ta’ monitoraġġ fl-Imsida, fejn il-livelli huma iktar għoljin minħabba li jgħaddi iżjed traffiku. Il-livelli tal-ożonu fl-Għarb huma iżjed għoljin minn Malta u ġew eċċeduti fl-2015 u 2017. Din is-sustanza ta’ tniġġiż tiġi ffurmata permezz ta’ reazzjoni kimika fl-arja bħala riżultat ta’ emissjonijiet minn pajjiżi oħra. Fil-fatt Malta tiddependi minn tnaqqis ta’ tniġġiż f’pajjiżi oħra sabiex l-ożonu jkun jista’ jonqos, u fil-fatt hemm leġislazzjoni internazzjonali li tieħu ħsieb li dan jitwettaq.
Leġislazzjoni oħra hija id-Direttiva 2016/2284/KE li tinkludi limiti ta’ emissjonijiet annwali għal Malta għas-snin 2010, 2020 u 2030. S’issa Malta qatt ma qabżet il-limiti tal-2010 u bil-miżuri mwettqa fil-kamp tal-produzzjoni tal-enerġija jidher li mhux se jkun hemm problema biex nilħqu dawk tal-2020.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G’Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà? Jista’ jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa’ jkollhom aċċess bħalma kellhom s’issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-responsabbilita’ tal-car park imsemmi minnu hija ta’ Steward Health Care.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mill-Community Parking Payment Scheme (CPPS) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar kull sena mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dan id-dħul annwali, kien mill-permessi ta’ “tables and chairs”?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, b’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4535, hawn murija tabella li turi d-dħul mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) li tħaddem l-Awtorità tal-Ippjanar, sena b’sena, mill-2013 sat-23 ta' Ottubru 2018. Il-figuri jinkludu l-ammonti ta' flus li mdaħħla fis-sistema tal-informatika tal-Awtorità bħala li hi rċeviet f'kull sena u ma jirriflettux kontijiet li nħarġu iżda għadhom ma tħallsux.
Sena
Ammont
2013
€474,917.84
2014
€807,200.45
2015
€1,065,838.42
2016
€1,843,181.23
2017
€3,367,022.82
2018
€3,020,901.48
Total
€10,579,062.24
Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal imwejjed u siġġijiet, l-Awtorità ma titlobx li jiġi pprovdut parkeġġ dwar imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika, u għaldaqstant ma jsirx ħlas fl-iskema ta' CPPS f'dan ir-rigward. L-Awtorità, iżda, sa mis-26 ta' April 2017, f'dawk il-każijiet meta l-imwejjed u siġġijiet ikunu ser jitpoggew flok spazju/i ta' parkeġġ qed titlob Kontribuzjoni bħala Planning Gain li l-ammont tiegħu jkun ivarja skont l-ammont ta spazji ta' parkeġġ li jkun qed jittieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta’ Malta tagħmilx sorveljanza fl-ibħra ‘l hinn mit-12-il mil nawtiku iżda inqas minn 24 mil nawtiku mill-kosta Maltija u ċjoè fil-contiguous zone?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nista’ nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel sorveljanza, mill-ajru u mill-baħar, fiż-żona kontigwa u lil hinn minn din.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jistenna biex jagħmel l-emendi neċessarji wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Mejju 2016 rigward u kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, biex wara sentejn l-awtorità li suppost tħares il-kompetizzjoni ġusta u tiġġieled dik inġusta, ikollha s-snien timponi multi jew pieni li ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7092.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta’ deterrent meta l-multa hija biss ta’ €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b’mod legali) fil-każ ta’ rimi illegali ta’ skart kummerċjali jsiru iktar ħorox? X’passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta’ Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b’mod illegali?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika aktar fir-rigward ta’ din l-aħbar peress li fiż-żona ta’ Xagħri l-Imqalleb hemm diversi siti koperti b’ permessi tal-iżvilupp kif ukoll azzjonijiet ta’ Infurzar varji.
Fir-rigward ta’ multi imposti f’każijiet ta’ rimi ta’ skart industriali, l-pieni imposti mill-Awtorita huma bbażati fuq regolamenti maħruġa fl-2012 cioe’ f’ dan il-każ €50 kulljum. Iżda mhux biss, jekk il-ksur tal-iżvilupp jinsab f’ area Skedata, l-Awrotita għandha s-setgħa li timponi multi oħra li jwasslu sa €50,000. Ukoll il-liġi tal-Ippjanar li daħlet fis-seħħ fl-2016 tagħti s-setgħa lill-Awtorita li tissekwestra l-makkinarju u tagħmir ieħor li jkun qed jintuża, u mingħajr dubbju ta’ xejn iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-Azzjoni Diretta li tieħu l-Awtorita jekk is-sid jew l-okkupant ma jneħħix tali materjal u jirripristina s-sit għall-istat oriġinali tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta’ deterrent meta l-multa hija biss ta’ €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b’mod legali) fil-każ ta’ rimi illegali ta’ skart kummerċjali jsiru iktar ħorox? X’passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta’ Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b’mod illegali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Awwissu li għadda jien ħrigt liġi sussidjarja 549.4 emendata li fiha żdiedu b’mod sostanzjali il-multi għal min jinqabad illegalment jitfa’ skart barra. Dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jien infurmat li l-ERA qatt ma daħlilha rapport dwar il-każ u bdiet tinvestigah hekk kif saret taf bih permezz ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari. Jiena naqbel ma’ dak li qed jalludi l-Onor. Interpellant illi r-rimi ta’ l-iskart barra m’għandux ikun tollerat u kien għalhekk li qed nisħaq bil-qawwa kollha li l-ERA iżżid il-kapaċità tagħha ta’ nfurzar għax nemmen li hemm bżonn li f’dan il-pajjiż jinqatgħu l-abbużi.
Wasteserve – trattament ta’ ram, batteries, aluminium, ħadid u wire tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ ram, batteriji, aluminium, ħadid, u wire tal-elettriku nġabru għall-bejgħ u/jew għal iktar trattament mill-Wasteserve fl-2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017, sena b’sena, u materjal b’materjal? X’sar minn dawn it-tunnellati ta’ materjal jew fejn ġew diretti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1027 u 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1076 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 1073 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni - konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?